<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0724/2016</Ref><Date>1.6.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2699(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4521">Charles Tannock</Author>, <Author id="117477">Mark Demesmaeker</Author>, <Author id="124943">Andrew Lewer</Author>, <Author id="96957">Ashley Fox</Author>, <Author id="124873">Angel Dzhambazki</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4271"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE596.890v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0724/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2699" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2699">2016/2699(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela, b'mod partikolari dawk tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0176" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0176/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2014)0176</ANCHOR>.</p>
</footnote>, tat-18 ta' Diċembru 2014 dwar il-persekuzzjoni tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0106" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0106/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2014)0106</ANCHOR>.</p>
</footnote> u tat-12 ta' Marzu 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0080" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0080/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0080</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-25 ta' Novembru 2015 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li l-Venezwela hija parti għalih,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-ittra tas-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani tat-18 ta' Mejju 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi sew il-Gvern tal-Venezwela kif ukoll il-Qorti Suprema tal-Venezwela qed ifixklu s-setgħat leġiżlattivi tal-Assemblea Nazzjonali inawgurata f'Diċembru 2015 bl-oppożizzjoni demokratika fil-maġġoranza, u b'hekk qed jipperikolaw il-bilanċ tas-setgħat meħtieġ fi stat iggvernat bl-istat tad-dritt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi deċiżjonijiet bħal dawk li ħarġu u kkonfermaw id-Digriet ta' Stat ta' Eċċezzjoni u ta' Emerġenza Ekonomika, eliminaw is-setgħat tal-Assemblea Nazzjonali rigward l-iskrutinju tal-politiki, irrifjutaw li jirrikonoxxu s-setgħa kkonferita mill-kostsiuzzjoni lill-Assemblea Nazzjonali li din tal-aħħar tirrevoka l-ħatra ta' mħallfin tal-Qorti Suprema, iddikjaraw mhux kostituzzjonali r-riforma tal-Liġi dwar il-Bank Ċentrali tal-Venezwela, issospendew l-artikoli tar-Regoli dwar d-Dibattiti Interni tal-Assemblea Nazzjonali, fost l-oħrajn, ittieħdu bi ksur tas-setgħat leġiżlattivi tal-Assemblea Nazzjonali, bl-ebda rispett għall-bilanċ tas-setgħat li huwa essenzjali fi stat iggvernat bl-istat tad-dritt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi, fid-29 ta' Marzu 2016, l-Assemblea Nazjonali għaddiet il-Liġi dwar Amnistija u Rikonċiljazzjoni Nazzjonali, bil-ħsieb li jinħelsu l-priġunieri politiċi, li l-parti l-kbira minnhom kienu miżmuma l-ħabs mingħajr ma sarilhom proċess jew instabu ħatja, u billi, fil-11 ta' April 2016, il-Qorti Suprema ddikjarat li dik il-liġi ma kenitx kostituzzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-gvern tal-Venezwela għandu kontroll sħiħ fuq il-ġudikatura tal-pajjiż u fuq il-kummissjoni elettorali, bi ksur ċar tal-prinċipju tal-indipendenza u s-separazzjoni tas-setgħat li hija karatteristika ta' stati demokratiċi ggvernati bl-istat tad-dritt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-oppożizzjoni demokratika bdiet proċess li jgawdi rikonoxximent kostituzzjonali li jippermetti li uffiċjali pubbliċi jitwarrbu mill-kariga wara li jkunu kkompetaw 50 % tal-mandat tagħhom, u ġabret u għaddiet lill-Kunsill Elettorali Nazzjonali 1,8 miljun firma, bil-wisq aktar mill-198 000 meħtieġa biex il-proċess jiġi aċċettat kostituzzjonalment;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi Luis Almagro, is-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, ħeġġeġ lill-President tal-Venezwela biex ma jibqax jimmina l-parlament immexxi mill-oppożizzjoni, jeħles "lin-nies li qed iżżommfil-ħabsijiet minħabba l-ideat tagħhom" u jħalli r-referendum dwar ir-revoka jsir din is-sena;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-konfrontazzjonijiet politiċi qed isiru fuq sfond ta' inċertezza ekonomika dejjem tikber għall-parti l-kbira tal-Venezwelani, li qed ibatu minn skarsezzi ta' oġġetti tal-ikel u mediċini bażiċi, sptarijiet li sejrin lura, qtugħ tal-provvista tal-ilma u tal-elettriku, korruzzjoni massiċċa u inflazzjoni li qed tispara 'l fuq, kif ukoll minn vjolenza (politika) li qed tikber;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar id-deterjorament gravi tal-istat tad-dritt, tad-demokrazija u tas-sitwazzjoni soċjoekonomika tal-Venezwela;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jikkundanna bil-qawwa l-użu ta' setgħat tal-istat, b'mod partikolari ta' dawk tal-ġudikatura u tal-Kunsill Elettorali Nazzjonali, għat-tagħwiġ u t-twarrib ta' leġiżlazzjoni adottata leġittimament mill-parlament, l-Assemblea Nazzjonali, b'mod li b'hekk jimmina r-rieda tal-poplu tal-Venezwela kif espressa fl-elezzjonijiet tas-6 ta' Dċembru2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jistieden lill-Gvern tal-Venezwela jirrispetta l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt li dak li jkun jieħu sehem f'dimostrazzjonijiet paċifiċi, u l-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat li hija karatteristika tad-demokraziji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Venezwela biex jeħles minnufih il-priġunieri politiċi kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Iħeġġeġ lill-gvern u lill-awtoritajiet pubbliċi tal-Venezwela biex jirrispettaw il-kostituzzjoni, inklużi l-mekkaniżmi u l-proċeduri leġittimi u rikonoxxuti għall-attivazzjoni tal-proċess stabbilit fil-kostituzzjoni tal-Venezwela għad-destituzzjoni tal-president qabel tmiem l-2016;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Iħeġġeġ lill-partijiet kollha kkonċernati biex jegħlbu s-sitwazzjoni attwali kritika tal-Venezwela permezz ta' soluzzjoni kostituzzjonali, paċifika u demokratika bbażata fuq id-djalogu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Iħeġġeġ lill-VP/RGħ tikkoopera mal-pajjiżi tal-Amerika Latina u ma' organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali bil-għan li tiżgura li fil-Venezwela jiġu implimentati mekkaniżmi għad-djalogu, għar-rikonċiljazzjoni u għall-medjazzjoni nazzjonali ħalli jirfdu soluzzjoni paċifika, demokratika u kostituzzjonali għall-kriżi li l-pajjiż qed iġarrab bħalissa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>