<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0853/2016</Ref><Date>29.6.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> imressqa wara l-mistoqsijiet għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0702" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0702">B8–0702/2016</ANCHOR> u <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0703" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0703">B8–0703/2016</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar id-deċiżjoni tal-Ġappun li jerġa' jibda l-kaċċa għall-balieni fl-istaġun 2015–2016</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2600(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="125023">Anja Hazekamp</Author>, <Author id="124863">Stefan Eck</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="125193">Eleonora Forenza</Author>, <Author id="96854">Sabine Lösing</Author>, <Author id="96820">Marisa Matias</Author>, <Author id="23699">Kateřina Konečná</Author>, <Author id="23704">Jiří Maštálka</Author>, <Author id="125051">Josu Juaristi Abaunz</Author>, <Author id="125048">Marina Albiol Guzmán</Author>, <Author id="125091">Sofia Sakorafa</Author>, <Author id="131749">Estefanía Torres Martínez</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="131507">Miguel Urbán Crespo</Author>, <Author id="135490">Xabier Benito Ziluaga</Author>, <Author id="125037">Anne-Marie Mineur</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE585.288v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0853/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjoni tal-Ġappun li jerġa' jibda l-kaċċa għall-balieni fl-istaġun 2015–2016</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2600" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2600">2016/2600(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-moratorju internazzjonali fuq il-kaċċa kummerċjali għall-balieni, iddikjarat mill-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar in-negozjati kummerċjali bejn l-UE u l-Ġappun<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> ĠU C 72 E, 11.3.2014, p. 16.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2014–5 dwar il-kaċċa għall-balieni b'permess speċjali (l-hekk imsejħa kaċċa għall-balieni għal skopijiet xjentifiċi), adottata mill-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni fil-65 laqgħa annwali tagħha fis-Slovenja fl-2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja tal-31 ta' Marzu 2014 fil-kawża li tikkonċerna l-kaċċa għall-balieni fl-Antartiku (l-Awstralja vs il-Ġappun: New Zealand intervenjenti),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra il-Pjan ta' Riċerka Ġappuniż għall-Programm Ġdid ta' Riċerka Xjentifika dwar il-Balieni fl-Oċean Antartiku (NEWREP-A),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tal-Ġappun li jerġa' jibda l-kaċċa għall-balieni fl-istaġun 2015–2016 (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-8-2016-000058" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-8-2016-000058">O-000058/2016</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0702" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0702">B8-0702/2016</ANCHOR> u <ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-8-2016-000059" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-8-2016-000059">O-000059/2016</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0703" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0703">B8-0703/2016</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni (IWC) pprojbiet il-kaċċa kummerċjali għall-balieni ta' kull speċi ta' baliena kbira fl-1982, u billi din il-projbizzjoni daħlet fis-seħħ fl-1986;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-Ġappun, minkejja din il-projbizzjoni internazzjonali, kompla l-kaċċa għall-balieni taħt diversi pretenzjonijiet mhux ġustifikati, inklużi wħud xjentifiċi, u bejn id-dħul fis-seħħ tal-projbizzjoni fl-1986 u l-2008/2009 l-Ġappun qatel aktar minn 17 000 baliena<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> <a text-decoration="none" href="http://d2ouvy59p0dg6k.cloudfront.net/downloads/iwc61_whales_killed_final.pdf" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://d2ouvy59p0dg6k.cloudfront.net/downloads/iwc61_whales_killed_final.pdf</span></a></p>
</footnote>; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-attivitajiet tal-kaċċa għall-balieni li għadhom qed jitwettqu minn xi pajjiżi jistgħu jikkawżaw tbatija enormi u fit-tul lil annimali individwali u jheddu l-istatus ta' konservazzjoni tal-popolazzjonijiet tal-balieni b'mod ġenerali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ), fis-sentenza tagħha tal-31 ta' Marzu 2014, irrifjutat il-programm ta' kaċċa xjentifika għall-balieni tal-Ġappun u kkunsidrat li l-permessi speċjali mogħtija mill-Ġappun biex jinqatlu, jittieħdu u jiġu pproċessati l-balenotteri kbar mbaċċa, il-balieni tal-gwienaħ kbar u l-balenotteri żgħar tal-Antartiku ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu VIII, paragrafu 1, tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Regolazzjoni tal-Kaċċa għall-Balieni, u ma jikkonformawx mal-obbligi tal-Ġappun taħt diversi paragrafi tal-Iskeda mehmuża mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Regolazzjoni tal-Kaċċa għall-Balieni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi, minkejja din is-sentenza tal-QIĠ, il-Ġappun, wara interruzzjoni fl-2014, reġa' beda l-attivitajiet tal-kaċċa għall-balieni fl-2015 taħt il-Pjan ta' Riċerka tiegħu għall-Programm Ġdid ta' Riċerka Xjentifika dwar il-Balieni fl-Oċean Antartiku (NEWREP-A);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi, taħt il-Programm NEWREP-A, il-Ġappun qed jippjana li jikkaċċja total ta' 3 996 balenottera żgħira matul perjodu ta' 12-il sena;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-bord espert tax-xjentisti tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni, li kkunsidra u rreveda n-NEWREP-A, ikkonkluda li l-proposta ma turix il-ħtieġa għal kampjuni letali biex jinkisbu l-objettivi ddikjarati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jappoġġjaw iż-żamma tal-moratorju globali fuq il-kaċċa kummerċjali għall-balieni u projbizzjoni tal-kummerċ internazzjonali ta' prodotti li ġejjin mill-balieni, jimpenjaw ruħhom biex iwaqqfu l-hekk imsejħa kaċċa xjentifika għall-balieni u jappoġġjaw l-għażla ta' reġjuni sostanzjali fl-oċeani u fl-ibħra bħala santwarji li fihom il-kaċċa għall-balieni hija pprojbita b'mod indefinit;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-UE u l-Istati Membri tagħha kkritikaw lill-Ġappun talli kompla bl-attivitajiet u talli ma qiesx b'mod suffiċjenti l-gwida li tinsab fl-opinjoni tal-QIĠ tal-2014; billi f'Diċembru 2015 huma ngħaqdu man-New Zealand f'passi kontra l-Gvern tal-Ġappun; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi n-negozjati dwar il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Ġappun tniedu uffiċjalment fil-25 ta' Marzu 2013;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi l-politiki kummerċjali għandhom, fost l-oħrajn, iservu bħala mezz sabiex jittejbu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-benesseri tal-annimali u l-ħarsien tal-ambjent, inkluż il-ħarsien ta' mammiferi marini;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jitlob lill-Ġappun iwaqqaf l-attivitajiet tiegħu kollha tal-kaċċa għall-balieni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iħeġġu lill-Ġappun, fil-kuntest tan-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Ġappun, josserva l-obbligi internazzjonali tiegħu fir-rigward tal-ħarsien tal-mammiferi tal-baħar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jiddikjara li, sakemm il-Ġappun ikompli bl-attivitajiet tal-kaċċa għall-balieni tiegħu, dan jikkostitwixxi raġuni oħra biex ma jingħatax il-kunsens għall-konklużjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Ġappun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, meta jkunu qed ifasslu pożizzjoni komuni aġġornata tal-UE dwar il-kaċċa għall-balieni wara s-66 laqgħa tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni f'Ottubru 2016, biex jieħdu approċċ li jkun tal-anqas prekawzjonarju daqs il-pożizzjoni komuni attwali (id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea, fir-rigward ta' materji li jaqgħu fil-kompetenza tagħha, fit-tliet laqgħat li jmiss tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni – <ANCHOR href="#reds:DirContProc/NLE-2011-0221" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/NLE-2011-0221">2011/0221(NLE)</ANCHOR>);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u l-Parlament tal-Ġappun.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>