<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0838/2016</Ref><Date>24.6.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> dwar id-deċiżjoni ta' ħruġ mill-UE bħala konsegwenza tar-referendum fir-Renju Unit</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2800(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28229">Manfred Weber</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4436">Gianni Pittella</Author>, <Author id="96892">Roberto Gualtieri</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="97058">Guy Verhofstadt</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28233">Rebecca Harms</Author>, <Author id="96648">Philippe Lamberts</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4281"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE585.268v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0838/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjoni ta' ħruġ mill-UE bħala konsegwenza tar-referendum fir-Renju Unit</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2800" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2800">2016/2800(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jieħu nota tax-xewqa taċ-ċittadini tar-Renju Unit li joħorġu mill-UE; jirrimarka li r-rieda espressa mill-poplu trid tiġi rrispettata kompletament u bis-sħiħ, l-ewwel nett bl-attivazzjoni immedjata tal-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jenfasizza li dan huwa mument kruċjali għall-UE: jeħtieġ li l-interessi u l-aspettattivi taċ-ċittadini tal-Unjoni jinġiebu lura fiċ-ċentru tad-dibattitu; jeħtieġ li l-proġett Ewropew jerġa' jiġi varat issa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jenfasizza li r-rieda taċ-ċittadini tar-Renju Unit għandha tiġi rrispettata permezz ta' implimentazzjoni rapida u koerenti tal-proċedura ta' ħruġ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jirrimarka li n-negozjati skont l-Artikolu 50 tat-TUE dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE jridu jibdew malli tiġi kkomunikata notifika formali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Iwissi li, għall-prevenzjoni ta' inċertezza li tagħmel ħsara lil kulħadd u għall-protezzjoni tal-integrità tal-Unjoni, in-notifika stipulata fl-Artikolu 50 tat-TUE trid issir minnufih; konsegwentement, jitlob li l-Prim Ministru tar-Renju Unit jinnotifika l-eżitu tar-referendum lill-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju; din in-notifika tagħti bidu għall-proċedura ta' ħruġ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Ifakkar li l-ftehim milħuq mill-kapijiet ta' stat u ta' gvern fi Frar 2016 kien jistipula li kellu jidħol fis-seħħ biss fil-każ li r-Renju Unit jiddeċiedi li jibqa' fl-UE; għaldaqstant huwa null u invalidu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Ifakkar li kwalunkwe relazzjoni ġdida bejn ir-Renju Unit u l-UE ma tistax tiġi miftiehma qabel ma jkun ġie konkluż il-ftehim dwar il-ħruġ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Ifakkar li l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew hija meħtieġa skont it-Trattati, u li l-Parlament irid ikun involut bis-sħiħ f'kull stadju tal-proċeduri varji li jikkonċernaw il-ftehim dwar il-ħruġ u kwalunkwe relazzjoni futura;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jistieden lill-Kunsill jaħtar il-Kummissjoni bħala negozjatur dwar l-Artikolu 50 tat-TUE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jenfasizza li l-isfidi attwali jirrikjedu riflessjoni dwar il-ġejjieni tal-UE: hemm il-ħtieġa ta' riforma tal-Unjoni u li din tittejjeb u ssir aktar demokratika; jieħu nota li, filwaqt li xi Stati Membri jistgħu jagħżlu li jintegraw aktar bil-mod jew sa grad anqas, il-qalba tal-UE trid tiġi msaħħa, u li jeħtieġ li jiġu evitati soluzzjonijiet à la carte; iqis li l-ħtieġa li nippromwovu l-valuri komuni tagħna, nipprovdu stabbiltà, ġustizzja soċjali, sostenibbiltà, tkabbir u impjiegi, negħlbu l-inċertezza ekonomika u soċjali persistenti, nipproteġu liċ-ċittadini u nindirizzaw l-isfida tal-migrazzjoni tirrikjedi li niżviluppaw u niddemokratizzaw, b'mod partikolari, l-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, kif ukoll li nsaħħu l-politika estera u ta' sigurtà komuni; għalhekk iqis li r-riformi jridu jirriżultaw f'Unjoni li tipproduċi dak li ċ-ċittadini jistennew minnha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jitlob pjan direzzjonali għal Unjoni mtejba abbażi ta' sfruttament sħiħ tat-Trattat ta' Lisbona, li għandu jiġu kkompletat b'reviżjoni tat-Trattat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jindika li l-kontribut tal-Parlament għal din ir-riforma se tkun ibbażata b'mod partikolari fuq ir-rapporti tiegħu dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona, fuq kapaċità baġitarja għaż-Żona tal-euro u fuq evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli tal-arranġament istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Sejjer jadotta bidliet fl-organizzazzjoni interna tiegħu biex jirrifletti r-rieda taċ-ċittadini tar-Renju Unit li joħorġu mill-Unjoni Ewropea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jitlob li l-President tal-Kummissjoni jirrialloka l-portafoll tal-Kummissarju tar-Renju Unit b'effett immedjat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jitlob li l-Kunsill jibdel l-ordni tal-Presidenzi tiegħu sabiex ma jħallix li l-proċess ta' ħruġ jipperikola l-amministrazzjoni tal-ħidma ta' kuljum tal-Unjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-parlamenti nazzjonali u lill-Gvernijiet tar-Renju Unit.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>