<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0805/2016</Ref><Date>17.6.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> dwar il-massakri fil-Lvant tal-Kongo </p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2770(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="125049">Maria Lidia Senra Rodríguez</Author>, <Author id="96858">Marie-Christine Vergiat</Author>, <Author id="124992">Malin Björk</Author>, <Author id="125047">Paloma López Bermejo</Author>, <Author id="23704">Jiří Maštálka</Author>, <Author id="125050">Ángela Vallina</Author>, <Author id="96646">Helmut Scholz</Author>, <Author id="124810">Barbara Spinelli</Author>, <Author id="125997">Javier Couso Permuy</Author>, <Author id="135490">Xabier Benito Ziluaga</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="131749">Estefanía Torres Martínez</Author>, <Author id="131507">Miguel Urbán Crespo</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE585.235v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0805/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-massakri fil-Lvant tal-Kongo</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2770" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2770">2016/2770(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari dawk tal-10 ta' Marzu 2016 u tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar in-nuqqasijiet fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (1948) u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (1966),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u, b'mod partikolari, l-Artikolu 56 tagħha li tgħid: "<span font-style="italic">Kull att, kull ftehim, kull konvenzjoni, kull arranġament jew kull fatt ieħor, li bħala konsegwenza għandu l-għan li jċaħħad lin-nazzjon, lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, parzjalment jew totalment, mill-mezzi ta' sussistenza tagħhom li jirriżultaw mir-riżorsi tagħhom jew mir-rikkezzi naturali tagħhom, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet internazzjonali dwar id-deliti ekonomiċi, jitqies bħala infrazzjoni ta' sakkeġġ ikkastigat mil-liġi.</span>",</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3 u l-Protokoll II tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1949, li jipprojbixxu l-eżekuzzjoniijet sommarji, l-istupri, ir-reklutaġġ furzat u atroċitajiet oħra,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta' Novembru 1989,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–   wara li kkunsidra l-Artikolu 3 u l-Protokoll II tal-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tal-1949, li jipprojbixxu l-eżekuzzjoniijet sommarji, l-istupri, ir-reklutaġġi furzati u atroċitajiet oħra, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2211 ta' Marzu 2015 tal-Kunsill tas-Sigurtà li pprorogat sal-31 ta' Marzu 2016 il-mandat tal-Missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-għoti tal-premju Sakharov fl-2014 lid-Dott. Denis Mukwege, ġinekologu Kongoliż, għall-ġlieda tiegħu favur il-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa fil-Kongo,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni adottata mill-Parlament Ewropew, ivvotata fl-20 ta' Mejju 2015, dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-importaturi ta' ċerti minerali u metalli oriġinarji minn żoni ta' kunflitt jew ta' riskju għoli, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) tal-15 ta' April 2015 dwar l-isfruttament u l-kummerċ illegali tar-riżorsi naturali għall-benefiċċju tal-gruppi kriminali organizzati, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi t-tkattir tal-fazzjonijiet armati, id-diżorganizzazzjoni u l-assenza ta' Stat stabbli, l-inkapaċità tan-Nazzjonijiet Uniti li jagħtu tweġiba koerenti lill-ġenoċidju u lill-konsegwenzi tagħhom u l-kompliċità tal-pajjiżi li għandhom interessi fir-reġjun, bħall-Istati Uniti u Franza, ikkaġunaw sitwazzjoni drammatika li sa mill-1996 x'aktarx ħalliet bosta mijiet ta' eluf jekk mhux ta' miljuni ta' mwiet, fil-maġġor parti ċivili, vittmi partikolarment tal-malnutrizzjoni, mard u faqar minħabba l-gwerer tal-1996 u tal-1998; billi din is-sitwazzjoni għad għandha riperkussjonijiet illum fil-pajjiż; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi, skont il-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tfal (UNICEF), il-mortalità perinatali niżlet bi 30 % bejn l-2007 u l-2014: minn 148 minn kull 1 000 tarbija li twieldet fl-2007 għal 104 fl-2014; billi l-mortalità fost l-ommijiet żgħażagħ niżlet b'35 %: minn 1 289 minn kull 100 000 tarbija mwellda fl-2007 għal 846 fl-2014;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-instabilità li tikkaratterizza mill-ġdid lir-Repubblika Demokratika tal-Kongo mill-2012, u li ħalliet bosta eluf ta' vittmi, marbuta mal-ġlied u mal-atroċitajiet, li jirrigwardaw partikolarment lill-provinċji tal-Kivu ta' Fuq u tal-Kivu t'Isfel, u lil-Lvant tal-pajjiż; billi, skont l-Uffiċċju għall-Koordinament tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA), fil-31 ta' Lulju 2015, jingħaddu kważi 1,5 miljun ruħ spustati internament, jiġifieri 7 % tal-popolazzjoni totali tal-pajjiż; billi aktar minn 400 000 rifuġjat Kongoliż għadhom jgħixu fl-eżilju; billi r-rifuġjati li ħarbu mill-kriżi umanitarja gravi fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, pajjiż ġar, jaslu fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi, fost il-belliġeranti hemm il-Forzi Demokratiċi għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (milizzji Hutu), ir-Raggruppament Kongoliż għad-Demokrazija (RCD-Goma) sostnut mir-Rwanda kontra l-gvern tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, l-Armata ta' Reżistenza tal-Mulej (LRA) li nibtet minn irvell fl-Uganda, il-Mai-Mai tal-Katanga, il-Moviment Popolari ta' Awtodifiża (MPA); billi, jekk ċerti fazzjonijiet ġew żmobilitati mill-2010, u f'ċerti każijiet, parzjalment integrati fl-armata Kongoliża (FARDC), l-insigurtà tippersisti; billi l-istrumentalizzazzjoni tal-"<span font-style="italic">kwistjoni etnika</span>" fir-reġjun kebbset bil-kbir il-kunflitti u għadha tifred it-territorji; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-vjolenzi, mill-bidu tas-sena 2016, komplew jiżdiedu; billi nhar it-Tnejn 13 ta' Ġunju, l-armata Kongoliża ħabbret il-mewt ta' sitt ribelli Ugandiżi tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF) u ta' militari Kongoliż matul ġlied fir-reġjun ta' Beni, fil-Lvant tal-Kongo; billi wara perjodu ta' kalma relattiva, il-vjolenzi ssuktaw wara l-bidu ta' Mejju 2016; billi, matul il-lejl bejn it-3 u l-4 ta' Mejju, skont rapporti, inqatlu 17-il persuna b'arma bjanka fil-villaġġ ta' Eringeti, 60 kilometru fil-Grigal ta' Beni u 200 metru bogħod miż-żewġ kampijiet tal-MONUSCO; billi l-massakri fir-reġjun ta' Beni x'aktarx għamlu mijiet ta' vittmi bejn Frar u Mejju 2016; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-Gvern Kongoliż u l-MONUSCO jattribwixxu dawn il-massakri lill-ADF iżda għadd ta' esperti u NGOs huma iktar "prudenti" peress li l-forzi "uffiċjali setgħu kienu involuti"; billi f'nofs Mejju 2016, f'rapport kunfidenzjali tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, il-grupp ta' esperti awtur tar-rapport jipponta sebgħu lejn il-militari Kongoliżi u lejn ġeneral qrib Kabila għall-organizzazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-atroċitajiet; billi l-attivisti tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni jiddenunzjaw in-nuqqas ta' reazzjoni u l-kompliċità tal-MONUSCO u tal-Gvern f'dawn l-attakki; billi saru bosta manifestazzjonijiet wara dawn l-attakki biex jesiġu ġustizzja, li wħud minnhom ġew sfrattati bil-forza; billi r-repressjoni kontra l-membri tal-oppożizzjoni għadha għaddejja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi, fl-1 u fit-2 ta' Ġunju 2016, xi membri tal-Front Ċittadin 2016 (oppożizzjoni) telgħu L-Aja biex jitolbu lill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) tagħmel inkjesta dwar dawn il-massakri u dwar l-involviment ta' suldati tal-armata uffiċjali; billi l-Qorti ntalbet ukoll tippronunzja ruħha dwar l-atti ta' repressjoni tal-manifestanti tal-oppożizzjoni fil-qafas tal-proċess elettorali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi ġew kommessi bosta delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, ksur enormi tad-drittijiet tal-bniedem, taħrix tar-repressjoni kontra l-oppożituri, stupri tal-massa kontra n-nisa u l-bniet, spustamenti tal-massa tal-popolazzjonijiet; billi l-istupri fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo jafu ħallew uffiċjalment, tal-anqas, 200 000 vittma mill-1996 u, ċertament ħafna aktar, peress li ħafna stupri ma ġewx reġistrati; billi l-istupru huwa arma tal-gwerra użata mill-belliġeranti kollha, inkluż il-forzi armati uffiċjali; billi r-reklutaġġ furzat, speċjalment fost it-tfal, biex isiru ġellieda huwa fatt komuni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-armata regolari (FARDC) hija regolarment akkużata b'atroċitajiet; billi l-Gvern, f'Ottubru 2012, adotta pjan ta' azzjoni biex iwaqqaf ir-reklutaġġ tat-tfal, il-vjolenzi sesswali u l-ksur gravi l-ieħor tad-drittijiet tat-tfal min-naħa tal-forzi armati u ta' sigurtà; billi, minn dak iż-żmien, il-problemi għadhom jeżistu u l-impunità għadha preżenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi l-bilanċ tal-MONUSCO (Missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo), stabbilita fl-1999, hija falliment totali peress li ma rnexxilhiex ittejjeb ix-xorti tal-popolazzjoni ċivili milquta bil-kbir mill-gwerra u billi l-appoġġ tal-armata nazzjonali Kongoliża (FARDC) xejn ma għamel ħlief aggrava d-delitti ta' din tal-aħħar; billi wara sospensjoni tal-kooperazzjoni militari fi Frar 2015 bejn il-MONUSCO u l-FARDC, in-Nazzjonijiet Uniti ddeċidew, fit-2 ta' Marzu 2016, ikomplu l-appoġġ militari mogħti lill-forzi governattivi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi r-Repubblika Demokratika tal-Kongo hija miżgħuda b'riżorsi naturali importanti (deheb, kassiterit, koltan, gass metan, eċċ.) u billi l-persistenza tal-isfruttament illegali ta' dawn ir-riżorsi li, speċjalment fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, spiss għadhom taħt il-kontroll tal-gruppi paramilitari armati, tikkontribwixxi għall-finanzjament u għas-sostenn tal-kunflitt u għadha għajn ta' insigurtà għat-totalità tar-reġjun; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi l-kumpaniji transnazzjonali jiffinanzjaw il-kunflitt armat biex ikomplu bl-isfruttament tas-sottoswol Kongoliż; billi dan il-fenomenu ġie kkundannat diversi drabi f'rapporti ppubblikati min-Nazzjonijiet Uniti; billi Ibrahim Thiaw, Viċi Direttur Eżekuttiv tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP), f'April 2015, iddikjara li l-qligħ annwali minn dan l-isfruttament tar-riżorsi naturali qabeż il-USD 1 biljun u li l-biċċa l-kbira tal-profitti – sa 98% tal-profitti – spiċċa għand gruppi internazzjonali, filwaqt li t-2 % li baqa' ntuża għall-finanzjament tal-gruppi armati interni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, permezz tal-pjanijiet ta' aġġustamenti strutturali tagħhom, għamlu l-pajjiż aktar fraġli peress li biddluh f'rifuġju ġuridiku u fiskali għall-kumpaniji multinazzjonali, partikolarment fis-settur tal-minjieri; billi ż-żarmar tal-pilastri tal-ekonomija Kongoliża u t-tkeċċija ta' eluf ta' ħaddiema b'rabta mal-istituzzjonijiet internazzjonali, fosthom prinċipalment il-Bank Dinji, wassal għat-tiċħid tal-mezzi ta' sussistenza u d-deterjorament tal-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-popolazzjoni għall-benefiċċju tal-ħtif tar-riżorsi u tad-dominju fuq l-ekonomija min-naħa tal-gruppi industrijali l-kbar, prinċipalment tal-Punent; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi l-prezz tal-ikel żdied b'mod konsiderevoli mill-bidu tal-kunflitt, u dan qed ikompli jaggrava l-faqar u l-insigurtà tal-ikel tal-popolazzjonijiet lokali u l-instabilità fir-reġjun; billi s-sitwazzjoni hija aggravata wkoll mill-ħtif tal-art mill-kumpaniji multinazzjonali bil-kompliċità tal-Gvern; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi ż-żieda fil-qgħad, id-degrad tas-sitwazzjoni soċjali u t-tifqir tal-popolazzjoni huma fatturi determinanti tal-instabilità li jbati biha r-reġjun; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jikkundanna kull att ta' vjolenza, kull ksur tad-drittijiet tal-bniedem u kull vjolenza sesswali; jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-popolazzjonijiet kollha li għaddew minn snin ta' kunflitt; jiddenunzja l-istrumentalizzazzjoni l-ġdida tal-"<span font-style="italic">kwistjoni etnika</span>" li ħalliet miljuni ta' vittmi fir-reġjun u sservi biss biex tifred il-popolazzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Huwa partikolarment imħasseb bil-ħruxija tal-vjolenzi fil-Lvant tal-pajjiż u jitlob li ssir inkjesta internazzjonali u indipendenti biex tiddetermina r-responsabbiltajiet ta' kulħadd, inkluż tal-MONUSCO u tal-armata uffiċjali f'dawn il-massakri; jistieden lill-komunità internazzjonali tieħu finalment il-miżuri konkreti kollha neċessarji biex twaqqaf il-ġenoċidju u l-isfruttament tar-riżorsi u tikseb riżarċiment għall-vittmi tal-kunflitt; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Huwa inkwetat ukoll bil-fatt li l-vjolenzi jiġu kommessi meta joqorbu l-elezzjonijiet; jagħmell appell għal-liberazzjoni immedjata, u inkundizzjonata, tal-persuni kollha detenuti arbitrarjament u l-waqfien tal-vessazzjonijiet ġudizzjarji u min-naħa tal-pulizija kontra l-membri tal-oppożizzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Iqis li l-ġlieda kontra l-impunità, sew jekk fil-każ ta' ksur tad-dritt umanitarju sew jekk tal-infrazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, hija waħda mill-kundizzjonijiet indipensabbli għar-ristabbiliment tal-paċi fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Huwa partikolarment imħasseb bis-sitwazzjoni tan-nisa fil-pajjiż u tad-delitti u tad-diskriminazzjonijiet li tagħhom huma vittmi; iqis li hija indispensabbli l-intensifikazzjoni tal-isforzi min-naħa tal-awtoritajiet u tal-komunità internazzjonali biex iwaqqfu l-istupri tal-massa bħala teknika tal-gwerra, jiggarantixxu l-aċċess għall-assistenza pubblika u bla ħlas fil-qasam tas-saħħa, partikolarment għas-saħħa riproduttiva, kontraċettiva u għall-abort u jippromwovu opportunitajiet tassew indaqs;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Iqis bl-istess mod li t-tmiem tal-fenomenu tas-suldati tfal irid ikun prijorità tal-awtoritajiet u tal-komunità internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jiddenunzja l-fatt li l-bżonnijiet bażiċi tal-popolazzjoni Kongoliża huma sistematikament ssagrifikati għall-benefiċċju tal-interessi ekonomiċi u ġeopolitiċi tal-kumpaniji multinazzjonali u tal-potenzi barranin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Iqis, għaldaqstant, li s-sitwazzjoni drammatika fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo tkun tista' tiġi solvuta b'mod dejjiemi biss jekk tittieħed azzjoni biex il-popolazzjoni tislet finalment vantaġġ mir-riżorsi naturali; jenfasizza li biex jinkiseb dan, il-pajjiż irid jieħu lura s-sovranità tiegħu fuq l-beni naturali tiegħu billi jistabbilixxi kontroll fuq l-attività tal-kumpaniji transnazzjonali barranin u billi jiżviluppa infrastrutturi nazzjonali għall-isfruttament, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-materji primi tiegħu, u dan iġib miegħu r-reviżjoni u t-tħassir tal-kuntratti kollha li jirrigwardaw l-estrazzjoni u l-forestrija, b'mod konformi mal-Artikolu 56 tal-Kostituzzjoni Kongoliża, sabiex ikun żgurat li dawn ir-riżorsi jgawdu minnhom kemm jista' jkun nies u mhux biss minoranza;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Itenni l-ħtieġa li jiġi żgurat id-dritt tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo għas-sovranità tal-ikel, li jinkludi d-dritt tal-bdiewa li jipproduċu l-ikel għal nieshom, billi jintemm il-ħtif tal-art u billi jiġi żgurat l-aċċess tal-bdiewa u tal-bdiewa nisa għall-art, għaż-żrieragħ u għall-ilma;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jitlob lill-komunità internazzjonali u, b'mod partikolari, lill-pajjiżi "<span font-style="italic">kredituri</span>" li fil-konfront tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (u, speċjalment, il-Belġju) ineħħu l-ostakli għall-iżvilupp tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u għalhekk għall-paċi, billi jħassru d-dejn u l-imgħax tad-dejn li l-pajjiż għadu jħallas u jattwaw kooperazzjoni internazzjonali vera u proprja li tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem fundamentali u tas-sovranità tal-Istat Kongoliż minflok ftehimiet ta' kummerċ ħieles u pjanijiet ta' aġġustamenti strutturali; jistieden lill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo jesiġu l-awditjar tad-dejn tagħhom u l-annullament tad-dejn illeġittimu kollu fil-konfront tal-kreduturi barranin invista tal-eliminazzjoni totali tad-dejn u bil-għan li tingħata tweġiba lill-bżonnijiet umani fundamentali tal-popolazzjoni tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-appoġġ finanzjarju u l-għajnuna umanitarja biex tingħata tweġiba lill-bżonnijiet urġenti ta' dawn il-popolazzjonijiet; jitlob li l-għajnuna tal-Unjoni u tal-Istati Membri ssir fil-forma ta' għotjiet u mhux ta' self sabiex ma jkomplux iżidu mal-piż tad-dejn; jiddeplora l-fatt li ħafna Stati Membri tal-Unjoni ma laħqux l-objettiv ta' 0,7 % tal-ING tagħhom u li xi wħud minnhom baxxew il-perċentwal tagħhom ta' għajnuna għall-iżvilupp; jiddeplora t-tnaqqis fil-parteċipazzjoni ta' Stati Membri fil-programmi ta' għajnuna għall-ikel; iħeġġeġ li l-għajnuna għall-iżvilupp ma tkunx strumentalizzata sabiex tillimita jew tikkontrolla l-fruntieri jew tiżgura r-riammissjoni tal-migranti; jitlob li l-għajnuna fornuta mill-Unjoni u mill-Istati Membri fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo sservi, bħala prijorità, għall-problemi marbuta mal-inugwaljanzi profondi, mal-faqar, mal-malnutrizzjoni kronika, mal-aċċess għas-saħħa u għas-servizzi pubbliċi, partikolarment għas-saħħa sesswali u riproduttiva, kif ukoll mat-twettiq tal-objettivi tal-iżvilupp sostenibbli; jitlob bl-istess mod li l-għajnuna għall-ikel tiżdied u tkun iddestinata, bħala prijorità, għax-xiri tal-ikel lill-bdiewa lokali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Itenni li l-attivitajiet tal-impriżi Ewropej preżenti fil-pajjiżi terzi għandhom jirrispettaw kompletament l-istandards internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jappella, għalhekk, lill-Istati Membri jiżguraw li l-kumpaniji li jaqgħu taħt id-dritt nazzjonali tagħhom ma jinjorawx id-drittijiet tal-bniedem jew l-istandards fl-oqsma soċjali, tas-saħħa u ambjentali li għalihom ikunu soġġetti meta jiċċaqilqu lejn Stat terz jew jagħmlu attività kummerċjali fih; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jieħdu l-azzjoni meħtieġa kontra l-kumpaniji Ewropej li ma jirrispettawx dawn l-istandards jew li ma jagħtux riżarċiment b'mod sodisfaċenti lill-vittmi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jaqgħu direttament jew indirettament taħt ir-responsabbiltà tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jistieden lill-Kunsill jilħaq malajr kompromess mal-Parlament fit-trilogu li għaddej dwar regolament vinkolanti rigward il-minerali ta' kunflitti u jesiġi mill-funderiji, mir-raffineriji u mill-importaturi ta' metalli Ewropej, inklużi l-produtturi ta' prodotti lesti bħall-karozzi u l-ismartphones, japplikaw regoli stretti fil-katini tal-provvista tagħhom bil-għan li jwaqqfu l-finanzjament tal-gruppi armati u tal-vjolenzi fir-reġjuni f'kunflitt; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jitlob b'mod partikolari, fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, it-twaqqif ta' inkjesta indipendenti dwar ir-rispett tal-istandards soċjali u ambjentali min-naħa tal-impriżi Ewropej b'mod partikolari fis-settur tar-riżorsi naturali u dwar ir-rabtiet li dawn l-impriżi jista' jkollhom mal-finanzjament tal-gruppi armati; jitlob, bl-istess mod, it-twaqqif ta' inkjesta internazzjonali sabiex tixħet dawl fuq l-allegazzjonijiet ta' kompliċità bejn il-pjanijiet ta' aġġustamenti strutturali, l-appoġġi finanzjarji tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u d-delitti kommessi fil-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jopponi kull tentattiv ta' esternalizzazzjoni tal-politiki migratorji tal-Unjoni lejn pajjiżi terzi; jiddenunzja l-fatt li l-proċess ta' Rabat, li tiegħu r-Repubblika Demokratika tal-Kongo hija parti kkonċernata, ma jippermettix bl-ebda mod li jiġu ttrattati l-kawżi profondi tal-migrazzjoni iżda sempliċement li jiġu promossi l-politiki ta' ritorn u riammissjoni; iqis li dawn il-politiki jmorru kontra d-dritt għall-moviment liberu u d-dritt għall-asil; jappella f'dan ir-rigward għall-waqfien immedjat tan-negozjati mar-Repubblika Demokratika tal-Kongo fil-qafas tal-proċess ta' Rabat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Unjoni Afrikana, lill-gvernijiet tal-pajjiżi tar-reġjun tal-Lagi l-Kbar, lill-President, lill-Prim Ministru u lill-Parlament tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tan-NU tad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>