<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0685/2016</Ref><Date>31.5.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0705" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0705">B8-0705/2016</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">għal amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2610(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="2054">Heidi Hautala</Author>, <Author id="96272">Pavel Svoboda</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="COMMITEE" id="2874"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Kumitat għall-Affarijiet Legali</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE596.872v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0685/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew għal amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2610" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2610">2016/2610(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 298 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jipprevedi li d-dritt għal amministrazzjoni tajba huwa dritt fundamentali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-8-2016-000079" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-8-2016-000079">O-000079/2016</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0705" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0705">B8-0705/2016</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2013 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Liġi ta' Proċedura Amministrattiva tal-Unjoni Ewropea<footnote><p margin-bottom="10pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0004" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2013-0004/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2013)0004</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2013, il-Parlament, skont l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), talab għall-adozzjoni ta' regolament dwar amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti, skont l-Artikolu 298 TFUE, iżda, minkejja l-fatt li r-riżoluzzjoni ġiet adottata b'maġġoranza kbira ħafna (572 favur, 16 kontra, 12-il astensjoni), it-talba tal-Parlament ma ġietx segwita minn proposta tal-Kummissjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-proposta mehmuża għal regolament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva biex tiġi inkluża fil-programm ta' ħidma tagħha għas-sena 2017;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="184.3pt" margin-right="196.55pt" margin-top="3.2pt" text-align="center">Proposta għal</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0.35pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="19pt" margin-top="0pt" text-align="center"><span font-weight="bold">REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0.35pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="11.75pt" margin-right="11.65pt" margin-top="0pt" text-align="center"><span font-weight="bold">għaa</span><span font-weight="bold">l</span><span font-weight="bold"> amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0.4pt"> </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="30pt" text-align="justify">IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify">Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 298 tiegħu,</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify">Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify">Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify">Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt">Billi:</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(1)  Bl-iżvilupp tal-kompetenzi tal-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadini qegħdin dejjem jiġu kkonfrontati aktar mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, mingħajr ma jkollhom dejjem id-drittijiet proċedurali tagħhom protetti b'mod adegwat.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(2)  F'Unjoni li hija suġġetta għall-istat tad-dritt, huwa neċessarju li jkun żgurat li d-drittijiet proċedurali u l-obbligi huma dejjem definiti, żviluppati u mħarsa b'mod xierqa. Iċ-ċittadini huma intitolati li jistennew livell għoli ta' trasparenza, effiċjenza, eżekuzzjoni rapida u risponsi adegwati mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni. Iċ-ċittadini huma wkoll intitolati li jirċievu informazzjoni adegwata dwar il-possibbiltà li jieħdu azzjoni ulterjuri dwar din il-kwistjoni.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(3)  Ir-regoli u l-prinċipji eżistenti dwar l-amministrazzjoni tajba jinsabu mferrxin f'varjetà wiesgħa ta' sorsi: il-liġi primarja, il-liġi sekondarja, u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-liġi mhux vinkolanti u l-impenji unilaterali mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(4)  Matul is-snin, l-Unjoni żviluppat għadd estensiv ta' proċeduri amministrattivi settorjali, fil-forma kemm ta' dispożizzjonijiet vinkolanti kif ukoll ta' liġi mhux vinkolanti, mingħajr ma neċessarjament tieħu inkunsiderazzjoni l-koerenza ġenerali tas-sistema. Din il-varjetà kumplessa ta' proċeduri rriżultat f'nuqqasijiet u f'inkonsistenzi f'dawn il-proċeduri.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(5)  Il-fatt li l-Unjoni nieqsa minn ġabra koerenti u komprensiva ta' regoli kodifikati tal-liġi amministrattiva jagħmel diffiċli għaċ-ċittadini biex jifhmu d-drittijiet amministrattivi tagħhom taħt il-liġi tal-Unjoni.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(6)  F'April tas-sena 2000, l-Ombudsman Ewropew ippropona lill-istituzzjonijiet, Kodiċi ta' Kondotta Amministrattiva Tajba fuq il-bażi li l-istess kodiċi għandu japplika għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(7)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2001, il-Parlament approva l-abbozz ta' Kodiċi tal-Ombudsman Ewropew b'emendi u stieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta għal regolament li jkun fih Kodiċi ta' Kondotta Amministrattiva Tajba bbażat fuq l-Artikolu 308 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(8)  Il-kodiċi ta' kondotta interni eżistenti adottati sussegwentement mill-istituzzjonijiet differenti, ibbażati l-iktar fuq dak il-kodiċi tal-Ombudsman, għandhom effett limitat, ivarjaw bejniethom u mhumiex legalment vinkolanti.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(9)  Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona ta lill-Unjoni bażi ġuridika għall-adozzjoni ta' Regolament ta' Proċedura Amministrattiva. L-Artikolu 298 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi l-adozzjoni tar-regolamenti biex jiġi żgurat li meta jkunu qed iwettqu l-missjonijiet tagħhom, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jkollhom l-appoġġ ta' amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti. Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona ta wkoll lill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta") l-istess valur legali bħat-Trattati.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(10)  Titolu V ("Id-drittijiet taċ-Ċittadini") tal-Karta jistabbilixxi d-dritt għal amministrazzjoni tajba fl-Artikolu 41, li jipprevedi li kull persuna għandha d-dritt li jkollha l-affarijiet tagħha trattati b'mod imparzjali, b'mod ġust u fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni.  L-Artikolu 41 tal-Karta jindika wkoll, b'mod mhux eżawrjenti, ċerti elementi inklużi fid-definizzjoni tad-dritt għal amministrazzjoni tajba bħad-dritt li persuna tkun mismugħa, id-dritt ta' kull persuna li jkollha aċċess għal fajl tagħha, id-dritt li jingħataw raġunijiet għal deċiżjoni tal-amministrazzjoni u l-possibbiltà ta' talba għal danni kkawżati mill-istituzzjonijiet jew mill-uffiċjali tagħha fil-qadi ta' dmirijiethom, u d-drittijiet lingwistiċi. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(11)  Amministrazzjoni effiċjenti tal-Unjoni hija essenzjali għall-interess pubbliku. Eċċess, kif ukoll nuqqas ta' regoli u proċeduri jistgħu jwasslu għal amministrazzjoni ħażina, li tista' tirriżulta wkoll mill-eżistenza ta' regoli u proċeduri kontradittorji, inkonsistenti jew mhux ċari.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(12)  Proċeduri amministrattivi strutturati sew u konsistenti jsostnu kemm amministrazzjoni effiċjenti kif ukoll infurzar tajjeb tad-dritt għal amministrazzjoni tajba ggarantit bħala prinċipju ġenerali tal-liġi tal-Unjoni u taħt l-Artikolu 41 tal-Karta.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(13)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2013 il-Parlament Ewropew talab għall-adozzjoni ta' regolament dwar Liġi Ewropea ta' Proċedura Amministrattiva li jiggarantixxi d-dritt għal amministrazzjoni tajba permezz ta' amministrazzjoni Ewropea miftuħa, effiċjenti u indipendenti. L-istabbiliment ta' sett ta' regoli komuni ta' proċedura amministrattiva fil-livell tal-istituzzjonijiet, tal-korpi, tal-uffiċċji u tal-aġenziji tal-Unjoni, għandhom itejbu ċ-ċertezza legali, jimlew il-lakuni tas-sistema ġuridika tal-Unjoni u b'hekk għandhom jikkontribwixxi għall-konformità mal-istat tad-dritt.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(14)  L-iskop ta' dan ir-Regolament huwa li jiġi stabbilit sett ta' regoli proċedurali li l-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha tikkonforma ruħha miegħu meta twettaq l-attivitajiet amministrattivi tagħha. Dawn ir-regoli proċedurali huma intiżi li jiżguraw kemm amministrazzjoni miftuħa, effiċjenti u indipendenti kif ukoll infurzar xieraq tad-dritt għal amministrazzjoni tajba.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(15)  F'konformità mal-Artikolu 298 tat-TFUE, dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri. Barra minn hekk, dan ir-Regolament m'għandux japplika għal proċeduri leġiżlattivi, proċedimenti ġudizzjarji u proċeduri li jwasslu għall-adozzjoni ta' atti mhux leġiżlattivi bbażati direttament fuq it-Trattati, atti delegati jew atti ta' implimentazzjoni.  </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(16)  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-amministrazzjoni tal-Unjoni mingħajr preġudizzju għal atti legali oħra tal-Unjoni li jipprevedu regoli proċedurali amministrattivi speċifiċi. Madankollu, il-proċeduri amministrattivi speċifiċi għas-settur mhumiex kompletament koerenti u kompluti. Bil-ħsieb li tiġi żgurata koerenza ġenerali tal-attivitajiet amministrattivi tal-amministrazzjoni tal-Unjoni u r-rispett sħiħ tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, l-atti legali li jipprevedu regoli proċedurali amministrattivi speċifiċi għandhom, għalhekk, jiġu interpretati b'mod konformi ma' dan ir-Regolament u l-lakuni tagħhom għandhom jimtlew permezz tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jistabbilixxi drittijiet u obbligi bħala regola awtomatika għall-proċeduri amministrattivi kollha taħt il-liġi tal-Unjoni u għalhekk inaqqas il-frammentazzjoni tar-regoli proċedurali applikabbli, li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni speċifika għas-settur. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(17)  Ir-regoli proċedurali amministrattivi mfassla f'dan ir-Regolament għandhom l-għan li jimplimentaw il-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba stabbiliti f'varjetà wiesgħa ta' sorsi legali fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-prinċipji huma mniżżlin hawn taħt u l-formulazzjoni tagħhom għandha tispira l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(18)  Il-prinċipju tal-istat tad-dritt, kif imfakkar fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), huwa l-qofol tal-valuri tal-Unjoni. Skont dan il-prinċipju, kull azzjoni tal-Unjoni għandha tiġi bbażata fuq it-Trattati f'konformità mal-prinċipju tal-għoti ta' kompetenzi. Barra minn hekk, il-prinċipju tal-legalità, bħala korollarju għall-istat tad-dritt, jirrikjedi li l-attivitajiet tal-amministrazzjoni tal-Unjoni jitwettqu f'konformità sħiħa mal-liġi. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(19)  Kwalunkwe att legali tal-liġi tal-Unjoni għandu jkun konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Dan jirrikjedi li kull miżura tal-amministrazzjoni tal-Unjoni tkun xierqa u neċessarja biex tissodisfa l-għanijiet li huma leġittimament imfittxija mill-miżura inkwistjoni: fejn ikun hemm għażla bejn diversi miżuri potenzjalment xierqa, għandha tittieħed l-għażla li hija l-inqas ta' piż, u kwalunkwe drittijiet imposti mill-amministrazzjoni m'għandhomx ikunu sproporzjonati meta mqabbla mal-miri mħaddna<span font-style="italic">.</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(20)  Id-dritt għal amministrazzjoni tajba jeżiġi li l-atti amministrattivi jittieħdu mill-amministrazzjoni tal-Unjoni skont il-proċeduri amministrattivi li jiggarantixxu imparzjalità, sens ta' ġustizzja u puntwalità. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(21)  Id-dritt għal amministrazzjoni tajba jeħtieġ li kwalunkwe deċiżjoni biex tinbeda proċedura amministrattiva tkun notifikata lill-partijiet u tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom matul il-proċedura amministrattiva. F'każijiet debitament ġustifikati u eċċezzjonali fejn l-interess pubbliku jeħtieġ hekk, l-amministrazzjoni tal-Unjoni tista' ddewwem jew ma tagħmilx in-notifika. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(22)   Meta l-proċedura amministrattiva tinbeda permezz ta' applikazzjoni ta' parti, id-dritt għal amministrazzjoni tajba jimponi obbligu fuq l-amministrazzjoni tal-Unjoni li tirrikonoxxi l-irċevuta tal-applikazzjoni bil-miktub. Il-konferma tar-riċevuta għandha tindika l-informazzjoni meħtieġa li tippermetti li parti teżerċita d-drittijiet tagħha ta' difiża matul il-proċedura amministrattiva. Madankollu, l-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha tkun intitolata tiċħad applikazzjonijiet inutli jew abbużivi peress li dawn jistgħu jipperikolaw l-effiċjenza amministrattiva.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(23)  Għall-finijiet taċ-ċertezza legali, proċedura amministrattiva għandha tinbeda fi żmien raġonevoli wara li jkun seħħ l-avveniment. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jinkludi dispożizzjonijiet fuq perjodu ta' limitazzjoni. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(24)  Id-dritt għal amministrazzjoni tajba jeħtieġ li l-amministrazzjoni tal-Unjoni teżerċita d-dmir ta' diliġenza, li jobbliga l-amministrazzjoni tistabbilixxi u teżamina b'attenzjoni u b'imparzjalità l-elementi kollha fattwali u legali rilevanti tal-każ b'kunsiderazzjoni tal-interessi kollha rilevanti, f'kull stadju tal-proċedura. Għal dan il-għan, l-amministrazzjoni tal-Unjoni għandu jkollha s-setgħa li tisma' x-xhieda tal-partijiet, tax-xhieda u tal-esperti, titlob dokumenti u rekords u twettaq żjarat jew spezzjonijiet. Meta tagħżel l-esperti, l-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha tiżgura li huma teknikament kompetenti u mhux affettwati minn kunflitt ta' interess. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(25)   Matul l-investigazzjoni mwettqa mill-amministrazzjoni tal-Unjoni, il-partijiet għandhom id-dmir li jikkooperaw billi jgħinu l-amministrazzjoni taċċerta l-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-każ. Meta titlob lill-partijiet biex jikkooperaw, l-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha tagħtihom limitu ta' żmien raġonevoli biex twieġeb, u għandha tfakkarhom dwar id-dritt kontra l-awtoinkriminazzjoni fejn il-proċedura amministrattiva tista' twassal għal penali.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(26)  Id-dritt li wieħed jiġi ttrattat b'mod imparzjali mill-amministrazzjoni tal-Unjoni huwa korollarju tad-dritt fundamentali għal amministrazzjoni tajba u jimplika d-dmir tal-membri tal-persunal li jastjeni milli jieħdu sehem f'proċedura amministrattiva meta jkollhom, direttament jew indirettament, interess personali, inkluż, b'mod partikolari, xi interessi familjari jew finanzjarji, li jistgħu jikkompromettu l-imparzjalità tagħhom.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(27)   Id-dritt għal amministrazzjoni tajba jista' jeħtieġ li, taħt ċerti ċirkostanzi, l-ispezzjonijiet jitwettqu mill-amministrazzjoni, fejn dan huwa meħtieġ biex jiġi ssodisfat dmir jew biex jintlaħaq objettiv skont il-liġi tal-Unjoni. Dawk l-ispezzjonijiet għandhom jirrispettaw ċerti kundizzjonijiet u proċeduri biex jiġu salvagwardati d-drittijiet tal-partijiet.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(28)  Id-dritt għal smigħ għandu jiġi rrispettat f'kull proċedura mibdija kontra persuna u li tista' tiġi konkluża b'mod li jippreġudikaha. Dan m'għandux jiġi eskluż jew limitat minn ebda miżura leġiżlattiva. Id-dritt għal smigħ jirrikjedi li l-persuna kkonċernata tingħata spjegazzjoni preċiża u kompluta tal-pretensjonijiet jew oġġezzjonijiet imqajma u tingħata l-opportunità li tressaq kummenti dwar il-verità u r-rilevanza tal-fatti u fuq id-dokumenti użati.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(29)  Id-dritt għal amministrazzjoni tajba jinkludi d-dritt ta' parti għall-proċedura amministrattiva li jkollha aċċess għall-fajl tagħha, li huwa wkoll rekwiżit essenzjali sabiex jitgawda d-dritt għal smigħ. Meta l-ħarsien tal-interessi leġittimi tal-kunfidenzjalità u tas-segretezza professjonali u tan-negozju ma jippermettix aċċess sħiħ għall-fajl, il-parti għandha għall-inqas tingħata sommarju adegwat tal-kontenut tal-fajl. Bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat l-aċċess ta' persuna għall-fajls tagħha u b'hekk tiġi żgurata ġestjoni trasparenti ta' informazzjoni, l-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha żżomm reġistru tal-posta li tkun dieħla u li tkun ħierġa, tad-dokumenti li tirċievi u tal-miżuri li tieħu, u tistabbilixxi indiċi tal-fajls irreġistrati.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(30)   L-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha tadotta atti amministrattivi f'limitu ta' żmien raġonevoli. Amministrazzjoni bil-mod hija amministrazzjoni ħażina. Kwalunkwe dewmien fl-adozzjoni ta' att amministrattiv għandu jkun ġustifikat u l-parti fil-proċedura amministrattiva għandha tkun debitament infurmata u pprovduta bi stima tad-data mistennija għall-adozzjoni tal-att amministrattiv.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(31)   Id-dritt għal amministrazzjoni tajba jimponi obbligu fuq l-amministrazzjoni tal-Unjoni biex tiddikjara b'mod ċar ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati l-atti amministrattivi tagħha. Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għandha tindika l-bażi ġuridika tal-att, is-sitwazzjoni ġenerali li wasslet għall-adozzjoni tiegħu u l-objettivi ġenerali li għandu l-intenzjoni li jilħaq. Din għandha turi b'mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-awtorità kompetenti li adottat l-att, b'tali mod li tippermetti lill-partijiet ikkonċernati jiddeċiedu jekk jixtiqux jiddefendu d-drittijiet tagħhom permezz ta' applikazzjoni għal stħarriġ ġudizzjarju.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(32)  Skont id-dritt għal rimedju effettiv, la l-Unjoni u lanqas l-Istati Membri ma jistgħu jagħmlu prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mil-liġi tal-Unjoni. Minflok, huma obbligati li jiggarantixxu protezzjoni ġudizzjarja reali u effettiva u huma pprojbiti milli japplikaw xi regola jew proċedura li tista' tevita, anke temporanjament, il-liġi tal-Unjoni milli jkollha forza u effett sħiħ.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(33)  Sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt għal rimedju effettiv, l-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha tindika fl-atti amministrattivi tagħha r-rimedji li huma disponibbli għall-partijiet li d-drittijiet u l-interessi tagħhom huma affettwati minn dawk l-atti. Minbarra l-possibbiltà li jitressqu proċeduri ġudizzjarji jew li jitressaq ilment quddiem l-Ombudsman Ewropew, il-parti għandha tingħata d-dritt li titlob rieżami amministrattiv u għandha tingħata informazzjoni dwar il-proċedura u l-limitu ta' żmien li fih tista' tressaq tali talba. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(34)  It-talba għal rieżami amministrattiv ma tippreġudikax id-dritt tal-parti għal rimedju ġudizzjarju. Għall-finijiet tal-limitu ta' żmien għall-applikazzjoni għal stħarriġ ġudizzjarju, att amministrattiv għandu jiġi kkunsidrat finali jekk il-parti ma tressaqx talba għal rieżami amministrattiv fil-limitu ta' żmien rilevanti jew, jekk il-parti tressaq talba għal rieżami amministrattiv, l-att amministrattiv finali huwa l-att li jikkonkludi dak ir-rieżami amministrattiv.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(35)  F'konformità mal-prinċipji ta' trasparenza u taċ-ċertezza legali, il-partijiet għal proċedura amministrattiva għandhom ikunu kapaċi jifhmu b'mod ċar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw minn att amministrattiv indirizzat lilhom. Għal dawn il-finijiet, l-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha tiżgura li l-atti amministrattivi tagħha huma abbozzati b'mod ċar, sempliċi u b'lingwa li tinftiehem u jkollhom effett meta tiġi notifikata lill-partijiet. Meta twettaq dan l-obbligu, huwa meħtieġ li l-amministrazzjoni tal-Unjoni tagħmel użu xieraq tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u biex jadattaw għall-iżvilupp tagħhom.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(36)  Għall-finijiet ta' trasparenza u ta' effiċjenza amministrattiva, l-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha tiżgura li l-iżbalji klerikali, aritmetiċi jew simili fl-atti amministrattivi tagħha jkunu kkorreġuti mill-awtorità kompetenti. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(37)  Barra minn hekk, bħala korollarju għall-istat tad-dritt, il-prinċipju tal-legalità jimponi obbligu fuq l-amministrazzjoni tal-Unjoni biex tirrettifika jew tirrevoka atti amministrattivi illegali. Madankollu, meta wieħed iqis li kwalunkwe rettifika jew revoka ta' att amministrattiv tista' tkun f'kunflitt mal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u l-prinċipju taċ-ċertezza legali, l-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha tevalwa b'attenzjoni u b'mod imparzjali l-effetti tar-rettifika jew tar-revoka fuq partijiet oħra u tinkludi l-konklużjonijiet ta' tali evalwazzjoni fil-motivi tal-att li jirrettifika jew li jirrevoka. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(38)  Iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom id-dritt li jiktbu lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, f'waħda mil-lingwi tat-Trattati u jkollhom tweġiba bl-istess lingwa. L-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha tirrispetta d-drittijiet lingwistiċi tal-partijiet billi tiżgura li l-proċedura amministrattiva titwettaq f'waħda mil-lingwi tat-Trattati magħżula mill-parti. Fil-każ ta' proċedura amministrattiva mibdija mill-amministrazzjoni tal-Unjoni, l-ewwel notifika għandha tkun abbozzata f'waħda mil-lingwi tat-Trattat li tikkorrispondi mal-Istat Membru li fih il-parti tkun tinsab. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(39)  Il-prinċipju tat-trasparenza u d-dritt ta' aċċess għal dokumenti għandhom importanza partikolari taħt proċedura amministrattiva mingħajr preġudizzju għall-atti leġiżlattivi adottati skont l-Artikolu 15(3) TFUE. Kwalunkwe limitazzjoni ta' dawn il-prinċipji għandha tiġi interpretata b'mod restrittiv biex tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tal-Karta u għalhekk għandha tkun prevista mil-liġi u għandha tirrispetta l-essenza tad-drittijiet u tal-libertajiet, u tkun soġġetta għall-prinċipju tal-proporzjonalità.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(40)  Id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali jimplika li mingħajr preġudizzju għall-atti leġiżlattivi adottati skont l-Artikolu 16 TFUE, id-data użata mill-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha tkun preċiża, aġġornata u rreġistrata legalment.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(41)  Il-prinċipju ta' protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jirriżulta mill-istat tad-dritt u jimplika li l-azzjonijiet tal-korpi pubbliċi m'għandhomx jinterferixxu ma' drittijiet stabbiliti u sitwazzjonijiet legali finali ħlief fejn huwa bilfors neċessarju fl-interess pubbliku. L-aspettattivi leġittimi għandhom jiġu debitament ikkunsidrati fejn att amministrattiv jiġi rettifikat jew irtirat.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(42)  Il-prinċipju taċ-ċertezza legali jeħtieġ li r-regoli tal-Unjoni jkunu ċari u preċiżi. Dan il-prinċipju għandu l-għan li jiżgura li sitwazzjonijiet u relazzjonijiet ġuridiċi li huma rregolati mil-liġi tal-Unjoni jibqgħu prevedibbli peress li l-individwi għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu mingħajr ambigwità x'inhuma d-drittijiet u l-obbligi tagħhom u jkunu jistgħu jieħdu l-passi skont il-każ. F'konformità mal-prinċipju taċ-ċertezza legali, m'għandhomx jittieħdu miżuri retroattivi ħlief f'ċirkostanzi ġustifikati legalment.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(43)  Bil-ħsieb li tiġi żgurata koerenza ġenerali fl-attivitajiet tal-amministrazzjoni tal-Unjoni, atti amministrattivi ta' applikazzjoni ġenerali għandhom jikkonformaw mal-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba msemmija f'dan ir-Regolament.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="35.45pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.45pt">(44)  Fl-interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandha tingħata attenzjoni speċjali għat-trattament ugwali u għan-nondiskriminazzjoni, li japplikaw għal attivitajiet amministrattivi bħala korollarju ewlieni għall-istat tad-dritt u għall-prinċipji ta' amministrazzjoni Ewropea effiċjenti u indipendenti, </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify">ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center"><span font-weight="bold">KAPITOLU I </span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center"><span font-weight="bold">DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="198.45pt" margin-right="113.3pt" margin-top="0pt" text-align="center" text-indent="-56.7pt"><span font-style="italic">Artikolu 1</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="155.95pt" margin-right="113.3pt" margin-top="12pt" text-align="center" text-indent="-14.2pt"><span font-style="italic">Suġġett u għan</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">1.  Dan ir-Regolament jipprovdi r-regoli proċedurali li jirregolaw l-attivitajiet amministrattivi tal-amministrazzjoni tal-Unjoni. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">2.  L-għan ta' dan ir-Regolament huwa biex ikun iggarantit id-dritt ta' amministrazzjoni tajba minqux fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea permezz ta' amministrazzjoni miftuħa, effiċjenti u indipendenti.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt"> </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="198.45pt" margin-right="113.3pt" margin-top="12pt" text-align="center" text-indent="-56.7pt"><span font-style="italic">Artikolu 2</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="194.5pt" margin-right="113.3pt" margin-top="12pt" text-align="center" text-indent="-52.75pt"><span font-style="italic">Il-kamp ta' applikazzjoni</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">1.  Dan ir-Regolament japplika għal attivitajiet amministrattivi tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni.<span font-weight="bold"> </span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">2.  Dan ir-Regolament ma japplikax għal attivitajiet tal-amministrazzjoni tal-Unjoni matul: </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="41.1pt" margin-right="8.6pt" margin-top="0pt" text-indent="-35.3pt">  (a)   proċeduri leġiżlattivi;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="41.1pt" margin-right="8.6pt" margin-top="0pt" text-indent="-35.3pt">  (b)   proċeduri ġudizzjarji;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="71.65pt" margin-right="8.5pt" margin-top="0pt" text-indent="-66pt">  (c)   proċeduri li jwasslu għall-adozzjoni ta' atti mhux leġiżlattivi bbażati direttament fuq it-Trattati, atti delegati jew atti ta' implimentazzjoni.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">3.  Dan ir-Regolament ma japplikax għall-amministrazzjoni tal-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="209.8pt" margin-right="209.5pt" margin-top="0pt" text-align="center"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="198.45pt" margin-right="113.3pt" margin-top="0pt" text-align="center" text-indent="-56.7pt"><span font-style="italic">Artikolu 3</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-align="center"><span font-style="italic">Ir-relazzjoni bejn dan ir-Regolament u atti legali oħra tal-Unjoni</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-align="justify">Dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għal atti legali oħra tal-Unjoni li jipprevedu regoli proċedurali amministrattivi speċifiċi. Dan ir-Regolament għandu jissupplimenta tali atti legali tal-Unjoni, li għandhom jiġu interpretati skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tiegħu.</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="198.45pt" margin-right="113.3pt" margin-top="0pt" text-align="center" text-indent="-56.7pt"><span font-style="italic">Artikolu 4</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="191.4pt" margin-right="113.3pt" margin-top="12pt" text-align="center" text-indent="-49.65pt"><span font-style="italic">Definizzjonijiet</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="5.65pt" margin-right="134.1pt" margin-top="6pt" text-align="justify">Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="42.5pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-42.5pt">(a)  "Amministrazzjoni tal-Unjoni" tfisser l-amministrazzjoni tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni;</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="42.5pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-42.5pt">(b)  "Attivitajiet amministrattivi" tfisser dawk imwettqa mill-amministrazzjoni tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-proċeduri msemmija fl-Artikolu 2(2);</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="42.5pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-42.5pt">(c)  "proċedura amministrattiva" tfisser il-proċess li bih l-amministrazzjoni tal-Unjoni tħejji, tadotta, timplimenta u tinforza atti amministrattivi;  </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="42.5pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-42.5pt">(d)  "membru tal-persunal" tfisser uffiċjal fis-sens tal-Artikolu 1a tar-Regolamenti tal-Persunal u aġent kif definit f'paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu 1 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="42.5pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-42.5pt">(e)  "awtorità kompetenti" tfisser istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija jew entità tal-Unjoni jew detentur ta' kariga fi ħdan l-amministrazzjoni tal-Unjoni li skont il-liġi applikabbli hija responsabbli għal proċedura amministrattiva;</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="42.5pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-42.5pt">(f)  "parti" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li l-istatus ġuridiku tagħha jista' jiġi affettwat mill-eżitu ta' proċedura amministrattiva.</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="195.2pt" margin-right="195.05pt" margin-top="0pt" text-align="center"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="195.2pt" margin-right="195.05pt" margin-top="0pt" text-align="center"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="195.2pt" margin-right="195.05pt" margin-top="0pt" text-align="center"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="184.3pt" margin-right="113.3pt" margin-top="0pt" text-align="center" text-indent="-42.55pt"><span font-weight="bold">KAPITOLU II</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="141.75pt" margin-right="111.15pt" margin-top="12pt" text-align="center"><span font-weight="bold">BIDU TAL-PROĊEDURA AMMINISTRATTIVA</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="198.45pt" margin-right="113.3pt" margin-top="12pt" text-align="center" text-indent="-56.7pt"><span font-style="italic">Artikolu 5</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="141.75pt" margin-right="131pt" margin-top="12pt" text-align="center"><span font-style="italic">Bidu tal-proċedura amministrattiva</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="5.65pt" margin-right="3.7pt" margin-top="12pt">Proċeduri amministrattivi jistgħu jinbdew mill-amministrazzjoni tal-Unjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess, jew permezz ta' applikazzjoni ta' parti.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="5.65pt" margin-right="3.7pt" margin-top="12pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-align="center"><span font-style="italic">Artikolu 6</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="165.3pt" margin-right="113.3pt" margin-top="6pt" text-align="center" text-indent="-23.55pt"><span font-style="italic">Bidu mill-amministrazzjoni tal-Unjoni</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">1.  Il-proċeduri amministrattivi jistgħu jinbdew mill-amministrazzjoni tal-Unjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess, wara deċiżjoni tal-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha teżamina ċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ qabel ma tieħu d-deċiżjoni dwar jekk għandux jingħata bidu għall-proċedura.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">2.  Id-deċiżjoni li tinbeda proċedura amministrattiva għandha tiġi nnotifikata lill-partijiet. Id-deċiżjoni m'għandhiex issir pubblika qabel ma tkun saret in-notifika.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">3.  In-notifika tista' tiġi mdewwma jew ommessa biss meta jkun strettament meħtieġ fl-interess pubbliku. Id-deċiżjoni biex tiddewwem jew ma ssirx in-notifika għandha tkun debitament motivata.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">4.  Id-deċiżjoni li tinbeda proċedura amministrattiva għandha tindika:</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">  (a)   numru ta' referenza u d-data;</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">  (b)   is-suġġett u l-għan tal-proċedura;</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">  (c)   id-deskrizzjoni tal-passi proċedurali ewlenin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">  (d)   l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-membru tal-persunal responsabbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">  (e)    l-awtorità kompetenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="71.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-66pt">  (f)   limitu ta' żmien għall-adozzjoni tal-att amministrattiv u l-konsegwenzi ta' kwalunkwe nuqqas ta' adozzjoni tal-att amministrattiv fi żmien il-limitu ta' żmien;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">  (g)   ir-rimedji disponibbli,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">  (h)   l-indirizz tal-websajt imsemmi fl-Artikolu 28, jekk tkun teżisti tali websajt. </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">5.   Id-deċiżjoni li tinbeda proċedura amministrattiva għandha tiġi abbozzata fil-lingwi tat-Trattati li jikkorrispondu mal-Istati Membri fejn jinsabu l-partijiet.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">6.  Proċedura amministrattiva għandha tinbeda fi żmien raġonevoli wara d-data tal-avveniment li jkun il-bażi tal-proċedura. Fl-ebda każ m'għandha tinbeda aktar tard minn 10 snin wara d-data ta' dak l-avveniment.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="center" text-indent="-36pt"><span font-style="italic">Artikolu 7</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="165.3pt" margin-right="113.3pt" margin-top="0pt" text-align="center" text-indent="-23.55pt"><span font-style="italic">Bidu permezz ta' applikazzjoni</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">1.  Il-proċeduri amministrattivi jistgħu jinbdew minn parti. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">2.  L-applikazzjonijiet ma għandhomx ikunu soġġetti għal rekwiżiti formali mhux meħtieġa. Huma għandhom jindikaw b'mod ċar, l-isem tal-parti, indirizz għan-notifika, l-għan tal-applikazzjoni, il-fatti rilevanti u r-raġunijiet għall-applikazzjoni, data u post u l-awtorità kompetenti li lilhom huma indirizzati. Huma għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub, jew fuq il-karta jew b'mezzi elettroniċi. Huma għandhom ikunu abbozzati f'waħda mil-lingwi tat-Trattati.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">3.  L-applikazzjonijiet għandhom jiġu rikonoxxuti bil-miktub. Il-konferma tar-riċevuta għandha tkun abbozzata fil-lingwa tal-applikazzjoni u għandha tindika:</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify">(a)   numru ta' referenza u d-data;</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify">(b)   id-data tal-irċevuta tal-applikazzjoni;</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify">(c)   deskrizzjoni tal-passi proċedurali ewlenin; </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify">(d)   l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-membru tal-persunal responsabbli;</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="71.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-30pt">(e)   limitu ta' żmien għall-adozzjoni tal-att amministrattiv u l-konsegwenzi ta' kwalunkwe nuqqas ta' adozzjoni tal-att amministrattiv fi żmien il-limitu ta' żmien;</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify">(f)   l-indirizz tal-websajt imsemmi fl-Artikolu 28, jekk tkun teżisti tali websajt.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">4.  Fejn applikazzjoni ma tkunx konformi ma' rekwiżit jew aktar stabbilit fil-paragrafu (2), il-konferma tal-irċevuta għandha tindika data ta' skadenza raġonevoli biex jitranġa l-iżball jew biex jiġi prodott xi dokument li jkun nieqes.<span font-weight="bold"> </span>Applikazzjonijiet inutli jew manifestament bla bażi jistgħu jiċċaħħdu bħala inammissibbli permezz ta' konferma tar-riċevuta motivata fil-qosor. L-ebda rċevuta m'għandha tintbagħat f'każijiet fejn applikazzjonijiet suċċessivi huma sottomessi b'mod abbużiv mill-istess applikant.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">5.  Jekk l-applikazzjoni tkun indirizzata lill-awtorità li mhijiex kompetenti biex tipproċessha, dik l-awtorità għandha tibgħatha lill-awtorità kompetenti u għandha tindika fl-irċevuta, l-awtorità kompetenti li lilha tkun ġiet trażmessa t-talba jew li l-kwistjoni ma taqax fil-kompetenza tal-amministrazzjoni tal-Unjoni.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="40.9pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-35.25pt">6.  Meta l-awtorità kompetenti tipproċedi bi proċedura amministrattiva, l-Artikolu 6(2) sa (4) għandu japplika fejn xieraq.</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center"><span font-weight="bold">KAPITOLU III</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="41.65pt" margin-right="0pt" margin-top="0.1pt" text-align="center"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center"><span font-weight="bold">ĠESTJONI TAL-PROĊEDURA AMMINISTRATTIVA</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center"> </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="center" text-indent="-36pt"><span font-style="italic">Artikolu 8 </span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="center" text-indent="-36pt"><span font-style="italic"> Drittijiet proċedurali </span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="12pt" text-indent="-36pt">Il-partijiet għandu jkollhom id-drittijiet li ġejjin relatati mal-ġestjoni tal-proċedura:</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="71.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-30pt">(a)   li jingħataw l-informazzjoni kollha rilevanti relatati mal-proċedura b'mod ċar u li jinftiehem; </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="71.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-30pt">(b)   li jikkomunikaw u jikkompletaw, fejn possibbli u xieraq, il-formalitajiet proċedurali kollha minn distanza u b'mezzi elettroniċi;</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="71.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-30pt">(c)   li jużaw kwalunkwe lingwa tat-Trattati u biex jiġu indirizzati bil-lingwa tat-Trattati tal-għażla tagħhom;</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify">(d)   jiġu notifikati bil-passi proċedurali kollha u bid-deċiżjonijiet li jistgħu jaffettwawhom;</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify">(e)   li jkunu rappreżentati minn avukat jew xi persuna oħra tal-għażla tagħhom;</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="71.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-30pt">(f)   biex iħallsu biss spejjeż li jkunu raġonevoli u proporzjonati għall-ispiża tal-proċedura inkwistjoni.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="165.3pt" margin-right="165.3pt" margin-top="12pt" text-align="center"><span font-style="italic">Artikolu 9</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="center" text-indent="-36pt"><span font-style="italic">Obbligu ta' investigazzjoni akkurata u imparzjali</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">1.  L-awtorità kompetenti għandha tinvestiga l-każ bir-reqqa u b'mod imparzjali. Hija għandha tqis il-fatturi rilevanti kollha u tiġbor l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tadotta deċiżjoni.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">2.  Bil-għan li tiġbor l-informazzjoni meħtieġa, l-awtorità kompetenti tista', fejn rilevanti:</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="41.1pt" margin-right="8.5pt" margin-top="0pt" text-indent="-35.45pt">  (a)   tisma' x-xhieda tal-partijiet, lix-xhieda u l-esperti,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="41.1pt" margin-right="8.5pt" margin-top="0pt">(b)   titlob dokumenti u rekords,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="41.1pt" margin-right="8.5pt" margin-top="0pt">(c)   twettaq żjarat u spezzjonijiet.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">3.  Il-partijiet jistgħu jipproduċu provi li huma jqisu xierqa. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt"> </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="center" text-indent="-36pt"><span font-style="italic">Artikolu 10</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="center" text-indent="-36pt"><span font-style="italic">Dmir ta' kooperazzjoni</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">1.  Il-partijiet għandhom jassistu lill-awtorità kompetenti biex tivverifika l-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-każ. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">2.  Il-partijiet għandhom jingħataw limitu ta' żmien raġonevoli biex iwieġbu għal kwalunkwe talba ta' kooperazzjoni, b'kunsiderazzjoni tat-tul u tal-kumplessità tat-talba u r-rekwiżiti tal-investigazzjoni.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">3.  Fejn il-proċedura amministrattiva tista' twassal għal penali, il-partijiet għandhom jitfakkru dwar id-dritt kontra l-awtoinkriminazzjoni.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="165.3pt" margin-right="165.3pt" margin-top="12pt" text-align="center"><span font-style="italic">Artikolu 11</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="center" text-indent="-36pt"><span font-style="italic">Ix-xhieda u l-esperti</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="5.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify">Ix-xhieda u l-esperti jistgħu jinstemgħu fuq l-inizjattiva tal-awtorità kompetenti jew proposti mill-partijiet. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li tagħżel esperti li huma teknikament kompetenti u li mhumiex affettwati minn kunflitt ta' interess.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="5.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="5.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="center"><span font-style="italic">Artikolu 12</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="center" text-indent="-36pt"><span font-style="italic">Spezzjonijiet</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">1.  Jistgħu jitwettqu spezzjonijiet meta att leġiżlattiv tal-Unjoni jistabbilixxi setgħa ta' spezzjoni u fejn dan ikun meħtieġ biex jiġi sodissfatt obbligu jew biex jintlaħaq għan skont il-liġi tal-Unjoni. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">2.  L-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti u fil-limiti stabbiliti mill-att li jagħti mandat jew jawtorizza l-ispezzjoni fir-rigward tal-miżuri li jistgħu jittieħdu u l-postijiet li jistgħu jiġu mfittxija.  L-ispetturi għandhom jeżerċitaw is-setgħa tagħhom biss wara li tiġi prodotta awtorizzazzjoni bil-miktub li turi l-identità u l-kariga tagħhom. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">3.  L-awtorità responsabbli għall-ispezzjoni għandha tavża lill-parti li hija soġġetti għall-ispezzjoni bid-data u l-ħin tal-bidu tal-ispezzjoni. Dik il-parti għandha jkollha d-dritt li tkun preżenti matul l-ispezzjoni u tagħti opinjonijiet u tagħmel mistoqsijiet relatati mal-ispezzjoni. Fejn ikun strettament meħtieġ fl-interess pubbliku, l-awtorità responsabbli għall-ispezzjoni tista' idewwem jew ma tagħmilx tali notifika għal raġunijiet debitament motivati. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">4.  Matul l-ispezzjoni, il-partijiet preżenti għandhom jiġu mgħarrfa, kemm jista' jkun, dwar is-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni, il-proċedura u r-regoli li jirregolaw l-ispezzjoni u l-miżuri ta' segwitu u konsegwenzi possibbli tal-ispezzjoni. L-ispezzjoni għandha ssir mingħajr ma toħloq inkonvenjent żejjed lill-oġġett li jkun spezzjonat jew il-persuna li tkun tippossedih.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">5.  L-ispetturi għandhom ifasslu mingħajr dewmien rapport tal-ispezzjoni, li jiġbor fil-qosor il-kontribut tal-ispezzjoni biex jintlaħaq l-għan tal-investigazzjoni u jinnota l-osservazzjonijiet essenzjali magħmula. L-awtorità responsabbli għall-ispezzjoni għandha tibgħat kopja ta' dan ir-rapport ta' spezzjoni lill-partijiet intitolati li jkunu preżenti matul l-ispezzjoni.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">6.  L-awtorità responsabbli għall-ispezzjoni għandha tħejji u twettaq l-ispezzjoni b'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih issir l-ispezzjoni, sakemm l-Istat Membru nnifsu huwa s-suġġett tal-ispezzjoni, inkella din tipperikola l-għan tal-ispezzjoni. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">7.  Fit-twettiq ta' spezzjoni u meta jitfassal ir-rapport ta' spezzjoni, l-awtorità responsabbli għall-ispezzjoni għandha tieħu kont ta' kwalunkwe rekwiżiti proċedurali stipulati fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat li jispeċifikaw il-provi ammissibbli fi proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji tal-Istat Membru li fih ir-rapport tal-ispezzjoni huwa maħsub li jintuża.</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="206.7pt" margin-right="206.75pt" margin-top="3.45pt" text-align="center"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="198.45pt" margin-right="113.3pt" margin-top="3.45pt" text-align="center" text-indent="-56.7pt"><span font-style="italic">Artikolu 13</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="135.8pt" margin-right="113.3pt" margin-top="6pt" text-align="center"><span font-style="italic">Kunflitti ta' interessi</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">1.  Membru tal-persunal m'għandux jieħu sehem f'xi proċedura amministrattiva, li fiha jkollu direttament jew indirettament, interess personali, inkluż, b'mod partikolari, xi interessi familjari jew finanzjarji, li jistgħu jikkompromettu l-imparzjalità tiegħu.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">2.  Kwalunkwe kunflitt ta' interess għandu jiġi kkomunikat mill-membru tal-persunal ikkonċernat lill-awtorità kompetenti, li tiddeċidi teskludix lil tali persuna mill-proċedura amministrattiva, b'kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">3.  Kwalunkwe parti tista' titlob li membru tal-persunal jiġi eskluż milli jipparteċipa f'proċedura amministrattiva fuq il-bażi ta' kunflitt ta' interessi. Talba motivata f'dan is-sens għandha tiġi ppreżentata bil-miktub lill-awtorità kompetenti, li għandha tiddeċiedi wara li tisma' lill-membru tal-persunal ikkonċernat.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="12pt" text-align="center" text-indent="-36pt"> </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="188.8pt" margin-right="188.8pt" margin-top="6pt" text-align="center"><span font-style="italic">Artikolu 14</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="177.2pt" margin-right="188.8pt" margin-top="6pt" text-align="center"><span font-style="italic">Dritt ta' smigħ</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="3.7pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-30.35pt">1.  Il-partijiet għandu jkollhom id-dritt li jinstemgħu qabel ma tittieħed xi miżura individwali li taffettwahom b'mod negattiv jekk din tittieħed.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="3.7pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-30.35pt">2.  Il-partijiet għandhom jirċievu biżżejjed informazzjoni u għandhom jingħataw żmien biżżejjed biex jippreparaw il-każ tagħhom.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="3.7pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-30.35pt">3.  Il-partijiet għandhom jingħataw l-opportunità li jesprimu fehmiethom bil-miktub jew bil-fomm, jekk ikun meħtieġ, jew jekk jagħżlu li jagħmlu dan, bl-għajnuna ta' persuna magħżula minnhom. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="5.65pt" margin-right="3.7pt" margin-top="12pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="198.45pt" margin-right="113.3pt" margin-top="12pt" text-align="center" text-indent="-56.7pt"><span font-style="italic">Artikolu 15</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="152.5pt" margin-right="151.95pt" margin-top="6pt" text-align="center"><span font-style="italic">Id-dritt ta' aċċess għall-fajl</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="3.7pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-30.35pt">1.  Il-partijiet ikkonċernati jingħataw aċċess sħiħ għall-fajl, filwaqt li jiġu rrispettati l-interessi leġittimi tal-kunfidenzjalità u tas-segretezza professjonali u tan-negozju. Kull limitazzjoni għal dan id-dritt għandha tkun debitament motivata.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="3.7pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-30.35pt">2.  Fejn ma jistax jingħata aċċess sħiħ għall-fajl kollu, il-partijiet għandhom jingħataw sommarju adegwat tal-kontenut ta' dawk id-dokumenti. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="5.65pt" margin-right="3.7pt" margin-top="12pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="5.65pt" margin-right="3.7pt" margin-top="12pt" text-align="center"><span font-style="italic">Artikolu 16</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="5.65pt" margin-right="3.7pt" margin-top="6pt" text-align="center"><span font-style="italic">Obbligu li jinżammu rekords</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="3.7pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-30.35pt">1.  Għal kull fajl, l-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha żżomm ir-rekords tal-posta li tkun dieħla u ħierġa, tad-dokumenti li tirċievi u tal-miżuri li tieħu. Hija għandha tistabbilixxi indiċi tal-fajls li żżomm.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="5.65pt" margin-right="3.7pt" margin-top="12pt" text-align="justify">2.  Ir-rekords għandhom jinżammu b'rispett sħiħ għad-dritt tal-protezzjoni tad-data.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="5.65pt" margin-right="3.7pt" margin-top="6pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="333.15pt" margin-right="3.7pt" margin-top="12pt" text-align="center" text-indent="-290.6pt"><span font-style="italic">Artikolu 17</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="191.4pt" margin-right="113.3pt" margin-top="6pt" text-align="center" text-indent="-49.65pt"><span font-style="italic">Limiti taż-żmien</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">1.  Atti amministrattivi għandhom ikunu adottati u proċeduri amministrattivi għandhom jiġu konklużi f'limitu ta' żmien raġonevoli u mingħajr dewmien. Il-limitu ta' żmien għall-adozzjoni ta' att amministrattiv m'għandux jeċċedi tliet xhur mid-data ta':</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="71.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-66pt">  (a)  notifika tad-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura amministrattiva jekk inbdiet mill-amministrazzjoni tal-Unjoni, jew </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="71.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-66pt">  (b)  l-irċevuta tal-applikazzjoni jekk il-proċedura amministrattiva kienet mibdija permezz ta' applikazzjoni.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">2.  Jekk l-ebda att amministrattiv ma jista' jiġi adottat fil-limitu taż-żmien rilevanti, il-partijiet ikkonċernati għandhom jiġu infurmati b'dan u bir-raġunijiet li jiġġustifikaw id-dewmien u dawn għandhom ikunu pprovduti bi stima ta' data mistennija tal-adozzjoni tal-att amministrattiv. Fuq talba, l-awtorità kompetenti għandha twieġeb mistoqsijiet rigward il-progress tal-konsiderazzjoni tal-kwistjoni.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">3.  Jekk l-amministrazzjoni tal-Unjoni ma tikkonfermax li rċiviet l-applikazzjoni fi żmien tliet xhur, l-applikazzjoni titqies miċħuda.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">4.  Il-limiti ta' żmien għandhom jiġu kkalkulati skont ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill<footnote><p margin-bottom="10pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/1971 tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perijodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).</p>
</footnote>.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center"><span font-weight="bold">KAPITOLU IV:</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="41.65pt" margin-right="0pt" margin-top="0.1pt" text-align="center"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center"><span font-weight="bold">KONKLUŻJONI TAL-PROĊEDURA AMMINISTRATTIVA</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="206.7pt" margin-right="206.75pt" margin-top="0pt" text-align="center"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="206.7pt" margin-right="206.75pt" margin-top="0pt" text-align="center"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="198.45pt" margin-right="113.3pt" margin-top="0pt" text-align="center" text-indent="-56.7pt"><span font-style="italic">Artikolu 18</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="151.4pt" margin-right="113.3pt" margin-top="6pt" text-align="center" text-indent="-9.65pt"><span font-style="italic">Forma ta' atti amministrattivi</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="5.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify">L-atti amministrattivi għandhom ikunu bil-miktub u għandhom jiġu ffirmati mill-awtorità kompetenti. Għandhom jitfasslu b'mod ċar, sempliċi u għandhom jinftiehmu.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="198.45pt" margin-right="113.3pt" margin-top="18pt" text-align="center" text-indent="-56.7pt"><span font-style="italic">Artikolu 19</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="170.1pt" margin-right="113.3pt" margin-top="6pt" text-align="center" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic">Obbligu li jingħataw raġunijiet</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">1.  L-atti amministrattivi għandhom jiddikjaraw b'mod ċar ir-raġunijiet li fuqhom jissejsu.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">2.  Atti amministrattivi għandhom jindikaw il-bażi ġuridika tagħhom, il-fatti rilevanti u l-mod kif ġew ikkunsidrati l-interessi differenti rilevanti. </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.1pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">3.  Atti amministrattivi għandu jkun fihom dikjarazzjoni individwali tar-raġunijiet rilevanti għas-sitwazzjoni tal-partijiet. Jekk dak ma jkunx possibbli minħabba l-fatt li numru kbir ta' persuni huma kkonċernati, dikjarazzjoni ġenerali tar-raġunijiet tkun suffiċjenti. F'dak il-każ, madankollu, għandha tingħata dikjarazzjoni individwali tar-raġunijiet lil kull parti li jitlobha b'mod espliċitu.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="198.45pt" margin-right="113.3pt" margin-top="18pt" text-align="center" text-indent="-56.7pt"><span font-style="italic">Artikolu 20</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="155.05pt" margin-right="113.3pt" margin-top="6pt" text-align="center" text-indent="-13.3pt"><span font-style="italic">Rimedji </span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="43.95pt" margin-right="5.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">1.  Atti amministrattivi għandhom jindikaw b'mod ċar li rieżami amministrattiva hija possibbli.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="43.95pt" margin-right="5.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">2.  Il-partijiet għandu jkollhom id-dritt li jitolbu rieżami amministrattiva kontra atti amministrattivi li jippreġudikaw id-drittijiet u l-interessi tagħhom. It-talbiet għal rieżamijiet amministrattivi għandhom jitressqu quddiem l-awtorita’ li hi s-superjur ġerarkiku u, meta dan ma jkunx possibbli, lill-istess awtorità li adottat l-att amministrattiv.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="43.95pt" margin-right="5.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">3.  Atti amministrattivi għandhom jiddeskrivu l-proċedura li għandha tiġi segwita għall-preżentazzjoni ta' talba għal rieżami amministrattiv, kif ukoll l-isem u l-indirizz tal-uffiċċju tal-awtorità kompetenti jew il-membru tal-persunal responsabbli li lilu trid tiġi ppreżentata t-talba għal rieżami. L-att għandu jindika wkoll il-limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' tali talba. Jekk ma tiġi ppreżentata ebda talba fillimitu ta' żmien, l-att amministrattiv jitqies finali.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="43.95pt" margin-right="5.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">4.  Atti amministrattivi għandhom jirreferu b'mod ċar, fejn il-liġi tal-Unjoni tipprovdi għall-possibbiltà li jitressqu proċeduri ġudizzjarji jew ilmenti mal-Ombudsman Ewropew. </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="43.95pt" margin-right="5.1pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-36pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="191.4pt" margin-right="113.3pt" margin-top="12pt" text-align="center" text-indent="-49.65pt"><span font-style="italic">Artikolu 21</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="137.8pt" margin-right="137.5pt" margin-top="6pt" text-align="center"><span font-style="italic">Notifika ta' atti amministrattivi</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="7.95pt" margin-right="5.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify">Atti amministrattivi li jaffettwaw id-drittijiet u l-interessi tal-partijiet għandhom jiġu notifikati lilhom bil-miktub malli jiġu adottati. Atti amministrattivi jidħlu fis-seħħ fir-rigward ta' parti meta dik il-parti tiġi nnotifikata. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="7.95pt" margin-right="5.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="28.35pt" margin-right="28.35pt" margin-top="12pt" text-align="center"><span font-weight="bold">KAPITOLU V</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="41.65pt" margin-right="0pt" margin-top="0.1pt" text-align="center"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center"><span font-weight="bold">RETTIFIKA U REVOKA TA' ATTI</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="198.45pt" margin-right="113.3pt" margin-top="12pt" text-align="center" text-indent="-56.7pt"><span font-style="italic">Artikolu 22</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="113.4pt" margin-right="113.4pt" margin-top="6pt" text-align="center"><span font-style="italic">Korrezzjoni ta' żbalji f'atti amministrattivi</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.1pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">1.  Żbalji klerikali, aritmetiċi jew żbalji simili għandhom jiġu kkorreġuti mill-awtorità kompetenti fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-parti kkonċernata. </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.1pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">2.  Il-partijiet għandhom jiġu informati qabel ma tiġi implimentata xi korrezzjoni u l-korrezzjoni tidħol fis-seħħ malli ssir in-notifika. Jekk dan ma jkunx possibbli minħabba n-numru kbir ta' partijiet ikkonċernati, għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li l-partijiet kollha jkunu infurmati mingħajr dewmien żejjed.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="208.65pt" margin-right="113.3pt" margin-top="12pt" text-align="center" text-indent="-66.9pt"><span font-style="italic">Artikolu 23</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="36pt" margin-right="36pt" margin-top="12pt" text-align="center"><span font-style="italic">Rettifika jew revoka ta' atti amministrattivi li jaffettwaw ħażin lil parti</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="3.1pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">1.  L-awtorità kompetenti għandha tirrettifika jew tirrevoka, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-parti kkonċernata, att amministrattiv illegali li jippreġudika lil parti. Ir-rettifika jew ir-revoka jkollha effett retroattiv.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="3.1pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">2.  L-awtorità kompetenti għandha tirrettifika jew tirrevoka, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-parti kkonċernata, att amministrattiv legali li jippreġudika lil parti jekk ir-raġunijiet li wasslu għall-adozzjoni ta’ dak l-att speċifiku  ma jeżistux iktar. Ir-rettifika jew ir-revoka ma jkollhomx effett retroattiv.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="11.9pt" margin-top="6pt">3.  Ir-rettifika jew ir-revoka tidħol fis-seħħ meta l-parti tiġi notifikata.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="3.4pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">4.  Fejn att amministrattiv jippreġudika parti u fl-istess waqt huwa ta' vantaġġ għal partijiet oħra, għandha ssir evalwazzjoni tal-impatt possibbli fuq il-partijiet kollha, u l-konklużjonijiet tagħha għandhom jiġu inklużi fir-raġunijiet tal-att li jirrettifika jew jirrevoka. </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0.4pt"> </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="36pt" margin-top="12pt" text-align="center"><span font-style="italic">Artikolu 24</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="36pt" margin-top="12pt" text-align="center"><span font-style="italic">Rettifika jew revoka ta' atti amministrattivi li jaffettwaw tajjeb lil parti</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="3.1pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">1.  L-awtorità kompetenti għandha tirrettifika jew tirrevoka, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' parti oħra, att amministrattiv illegali li huwa ta' vantaġġ għal xi parti. </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="3.1pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">2.  Għandhom jiġu debitament ikkunsidrati l-konsegwenzi tan-nuqqas ta' rettifika jew tal-irtirar fuq partijiet li jistgħu leġittimament jistennew li l-att ikun legali. Jekk tali partijiet iġarrbu telf minħabba d-dipendenza fuq il-legalità tad-deċiżjoni, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta jekk dawk il-partijiet humiex intitolati għal kumpens.  </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="3.1pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">3.  Ir-rettifika jew ir-revoka jkollha effett retroattiv biss jekk isseħħ fi żmien raġonevoli.  Jekk parti tista' leġittimament tistenna li l-att ikun legali u argumentat li għandu jinżamm fis-seħħ, ir-rettifika jew ir-revoka ma jkollhomx effett retroattiv fir-rigward ta' dik il-parti.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="3.1pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">4.  L-awtorità kompetenti tista' tirrettifika jew tirtira att amministrattiv legali li jkun ta' benefiċċju għal parti fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' parti oħra jekk ir-raġunijiet li jwasslu għal att speċifiku m'għadhomx jeżistu. Għandhom jiġu debitament ikkunsidrati l-aspettattivi leġittimi ta' partijiet oħra.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="36pt" margin-right="3.1pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">5.  Ir-rettifika jew ir-revoka tidħol fis-seħħ meta l-parti tiġi notifikata.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="36pt" margin-right="3.1pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt"> </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="36pt" margin-top="12pt" text-align="center"><span font-style="italic">Artikolu 25</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="center"><span font-style="italic">Ġestjoni ta' korrezzjonijiet ta' żbalji, ta' rettifika u ta' revoka</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify">Id-dispożizzjonijiet rilevanti fil-Kapitoli III, IV u VI ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll għal korrezzjoni ta' żbalji, għar-rettifika u għar-revoka ta' atti amministrattivi. </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center"><span font-weight="bold">KAPITOLU VI</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center"><span font-weight="bold">ATTI AMMINISTRATTIVI B'AMBITU TA' APPLIKAZZJONI ĠENERALI</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center"><span font-style="italic">Artikolu 26</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center"><span font-style="italic">Rispett għad-drittijiet proċedurali</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Atti amministrattivi b'kamp ta' applikazzjoni ġenerali adottati mill-amministrazzjoni tal-Unjoni għandhom jirrispettaw id-drittijiet proċedurali previsti f'dan ir-Regolament.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-align="center"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="center"><span font-style="italic">Artikolu 27</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center"><span font-style="italic">Bażi ġuridika, dikjarazzjoni tar-raġunijiet, u pubblikazzjoni</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">1.  Atti amministrattivi b'kamp ta' applikazzjoni ġenerali adottati mill-amministrazzjoni tal-Unjoni għandhom jindikaw il-bażi ġuridika tagħhom u għandhom jiddikjaraw b'mod ċar ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">2.  Dawn għandhom jidħlu fis-seħħ mid-data tal-pubblikazzjoni b'mezzi direttament aċċessibbli lill-persuni kkonċernati.</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center"><span font-weight="bold">KAPITOLU VII</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-align="center"><span font-weight="bold">INFORMAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-align="center"> </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-align="center"><span font-style="italic">Artikolu 28</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center"><span font-style="italic">Informazzjoni online dwar ir-regoli dwar il-proċeduri amministrattivi</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="36pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">1.   L-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha tippromwovi l-provvista ta' informazzjoni online aġġornata dwar il-proċeduri amministrattivi eżistenti f'websajt ad hoc, fejn ikun possibbli u raġonevoli. Għandha tingħata prijorità lill-proċeduri ta' applikazzjoni.</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify">2.   L-informazzjoni online għandha tinkludi:</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="41.65pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify">(a)   link għal-leġiżlazzjoni applikabbli,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="36pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="71.65pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-30pt">(b)   spjegazzjoni fil-qosor tar-rekwiżiti legali ewlenin u l-interpretazzjoni amministrattiva tagħhom,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="41.65pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="41.65pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify">(c)   deskrizzjoni tal-passi proċedurali ewlenin,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="41.65pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="41.65pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify">(d)   l-indikazzjoni tal-awtorità kompetenti li għandha tadotta l-att finali,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="41.65pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="41.65pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify">(e)   l-indikazzjoni tal-limitu ta' żmien għall-adozzjoni tal-att,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="41.65pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"><br clear="none"></br>(f)   l-indikazzjoni ta' rimedji disponibbli,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="41.65pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="71.65pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify" text-indent="-30pt">(g)   link għal formoli standard li jistgħu jintużaw minn partijiet fil-komunikazzjonijiet tagħhom mal-amministrazzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-proċedura.</p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="41.65pt" margin-right="3.4pt" margin-top="12pt" text-align="justify" text-indent="-36pt">3.  L-informazzjoni online stabbilita fil-paragrafu (2) għandha tiġi ppreżentata b'mod ċar u b'mod sempliċi. Aċċess għal dik l-informazzjoni għandha tkun mingħajr ħlas.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="198.45pt" margin-right="113.3pt" margin-top="18pt" text-align="center" text-indent="-56.7pt"><span font-style="italic">Artikolu 29</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="191.4pt" margin-right="113.3pt" margin-top="0pt" text-align="center" text-indent="-49.65pt"><span font-style="italic">Evalwazzjoni</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt">Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar l-evalwazzjoni tal-funzjonament ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel [xx snin wara d-dħul fis-seħħ]. </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt"> </p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="36pt" margin-right="36pt" margin-top="12pt" text-align="center"><span font-style="italic">Artikolu 30</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="184.3pt" margin-right="192.5pt" margin-top="6pt" text-align="center"><span font-style="italic">Dħul fis-seħħ</span></p>
<p margin-bottom="6pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify">Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'<span font-style="italic">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</span>.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="6pt" text-align="justify">Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu. </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="15.9pt" margin-top="6pt">Magħmul fi,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="1.15pt">Għall-Parlament Ewropew            Għall-Kunsill</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="1.15pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="1.15pt">Il-President                Il-President</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="15.9pt" margin-top="6pt"> </p>
</Section></Motion>