<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0862/2016</Ref><Date>29.6.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> imressqa wara l-mistoqsijiet għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0702" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0702">B8-0702/2016</ANCHOR> u <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0703" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0703">B8-0703/2016</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar id-deċiżjoni tal-Ġappun li jerġa' jibda l-kaċċa għall-balieni fl-istaġun 2015-2016</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2600(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> <Author id="124797">Marco Affronte</Author>, <Author id="124844">Piernicola Pedicini</Author>, <Author id="124779">Eleonora Evi</Author>, <Author id="96694">Rolandas Paksas</Author>, <Author id="124831">Isabella Adinolfi</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4276"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp EFDD</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE585.299v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0862/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjoni tal-Ġappun li jerġa' jibda l-kaċċa għall-balieni fl-istaġun 2015-2016</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2600" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2600">2016/2600(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-moratorju internazzjonali fuq il-kaċċa kummerċjali għall-balieni, iddikjarat mill-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) tal-31 ta' Marzu 2014 fil-kawża li tikkonċerna l-kaċċa għall-balieni fl-Antartiku (l-Awstralja vs il-Ġappun: New Zealand intervenjenti),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra il-Pjan ta' Riċerka Ġappuniż għall-Programm Ġdid ta' Riċerka Xjentifika dwar il-Balieni fl-Oċean Antartiku (NEWREP-A),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tal-Ġappun li jerġa' jibda l-kaċċa għall-balieni fl-istaġun 2015-2016 (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-8-2016-000058" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-8-2016-000058">O-000058/2016</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0702" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0702">B8-0702/2016</ANCHOR> u <ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-8-2016-000059" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-8-2016-000059">O-000059/2016</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-0703" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-0703">B8-0703/2016</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni (IWC) ipprojbixxiet il-kaċċa kummerċjali għall-balieni ta' kull speċi ta' baliena kbira fl-1982, u din il-projbizzjoni daħlet fis-seħħ fl-1986;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi fl-31 ta' Marzu 2014, il-QIĠ ordnat lill-Ġappun jwaqqaf il-kaċċa għall-balieni fl-Antartika, filwaqt li ċċarat li l-hekk imsejħa "kaċċa għall-balieni għal skopijiet xjentifiċi" ma hijiex kompatibbli mal-Konvenzjoni Internazzjonali għar-Regolarizzazzjoni tal-Kaċċa għall-Balieni (ICRW), id-deċiżjonijiet tal-IWC u d-dritt internazzjonali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi, minkejja din il-projbizzjoni internazzjonali li daħlet fis-seħħ fl-1986, il-Ġappun minn dak iż-żmien sal-2008-2009 qatel aktar minn 17 000 baliena<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"><span text-decoration="underline"> </span><a text-decoration="none" href="http://d2ouvy59p0dg6k.cloudfront.net/downloads/iwc61_whales_killed_final.pdf" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://d2ouvy59p0dg6k.cloudfront.net/downloads/iwc61_whales_killed_final.pdf</span></a></p>
</footnote>, abbażi ta' pretesti foloz bħar-riċerka xjentifika; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi, bħala konsegwenza, fl-istaġun 2015-2016 il-kaċċaturi tal-balieni Ġappuniżi qabdu 333 balenottera żgħira fl-Oċean Antartiku, inklużi aktar minn 200 balena tqila, fil-qafas tal-programm speċjuż u psewdo-xjentifiku tal-kaċċa għall-balieni NEWREP-A u bi ksur tad-deċiżjoni tal-IWC u l-QIĠ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-attività ta' kaċċa għall-balieni, li għadha awtorizzata fil-Ġappun, in-Norveġja u l-Iżlanda, tista' severament tipperikola l-bijodiversità, peress li tħalli impatt fuq l-istatus ta' konservazzjoni tal-popolazzjonijiet tal-balieni fuq livell ġenerali filwaqt li fl-istess ħin tikkawża sofferenza inġusta u mhux neċessarja lill-mammiferi marini individwali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-flotta Ġappuniża fit-Tramuntana tal-Paċifiku biss għandha l-kapaċità li toqtol sa 200 balenottera żgħira, 50 balenottera ta' Bryde, 100 balenottera tan-Nofsinhar, u 10 gabdolli bil-pretest ta' riċerka xjentifika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi, fis-27 ta' Novembru 2015, il-Ġappun ħabbar li kien se jerġa' jibda l-hekk imsejħa kaċċa għall-balieni għal skopijiet xjentifiċi fl-Antartiku, minkejja d-deċiżjoni tal-QIĠ u wara li ma rnexxilux jikseb l-appoġġ tal-IWC għall-programm il-ġdid letali tiegħu NEWREP-A, li għandu bħala mira l-qtil ta' 4 000 balenottera żgħira fit-12-il sena li ġejjin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-permessi xjentifiċi jippermettu l-bejgħ u l-għoti tal-laħam tal-balieni, filwaqt l-ħtiġijiet xjentifiċi jistgħu jiġu sodisfatti b'alternattivi perfettament innokwi; billi l-kampjuni tad-DNA u l-monitoraġġ remot jagħtu l-opportunità lix-xjentisti biex jitgħallmu dwar il-balieni mingħajr il-qtil tal-balieni, u l-kampjuni ta' balieni jistgħu jinġabru, pereżempju, mill-ġilda li jwaqqgħu l-balieni, ix-xaħam u l-ħmieġ tal-annimali sabiex jiġu identifikati patoġeni possibbli; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-Bord Espert tax-Xjentisti tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Kaċċa għall-Balieni ddikjarat li l-pjan NEWREP-A ma jurix il-bżonn ta' kampjuni letali biex jinkisbu l-objettivi ddikjarati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi l-laħam tal-balieni m'għadux parti mid-dieta Ġappuniża; billi, skont l-Istitut Ġappuniż ta' Riċerka Ċetaċew fl-2014 sa 75 % mil-laħam tal-baliena għall-bejgħ baqa' mhux mibjugħ.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi l-istituzzjonijiet kollha tal-UE, kif ukoll diversi pajjiżi u korpi internazzjonali, huma favur moratorju globali fuq il-kaċċa kummerċjali għall-balieni, u projbizzjoni fuq il-kummerċ internazzjonali tal-prodotti mill-balieni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi hemm appoġġ internazzjonali globali għall-istabbiliment ta' santwarji fl-ibħra li fihom il-kaċċa kollha għall-balieni hija pprojbita għal dejjem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Iħeġġeġ lill-Ġappun iwaqqaf immedjatament l-attivitajiet ta' kaċċa għall-balieni min-naħa tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill ifakkru l-Ġappun fl-obbligi tiegħu fir-rigward tal-protezzjoni ta' mammiferi marini;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jistieden lill-Prosekutur tal-QIĠ iniedi investigazzjonijiet fir-rigward tal-ksur mill-Ġappun tad-dritt internazzjonali u tas-sentenza tal-QIĠ tal-2014;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u l-Parlament tal-Ġappun, kif ukoll lill-Prosekutur tal-QIĠ.</p>
</Section></Motion>