<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0841/2016</Ref><Date>24.6.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo>
imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
</Title-NextTo><Title-Recueil>
skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura
dwar ir-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit
(2016/2800(RSP))
</Doc-Ref>
Syed Kamall
f'isem il-Grupp ECR
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE585.271v01-00</Num-PE></Cover>
<Ref>B8-0841/2016</Ref><Title-Section>
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit
(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2800" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2800">2016/2800(RSP)</ANCHOR>)
</Title-Section>
Il-Parlament Ewropew,
–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
1.  Jinnota li r-referendum fir-Renju Unit dwar is-sħubija tiegħu fl-Unjoni Ewropea rriżulta f'vot ta' 51.9 % favur il-ħruġ; jirrispetta din id-deċiżjoni demokratika tal-poplu Brittaniku;
2.  Jagħraf li r-relazzjoni bejn is-27 Stat Membru l-oħra tal-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit issa daħlet f'fażi ta' tranżizzjoni fi tħejjija għall-ħruġ formali tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea;
3.  Jinnota li n-negozjati dwar il-ftehim dwar il-ħruġ għandhom jibdew f'qasir żmien u għandhom isiru skont l-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; jitlob li dawn in-negozjati jsiru b'rispett u attenzjoni bil-għan li jiġi żgurat li l-ftehim dwar il-ħruġ jipprevedi l-istabbiliment ta' sħubija pożittiva u kostruttiva bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit fil-futur;
4.  Iħeġġeġ lill-mexxejja tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri jħarsu lejn ir-riżultati tar-referendum fir-Renju Unit bħala sinjal importanti ta' skuntentizza ġenerali; jistedinhom jirriflettu dwar il-mod kif l-Unjoni għandha tiġi riformata sabiex din toqrob lejn iċ-ċittadini u tiggarantixxi konformità akbar mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;
5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill Ewropew, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.
</Motion>