<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0731/2016</Ref><Date>1.6.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa skont l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni ta' XXXX dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (<span font-style="italic">Dianthus caryophyllus L.</span>, linja SHD-27531-4)</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(D044927/02 – 2016/2683(RSP))</p></Doc-Ref><Body type="OTHER"><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel</span></p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Rapporteur: <Author id="4751">Bart Staes</Author></p>
</Blk-Author><Blk-Author><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Korapporteurs: <Author id="124744">Guillaume Balas</Author>, <Author id="124984">Lynn Boylan</Author>, <Author id="124779">Eleonora Evi</Author>, <Author id="40599">Sirpa Pietikäinen</Author></p>
</Blk-Author></Blk-Title-Cover><Num-PE>PE596.897v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0731/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (<span font-style="italic">Dianthus caryophyllus L.</span>, linja SHD-27531-4)</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(D044927/02 – <ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2683" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2683">2016/2683(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (<span font-style="italic">Dianthus caryophyllus L.</span>, linja SHD-27531-4) (D044927/02),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> OJ L 106, 17.4.2001, p. 1.</p>
</footnote>, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1) tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠUL 55, 28.2.2011, p. 13.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-opinjoni ppubblikata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-15 ta' Diċembru 2015<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Bord tal-OĠM tal-EFSA (il-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati), 2015. Opinjoni xjentifika dwar notifika tal-Parti C (Referenza C/NL/13/01) minn Suntory Holdings Limited, għall-importazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut tal-fjuri maqtugħa tal-qronfol SHD-27531-4 bil-kulur tal-petali modifikat għal użu ta' tiżjin. Ġurnal tal-EFSA 2015;13(12):4358, 19 pp. doi:10.2903/j.efsa.2015.4358. </p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-opinjoni maħruġa mill-EFSA fl-10 ta' Novembru 2014<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Bord tal-OĠM tal-EFSA (il-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati), 2014. Opinjoni xjentifika dwar l-oġġezzjonijiet ta' Stat Membru għal notifika (Referenza C/NL/13/01) għat-tqegħid fis-suq tal-qronfla ġenetikament modifikata SHD-27531-4 b'kulur modifikat, għall-importazzjoni ta' fjuri maqtugħa għal użu ornamentali, skont il-Parti C tad-Direttiva 2001/18/KE, minn Suntory Holdings Limited. Ġurnal tal-EFSA 2014; 12(11):3878, 9 pp. doi:10.2903/j.efsa.2014.3878. </p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-andament tal-votazzjoni tal-Kumitat għar-Regolamentazzjoni tal-25 ta' April 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi f'Marzu 2013, notifika (Referenza C/NL/13/01) dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (<span font-style="italic">Dianthus caryophyllus</span> <span font-style="italic">L.</span>, linja SHD-27531-4) kienet intbagħtet minn Suntory Holdings Limited, Osaka, il-Ġappun, lill-awtorità kompetenti tan-Netherlands;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-ambitu tan-notifika C/NL/13/01 ikopri l-importazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut fl-Unjoni tal-fjuri maqtugħa tal-qronfla ġenetikament modifikata (GM) SHD-27531-4 għal użu ornamentali biss;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi fil-25 ta' April 2016, il-Kumitat għar-Regolamentazzjoni ma ta l-ebda opinjoni, b'seba' Stati Membri li jirrappreżentaw 7.84 % tal-popolazzjoni, li vvutaw kontra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni, sitt Stati Membri li jirrapreżentaw 46.26 % tal-popolazzjoni li astjenew, ħdax-il Stat Membru li jirrapreżentaw 36.29 % tal-popolazzjoni li vvutaw favur, u erba' Stati Membri ma kinux rappreżentati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-opinjoni tal-EFSA tiddikjara li l-Bord tal-OĠM tal-EFSA huwa konxju dwar drawwa ta' ikel f'ċerti popolazzjonijiet li intenzjonalment jikkunsmaw il-petali tal-qronfol bħala kontorn;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-Bord tal-OĠM tal-EFSA ma kienx, madankollu, ivvaluta l-konsegwenzi possibbli tal-konsum intenzjonat mill-bniedem tal-qronfol ġenetikament modifikat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi kemm l-inġestjoni mill-ħalq mill-annimali, intenzjonata jew aċċidentali, ta' fjuri tal-qronfol ĠM ġew esklużi mill-opinjoni tal-EFSA;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-qronfla tappartjeni għall-ispeċi <span font-style="italic">Dianthus caryophyllus </span> tal-ġeneru <span font-style="italic">Dianthus</span> li huwa kkultivat ħafna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi membri tal-ġeneru <span font-style="italic">Dianthus</span>, inklużi speċi selvaġġi u domestikati, huma pjuttost differenti, peress li l-oriġini tagħhom jinstabu min-Nofsinhar tar-Russja sar-reġjuni Alpini tal-Greċja u l-muntanji ta' Auvergne fi Franza; billi <span font-style="italic">Dianthus</span> <span font-style="italic">spp.</span> huma adattati għar-reġjuni iktar friski Alpini tal-Ewropa u l-Asja, u jinstabu wkoll fir-reġjuni kostali tal-Mediterran; billi <span font-style="italic">D. caryophyllus</span> hija pjanta ornamentali kkoltivata ħafna fl-Ewropa, kemm fis-serer kif ukoll barra (jiġifieri fl-Italja u fi Spanja), u xi kultant hija nnaturalizzata f'xi pajjiżi tal-Mediterran iżda tidher li hija ristretta għal reġjuni kostali tal-Mediterran tal-Greċja, l-Italja, Korsika, Sardinja u Sqallija<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Tutin et al., 1993.</p>
</footnote>; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-pajjiżi ewlenin fil-produzzjoni tal-qronfol huma l-Italja, Spanja u n-Netherlands u billi d-<span font-style="italic">Dianthus caryophyllus</span> selvaġġ jinsab primarjament fi Franza u fl-Italja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> <a text-decoration="none" href="http://gmoinfo.jrc.ec.europa.eu/csnifs/C-NL-13-01.pdf" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://gmoinfo.jrc.ec.europa.eu/csnifs/C-NL-13-01.pdf</span></a> </p>
</footnote>; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi Ċipru oġġezzjonat għan-notifika u l-Bord tal-OĠM tal-EFSA qabel ma' Ċipru li l-propagazzjoni tal-qronfol SHD-27531–4 (pereżempju tħaffir) minn individwi ma tistgħax tiġi eskluża; billi l-EFSA tikkunsidra li z-zkuk maqtugħin b'rimjiet veġetattivi jistgħu jiġu ppropagati permezz tat-tħaffir jew permezz tal-mikropropagazzjoni u rilaxxati fl-ambjent (pereżempju f'ġonna); </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi fis-selvaġġ, id-dakkir inkroċjat tad-<span font-style="italic">Dianthus</span> <span font-style="italic">spp.</span> jitwettaq minn insetti pollinaturi, b'mod partikolari mill-<span font-style="italic">Lepidoptera</span> li għandhom proboxxidi ta' tul suffiċjenti biex jilħqu n-nettarini fil-bażi tal-fjuri; billi l-Bord tal-OĠM tal-EFSA huwa tal-fehma li l-potenzjal tat-tixrid tal-polline tal-qronfla ĠM SHD-27531-4 mil-<span font-style="italic">Lepidoptera </span> lill-ispeċi selvaġġi tad-<span font-style="italic">Dianthus</span> ma jistax jiġi eliminat; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi ladarba l-valur ornamentali tagħhom ikun spiċċa, id-<span font-style="italic">Dianthus caryophyllus L.</span>, ġenetikament modifikat, linja SHD-27531–4 ser isir skart li, skont il-prinċipji ta' ekonomija ċirkolari, possibbilment ikun ġestit permezz ta' kompostjar, iżda billi l-EFSA ma analizzatx l-impatti ta' tali tixrid fl-ambjent;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi f'każ li joħorġu fl-ambjent permezz ta' żrieragħ vijabbli, il-polline jew pjanti bl-għeruq, il-Bord tal-OĠM tal-EFSA jikkunsidra li l-qronfla SHD-27531-4 ma turix karatteristiċi ta' idoneità msaħħa, ħlief meta esposta għal erbiċidi tas-sulfonilurea; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi l-qronfla ġenetikament modifikata tikkontjeni l-ġene <span font-style="italic">SuRB</span> (<span font-style="italic">als</span>) għal sintażi aċetolattat (ALS) mutant li ġej min-<span font-style="italic">Nicotiana tabacum</span>, li jagħti tolleranza lis-sulfonilurea; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi, skont il-PAN UK, "xi erbiċidi huma ferm tossiċi għall-pjanti, b'dożi baxxi ħafna, bħal sulfonilurea, is-sulfonammidi u l-imidażolinoni. Is-sulfonilurea ħadu post erbiċidi oħra li huma aktar tossiċi għall-annimali. Esperti wissew li l-użu mifrux tas-sulfonilureas "jista' jkollu impatt devastanti fuq il-produttività ta' uċuħ tar-raba' li mhumiex fil-mira tagħhom u l-għamla fiżika tal-komunitajiet tal-pjanti naturali u tal-katini tal-ikell tal-organiżmi selvaġġi"'<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> <a text-decoration="none" href="http://www.pan-uk.org/pestnews/Issue/pn88/PN88_p4-7.pdf" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://www.pan-uk.org/pestnews/Issue/pn88/PN88_p4-7.pdf</span></a></p>
</footnote>; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.  billi s-sulfonilurea huma għażliet komuni tat-tieni linja għall-ġestjoni tad-dijabete tat-tip 2 u huma assoċjati ma' riskju akbar ta' avvenimenti kardjovaskulari meta mqabbla ma' drogi antidiabetiċi oħra<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> <a text-decoration="none" href="http://thelancet.com/journals/landia/article/PIIS2213-8587(14)70213-X/fulltext" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://thelancet.com/journals/landia/article/PIIS2213-8587(14)70213-X/fulltext</span></a></p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Q.  billi l-ħolqien ta' suq għal pjanti reżistenti għas-sulfonylurea jħeġġeġ l-użu dinji ta' din il-mediċina kontra d-dijabete bħala erbiċida;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">R.  billi l-użu ta' mediċina għal skop ieħor għajr dak tas-saħħa pubblika li jwassal għat-tixrid mhux ikkontrollat tiegħu fl-ekosistemi jista' jkollu effetti ta' ħsara madwar id-dinja fuq il-bijodiversità u jikkawża l-kontaminazzjoni kimika tal-ilma tax-xorb;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni ma tissodisfax l-għan tal-ħarsien tas-saħħa u tal-ambjent previst fid-Direttiva 2001/18/KE u għalhekk jeċċedi s-setgħat ta' implimentazzjoni previsti f'din id-Direttiva;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>