<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0802/2016</Ref><Date>17.6.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> dwar il-massakri fil-Lvant tal-Kongo</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2770(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> <Author id="96848">Mariya Gabriel</Author>, <Author id="96806">Teresa Jiménez-Becerril Barrio</Author>, <Author id="96838">Cristian Dan Preda</Author>, <Author id="96762">Joachim Zeller</Author>, <Author id="2341">Michael Gahler</Author>, <Author id="124715">György Hölvényi</Author>, <Author id="119435">Davor Ivo Stier</Author>, <Author id="39721">Theodor Dumitru Stolojan</Author>, <Author id="124895">Krzysztof Hetman</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE585.232v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0802/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-massakri fil-Lvant tal-Kongo</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2770" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2770">2016/2770(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mod partikolari dawk tad-9 ta' Lulju 2015<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0278" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0278/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0278</ANCHOR>.</p>
</footnote>, tas-17 ta' Diċembru 2015<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0475" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0475/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0475</ANCHOR>.</p>
</footnote> u tal-10 ta' Marzu 2016<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0085" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0085/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0085</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tad-Delegazzjoni tal-UE għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja, adottat mill-Kunsill fit-22 ta' Ġunju 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni 2198 (2015), dwar it-tiġdid tar-reġim ta' sanzjonijiet fil-konfront tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-mandat tal-Grupp ta' Esperti, u r-riżoluzzjoni 2277 (2016), li ġeddet il-mandat tal-Missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO) għal sena,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, tas-27 ta' Lulju 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tad-9 ta' Novembru 2015 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapporti tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-Missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas għall-Paċi, is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u r-Reġjun,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo tat-23 ta' Mejju 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-kelliem tagħha dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mod partikolari dawk tal-25 ta' Jannar 2015 u t-12 ta' Ottubru 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet lokali tal-UE tal-21 ta' Ottubru 2015 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Qafas għall-Paċi, is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u r-Reġjun, li ġie ffirmat f'Addis Ababa fi Frar 2013,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Konflitti Armati,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ta' Ġunju 1981, ratifikata mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-kriżijiet umanitarji u militari persistenti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo diġà kkawżaw il-mewt ta' madwar 5 miljun persuna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi s-sitwazzjoni tas-sigurtà u tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo qed tkompli sejra għall-agħar fil-Lvant tal-pajjiż, fejn għexieren ta' gruppi armati għadhom attivi, b'rapporti kostanti ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali, inklużi attakki mmirati fuq il-popolazzjoni ċivili, vjolenza sesswali mifruxa u reklutaġġ u użu sistematiċi ta' tfal min-naħa tal-gruppi armati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi, fil-provinċja tal-Kivu ta' Fuq, gruppi armati barranin u lokali, inkluża l-armata Kongoliża (FARDC), qed ikomplu jwettqu massakri sporadiċi fil-konfront tal-popolazzjoni ċivili, ħafna drabi għal raġunijiet etniċi u b'impunità totali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi, fil-bidu ta' Mejju 2016, aktar minn 50 persuna, fosthom tfal, inqatlu brutalment f'Beni, u b'hekk l-ammont ta' persuni li hu kkalkulat li mietu fir-reġjun tela' għal aktar minn 600 minn Ottubru 2014 'l hawn; billi ħafna villaġġi fit-territorji tal-Lvant issa huma okkupati mill-gruppi armati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi qiegħda dejjem tikber l-iskuntentizza fir-rigward tan-nuqqas ta' azzjoni u s-skiet min-naħa tal-President Kabila quddiem dawn l-atroċitajiet, li allegatament qed isiru kemm minn gruppi ta' ribelli armati kif ukoll mill-forzi militari tal-istat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi huwa essenzjali li tinstab soluzzjoni politika għall-kriżi fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, sabiex jissaħħu l-paċi u s-sigurtà fil-pajjiż, kif ukoll fir-reġjun tal-Lagi l-Kbar kollu kemm hu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-operaturi umanitarji jikkalkulaw li, bħalissa, 7.5 miljun ruħ jeħtieġu assistenza; billi l-kunflitt u l-operazzjonijiet militari li għaddejjin ikkawżaw l-ispostament intern ta' 1.5 miljun persuna, u ġiegħlu lil 500 000 persuna jaħarbu mill-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA) rrapporta żieda fil-ħtif u l-attakki fil-konfront tal-ħaddiema u l-konvojs umanitarji, li ġiegħel lill-organizzazzjonijiet umanitarji jipposponu t-twassil tal-għajnuna u jissospendu l-attivitajiet tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-iskejjel għadhom qed jintużaw għal skopijiet militari, bħala siti ta' okkupazzjoni jew postijiet ta' reklutaġġ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi, fir-rigward tal-vjolenza sesswali, in-NU rrimarkat l-azzjoni sinifikanti meħuda mill-awtoritajiet Kongoliżi, b'referenza partikolari għall-20 proċess ġudizzjarju fix-xhur li għaddew li fihom 19-il uffiċjal tal-armata nstabu ħati ta' stupru; billi, madankollu, ir-rati ta' vjolenza sesswali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo għadhom fost l-ogħla fid-dinja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi l-armata Kongoliża u l-Missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO) huma preżenti fir-reġjun bil-għan li jżommu l-istabbiltà, jiġġieldu kontra l-forzi armati ribelli u jipproteġu lill-popolazzjoni ċivili;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi l-Programm Indikattiv Nazzjonali 2014-2020 għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'finanzjament ta' EUR 620 miljun mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, jagħti prijorità lit-tisħiħ tal-governanza u l-istat tad-dritt, inklużi r-riformi tal-ġudikatura, il-pulizija u l-armata;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi l-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi li jmiss mistennija jsiru f'Novembru 2016 u se jimmarkaw it-tmiem tat-tieni wieħed miż-żewġ mandati kostituzzjonali tal-President Kabila; billi huwa ġie akkużat mill-avversarji tiegħu li pprova jipposponi l-elezzjonijiet u jibqa' fil-poter lil hinn minn din id-data; billi din is-sitwazzjoni kkawżat tensjoni politika dejjem akbar u ggravat it-taqlib u l-vjolenza fil-pajjiż kollu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi l-aċċess għar-riżorsi naturali u l-isfruttament tagħhom għad għandhom rwol importanti fl-alimentazzjoni tal-kunflitti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u fir-reġjun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni attwali tas-sigurtà u d-drittijiet tal-bniedem fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li għadha imprevedibbli ħafna, b'attakki kontinwi fuq il-popolazzjoni ċivili min-naħa tal-gruppi armati differenti; itenni li ma jista' jkun hemm l-ebda impunità għal min iwettaq ksur tad-drittijiet tal-bniedem, delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, u jitlob li l-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u s-sħab internazzjonali jniedu investigazzjoni bir-reqqa, indipendenti u trasparenti fir-rigward tal-massakri fil-Kivu ta' Fuq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Itenni l-appell tiegħu biex il-partijiet kollha fil-kunflitt itemmu minnufih il-vjolenza, iċedu l-armi, jeħilsu lit-tfal minn taħt idejhom u jippromwovu d-djalogu lejn riżoluzzjoni paċifika u sostenibbli tal-kunflitt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Ifakkar ukoll li n-newtralizzazzjoni tal-gruppi armati kollha f'dan ir-reġjun se tikkontribwixxi bil-kbir għall-paċi u l-istabbiltà, u jistieden lill-Gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo jagħti prijorità lil dan u lis-sikurezza fit-territorji tal-Kivu ta' Fuq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Ifakkar lill-Gvern Kongoliż fir-responsabbiltà li għandu li jiggarantixxi s-sigurtà fit-territorju tiegħu u jiżgura l-protezzjoni taċ-ċittadini tiegħu; iħeġġeġ lill-awtoritajiet, għalhekk, jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jintemm il-kunflitt persistenti fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u terġa' tiġi stabbilita l-awtorità tal-Istat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jirrikonoxxi l-isforzi magħmula mill-awtoritajiet Kongoliżi fil-ġlieda kontra l-impunità, għalkemm il-progress għadu batut wisq; jinsisti li dawk responsabbli minn ksur jew abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali, inklużi l-ħtif u r-reklutaġġ ta' tfal f'kunflitti armati kif ukoll il-vjolenza sesswali fuq in-nisa u t-tfal, għandhom jitressqu quddiem il-ġustizzja u jinżammu responsabbli; jilqa', f'dan ir-rigward, l-adozzjoni tal-liġi li timplimenta l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) min-naħa tal-Assemblea Nazzjonali f'Diċembru 2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni umanitarja allarmanti fil-pajjiż, ikkawżata b'mod partikolari mill-kunflitti armati vjolenti fil-Lvant; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jagħtu l-assistenza tagħhom lill-poplu tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo sabiex jissalvaw il-ħajjiet u jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-aktar taqsimiet vulnerabbli tal-popolazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jikkundanna l-attakki kollha kontra l-operaturi umanitarji u x-xkiel għall-aċċess umanitarju; iħeġġeġ lill-partijiet kollha fil-kunflitt biex jirrispettaw l-indipendenza, in-newtralità u l-imparzjalità tal-operaturi umanitarji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jenfasizza li l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet f'waqthom u li jirnexxu se tkun kruċjali għall-istabbiltà u l-iżvilupp fit-tul tal-pajjiż; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo jimpenjaw ruħhom espressament li jirrispettaw il-Kostituzzjoni Kongoliża u jiggarantixxu ambjent li jwassal għal elezzjonijiet trasparenti, kredibbli u inklużivi; jinsisti fuq ir-responsabbiltà tal-gvern li jevita kwalunkwe approfondiment tal-kriżi politika attwali u li jirrispetta d-drittijiet politiċi u s-sigurtà taċ-ċittadini tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Ifakkar fl-impenn li ħadet ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, fil-qafas tal-Ftehim ta' Cotonou, li tirrispetta d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-UE tintensifika d-djalogu tagħha mar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u tikkonċentra l-kooperazzjoni għall-iżvilupp tagħha fuq il-bini ta' governanza aħjar u t-titjib tas-sistema militari, ġudizzjarja u tal-pulizija tal-pajjiż, li hija waħda dgħajfa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jistieden lill-komunità internazzjonali, b'mod partikolari l-Unjoni Afrikana, l-UE u l-pajjiżi ġirien tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, jiżguraw djalogu politiku permanenti fost il-pajjiżi tar-reġjun tal-Lagi l-Kbar, sabiex tiġi evitata destabbilizzazzjoni ulterjuri; jiddispjaċih li sar biss progress limitat fl-implimentazzjoni tal-Qafas għall-Paċi, is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni u jistieden lill-partijiet kollha jikkontribwixxu b'mod attiv għall-isforzi ta' stabbilizzazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jistieden lill-UE tibgħat osservatur biex jevalwa s-sitwazzjoni umanitarja u jinforma lill-komunità internazzjonali dwar dawn il-massakri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jilqa' t-tiġdid tal-mandat tal-MONUSCO u t-tisħiħ tal-kompetenza tagħha fil-qasam tal-protezzjoni ċivili, inklużi l-vjolenza sessista u l-vjolenza fuq it-tfal bħala kwistjonijiet trasversali; jilqa wkoll il-ħatra ta' Maman Sambo Sidikou bħala Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u Kap tal-MONUSCO, u jafferma mill-ġdid l-appoġġ sħiħ tiegħu fl-implimentazzjoni tal-mandat qawwi tal-MONUSCO b'appoġġ għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>