<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0886/2016</Ref><Date>4.7.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 37(3) tar-Regoli ta' Proċedura u l-ftehim qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-prijoritajiet tal-Parlament għall-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2017</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2773(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="136236">João Pimenta Lopes</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="125048">Marina Albiol Guzmán</Author>, <Author id="125997">Javier Couso Permuy</Author>, <Author id="113959">Martina Anderson</Author>, <Author id="124984">Lynn Boylan</Author>, <Author id="124986">Matt Carthy</Author>, <Author id="124987">Liadh Ní Riada</Author>, <Author id="26851">Nikolaos Chountis</Author>, <Author id="125047">Paloma López Bermejo</Author>, <Author id="125050">Ángela Vallina</Author>, <Author id="96907">Takis Hadjigeorgiou</Author>, <Author id="122885">Rina Ronja Kari</Author>, <Author id="130833">Stelios Kouloglou</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="125049">Maria Lidia Senra Rodríguez</Author>, <Author id="96820">Marisa Matias</Author>, <Author id="28586">Dimitrios Papadimoulis</Author>, <Author id="96858">Marie-Christine Vergiat</Author>, <Author id="124858">Fabio De Masi</Author>, <Author id="124863">Stefan Eck</Author>, <Author id="135490">Xabier Benito Ziluaga</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author>, <Author id="131749">Estefanía Torres Martínez</Author>, <Author id="131507">Miguel Urbán Crespo</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE585.325v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0886/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-prijoritajiet tal-Parlament għall-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2017</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2773" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2773">2016/2773(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.</p>
</footnote>, b'mod partikolari l-Anness IV tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 37(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-UE u l-Istati Membri tagħha għadhom qegħdin jissieltu mal-aktar kriżi ekonomika u soċjali profonda minn mindu twaqqfet; billi, kif mistenni, il-politiki neoliberali tal-UE u l-politiki orjentati lejn l-awsterità imposti mill-UE fi ħdan il-qafas tal-governanza ekonomika kabbru l-inugwaljanzi soċjoekonomiċi fl-Istati Membri u bejniethom, u l-għadd ta' persuni f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali (li fl-2015 kien jammonta għal 24,4 % fl-UE-28) żdied; billi d-deregolamentazzjoni tas-swieq tax-xogħol u s-sistemi fiskali rigressivi kkontribwew għat-trasferiment tar-rendiment mill-ħaddiema għall-kapitalisti l-kbar u ggravaw id-distakk fid-dħul u l-ġid; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-istaġnar ekonomiku, il-livell għoli tal-qgħad, it-tnaqqir tad-drittijiet soċjali u tax-xogħol u ż-żieda fl-inugwaljanzi soċjoekonomiċi jitolbu kambjament politiku fundamentali mill-politiki li qed issegwi bħalissa l-UE lejn politiki li jsaħħu l-isforzi tal-Istati Membri biex joħolqu tkabbir ekonomiku sostenibbli u livell massimu ta' impjiegi, u jiġġieldu l-faqar, l-esklużjoni soċjali u l-inugwaljanzi fl-introjtu, partikolarment permezz ta' politiki ridistributtivi u investiment pubbliku li joħloq l-impjiegi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-piż tad-dejn li rriżulta mill-Unjoni Ekonomika u Monetarja huwa sproporzjonat għall-aħħar, peress li ċerti pajjiżi bbenefikaw filwaqt li oħrajn ġew imbuttati lejn depressjoni gravi; billi dan id-dejn serva bħala skuża biex jiġu imposti programmi ta' awsterità inaċċettabbli, li wassal għal żieda fid-dejn, permezz tal-konverżjoni tad-dejn privat f'dejn pubbliku, flimkien mal-konsegwenzi baġitarji tar-reċessjoni sussegwenti, waqt li fl-istess ħin ġew segwiti l-objettivi li jipprevedu l-impożizzjoni ta' riformi strutturali u l-eliminazzjoni tal-funzjonijiet soċjali tal-istat u d-drittijiet tal-ħaddiema; billi dawn il-politiki rriżultaw f'żieda fil-qgħad, faqar, tnaqqis drastiku fil-pagi, età pensjonabbli ogħla u nfiq pubbliku aktar baxx f'setturi bħall-edukazzjoni, il-kultura u s-saħħa; billi dawn il-politiki imponew it-twettiq ta' programmi ta' privatizzazzjoni radikali u se jkomplu jċekknu d-domanda;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi r-risposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-kriżi ekonomika, soċjali u demokratika, bħall-qafas tal-governanza ekonomika, neħħiet darba għal dejjem l-għażliet politiċi minn idejn il-gvernijiet u l-parlamenti nazzjonali sovrani u eletti demokratikament, u dan impedixxa l-kontroll demokratiku mill-popli tal-Ewropa u stabbilixxa l-awsterità bħala xi ħaġa permanenti; billi qalb in-nies hemm oppożizzjoni dejjem akbar kontra dan il-proċess kapitalista ta' integrazzjoni Ewropea, li jirrifletti l-ħtieġa urġenti li jkun hemm proċess ta' integrazzjoni li jservi l-progress soċjali u demokratiku, soluzzjoni ġusta u paċifika għall-isfidi internazzjonali u djalogu kulturali mad-dinja kollha, filwaqt li jinqabad perkors ta' kooperazzjoni fost il-pajjiżi bi drittijiet ugwali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi s-sistemi fiskali huma mfassla b'mod li jiffavorixxu l-kapital il-kbir aktar milli l-klassi tal-ħaddiema; billi l-miżuri ta' awsterità u ta' dixxiplina fiskali ħarxa, flimkien mat-telf kbir fid-dħul tal-gvern minħabba l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, iqiegħdu pressjoni ulterjuri fuq il-baġits tal-Istati Membri u jippreġudikaw l-interessi tal-popli u tal-ħaddiema; billi l-politika tat-tassazzjoni tibqa' kompetenza tal-Istati Membri; billi l-ftehimiet sigrieti dwar it-taxxa, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa fuq livell globali, u t-trasferiment tal-profitti lejn ir-rifuġji fiskali għadhom qed jitħallew isiru jew mhumiex qed jiġu indirizzati kif suppost fil-qafas legali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-għażliet baġitarji li għamlet l-UE ma jirriflettux il-prijoritajiet meħtieġa biex jiġi stimulat tkabbir sostenibbli, kwalitattiv u soċjalment ibbilanċjat, u lanqas ma jqisu l-ħtieġa ta' solidarjetà u koeżjoni ekonomika u soċjali fost l-Istati Membri; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi llum l-UE qed tiffaċċja l-akbar kriżi umanitarja tar-rifuġjati mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn; billi l-UE u ċerti Stati Membri għandhom responsabbiltajiet diretti fil-kawżi ta' dan l-eżodu, li qed iġiegħel lin-nies jaħarbu minn djarhom bħala konsegwenza tal-gwerer, it-tibdil fil-klima, l-inugwaljanzi u l-politika ta' interferenza u aggressjoni imposta fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq, b'mod partikolari permezz ta' interventi militari u t-tqanqil tal-kunflitti reġjonali, f'koordinazzjoni sħiħa mal-interessi strateġiċi ġeopolitiċi tal-Istati Uniti u n-NATO; billi l-mod li bih qed tiġi indirizzata din il-kriżi umanitarja huwa prova ċara tan-natura klassista ta' din l-UE li qed tonqos milli tosserva l-obbligi tagħha, inkluż fil-qafas tad-dritt internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-UE għandha diversi politiki li jwittu t-triq għall-ksenofobija u r-razziżmu, kif ukoll l-iżvilupp ta' partiti u movimenti ksenofobiċi u razzisti, peress li dawn huma diskriminatorji fil-konfront tal-ħaddiema, ir-rifuġjati u l-migranti abbażi tan-nazzjonalità tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-proposta għal soluzzjoni ġdida għar-Renju Unit fi ħdan l-UE, li kienet tiġi applikata li kieku l-eżitu tar-referendum Brittaniku kien differenti, issaħħaħ l-aġenda tad-deregolamentazzjoni u l-kompetittività, u tippreġudika l-moviment liberu u l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni; billi din kienet prova tal-approċċ ta' standards doppji applikat għall-Istati Membri fi ħdan l-UE; billi l-interessi unilaterali tal-Istati Membri l-kbar m'għandhomx jegħlbu l-interessi ta' dawk iżgħar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi d-dritt ta' kull Stat Membru li joħroġ mill-UE għandu jiġi rikonoxxut;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi r-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit juri li hija meħtieġa Ewropa oħra u li din għandha tinbena bi qbil mal-popli, li jistennew deċiżjonijiet konkreti dwar kwistjonijiet soċjali bħall-impjiegi, it-trasparenza u l-protezzjoni soċjali, u jirrifjutaw il-miżuri ta' awsterità; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi d-deċiżjonijiet kollha rigward ir-relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit, wara l-ħruġ tar-Renju Unit, għandhom ikunu r-riżultat ta' proċess demokratiku li għandu jinvolvi kemm lill-Parlament Ewropew kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali; billi l-Istati Membri kollha għandhom id-dritt u d-dmir li jiżviluppaw ir-relazzjonijiet ekonomiċi, politiċi u kulturali tal-għażla tagħhom mar-Renju Unit, abbażi tal-prinċipji ta' interessi reċiproċi, ħbiberija bejn il-popli u kooperazzjoni bejn Stati sovrani;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi r-referendum fir-Renju Unit wera l-ħtieġa li jsir progress fil-proċess tar-riunifikazzjoni Irlandiża permezz ta' referendum dwar il-fruntieri, kif previst fil-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira; billi l-eżistenza ta' fruntiera internazzjonali bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar ikollha konsegwenzi negattivi serji għall-Irlanda; billi l-UE għandha tkompli tappoġġja b'mod proattiv il-proċess ta' paċi fl-Irlanda u tiżgura li dan ikompli fi kwalunkwe negozjati dwar l-irtirar tar-Renju Unit;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi hemm defiċit demokratiku – li jirriżulta mill-politiki u l-għażliet tal-UE – li jikkostitwixxi problema enormi, u ħafna ċittadini jħossu li mhumiex rappreżentati mill-istituzzjonijiet; billi dan jista' jiġi indirizzat biss permezz tat-trasparenza, il-ftuħ u d-difiża tal-valuri tad-demokrazija, inkluża parteċipazzjoni aktar b'saħħitha miċ-ċittadini, il-paċi, it-tolleranza, il-progress, is-solidarjetà u l-kooperazzjoni bejn il-popli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi r-rieda sovrana tal-popli li jiddeċiedu l-perkors tal-iżvilupp tagħhom f'kull Stat Membru għandha tiġi mħarsa bħala dritt assolut;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.  billi l-kriżi klimatika għadha theddida għall-istabbiltà, is-saħħa u l-għajxien tas-soċjetajiet tad-dinja kollha, kif ukoll għall-benessri tal-annimali u l-bijodiversità; billi l-impenji fil-COP21, għalkemm jidhru ambizzjużi, għandhom jissaħħu bir-reqqa fid-direzzjoni t-tajba; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Il-politiki makroekonomiċi u ta' awsterità</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tressaq Programm ta' Ħidma li jindirizza l-isfidi ewlenin li l-popli u l-Istati Membri qed jiffaċċjaw illum, bħalma huwa l-istaġnar ekonomiku, id-deflazzjoni, iż-żieda fl-inugwaljanzi soċjoekonomiċi u l-faqar, l-iżbilanċi fl-investiment u t-tkabbir ekonomiku, ir-rati għolja tal-qgħad u ż-żieda fil-prekarjetà tax-xogħol, it-tnaqqir tad-drittijiet soċjali u tax-xogħol, il-piż kbir tad-dejn, ħtieġa akbar ta' protezzjoni internazzjonali kif ukoll il-kriżi klimatika; jinsab imħasseb ħafna dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tkompli bil-politiki ta' konsolidament fiskali, privatizzazzjoni, riformi strutturali u deregolamentazzjoni, kontra l-interess tal-popli; isostni li l-isfidi soċjali, ekonomiċi, klimatiċi u politiċi jistgħu jingħelbu biss permezz ta' bidla profonda lejn politiki progressivi li fil-qalba tal-istrateġiji tal-iżvilupp iqiegħdu lin-nies u lill-ambjent, minflok l-interessi tas-swieq finanzjarji u l-kapitalisti kbar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jiddeplora bil-qawwa t-tkomplija tal-impożizzjoni ta' miżuri ta' awsterità fuq l-Istati Membri min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-UE u, b'mod partikolari, ir-rikatt tal-istituzzjonijiet tal-UE fil-konfront ta' ċerti pajjiżi li jesprimu l-għażliet tagħhom għat-tkabbir u l-iżvilupp; jinsisti li l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jirrispettaw is-sovranità nazzjonali ta' kull Stat Membru u d-deċiżjoni magħmula mill-popli li javvanzaw lejn l-iżvilupp, it-tkabbir u l-koeżjoni soċjali, u li l-ebda pajjiż m'għandu jiġi ppenalizzat talli jkun ta spinta lill-ekonomija tiegħu, sew permezz ta' pjanijiet ta' investiment pubbliku u sew permezz ta' politiki fiskali ridistributtivi u politiki progressivi f'dak li għandu x'jaqsam mat-taxxa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jitlob li jintemmu immedjatament l-hekk imsejħa "memoranda ta' qbil" u l-politiki neoliberali u ta' awsterità kontroproduċenti u soċjalment devastanti li imponew; huwa tal-fehma li dawn il-memoranda imponew politiki fiskali inġusti li jiksru l-prinċipju ta' ugwaljanza proporzjonali u ta' tassazzjoni progressiva; jitlob li jinħoloq pjan ta' emerġenza għas-sostenn tal-ekonomija ta' dawk il-pajjiżi li ġew soġġetti għall-intervent tat-Trojka;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jiddeplora n-nuqqas ta' reazzjoni fl-UE għall-iskandli marbuta mat-tassazzjoni; jiddefendi l-obbligu li jiġu ppubblikati kemm id-deċiżjonijiet dwar it-taxxa kif ukoll ir-rappurtar għal kull pajjiż, biex tiġi żgurata trasparenza u skrutinju; jiddefendi l-abolizzjoni tal-off-shores u ta' rifuġji fiskali oħra, id-difiża tal-kooperazzjoni għat-tneħħija tas-sigriet bankarju għal finijiet ta' taxxa, il-promozzjoni ta' miżuri ta' kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-frodi tat-taxxa, u l-penalizzazzjoni ta' tranżazzjonijiet spekulattivi permezz ta' miżuri ta' politika fiskali kif ukoll l-assigurazzjoni li t-taxxi jitħallsu fejn jinħoloq il-valur; jitlob summit internazzjonali fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti bil-għan li jiġi definit pjan direzzjonali u Pjan ta' Azzjoni Konġunt biex jintemmu r-rifuġji fiskali u d-dumping tat-taxxa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jitlob li l-proċess tal-ħolqien ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali jitwaqqaf immedjatament; itenni l-ħtieġa li jkun hemm separazzjoni bejn l-attivitajiet tal-banek tal-investiment u l-attivitajiet bankarji bl-imnut u li jissaħħaħ il-kontroll pubbliku fis-settur finanzjarju; jenfasizza li d-deregolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji, il-proċess ta' privatizzazzjoni devastanti li għadda minnu s-settur finanzjarju, il-fenomenu konsegwenti tal-fużjonijiet u l-akkwisti li wassal għal żieda kbira fil-konċentrazzjoni tal-industrija u ħoloq l-hekk imsejħa banek "kbar wisq biex ifallu", kif ukoll il-finanzjalizzazzjoni tal-ekonomija, kienu responsabbli għat-taqlib fl-ekonomiji tal-pajjiżi; jirrifjuta l-Unjoni Bankarja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura l-implimentazzjoni effikaċi u f'waqtha tal-investimenti li jagħtu prijorità lill-pajjiżi li qed jibbenefikaw minn assistenza finanzjarja, b'attenzjoni partikolari għar-reġjuni fi kriżi ekonomika u f'reċessjoni, u li għandhom livelli għoljin ta' qgħad u faqar, filwaqt li tingħata spinta lit-tkabbir u l-impjiegi u jissaħħu l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (MSMEs) u jiġu żgurati l-iżvilupp ekonomiku u l-koeżjoni soċjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Il-governanza ekonomika u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Huwa tal-fehma li t-Trattat dwar l-Istabbiltà Fiskali, il-Patt Fiskali u s-Semestru Ewropew għandhom jiġu revokati, peress li dawn jikkostitwixxu reġim restrittiv ekonomiku antidemokratiku li għandu effett negattiv fuq l-investiment, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li l-Istati Membri jerġgħu jiksbu l-kapaċità li jiddeċiedu dwar il-politiki ekonomiċi li jindirizzaw bl-aħjar mod il-ħtiġijiet rispettivi tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jisħaq fuq il-fatt li l-livell ta' dejn pubbliku u estern fil-pajjiżi periferiċi tal-UE hu fost l-akbar fid-dinja – konsegwenza tan-natura asimmetrika tal-proċess ta' integrazzjoni; iqis bħala essenzjali – u kwistjoni urġenti u ta' ġustizzja elementari – li jitnaqqas il-piż tad-dejn, permezz ta' negozjar mill-ġdid tad-dejn (l-ammonti, il-maturità u r-rati tal-imgħax) u l-annullament tal-komponent spekulattiv u illeġittimu tiegħu, u b'hekk jinġieb f'livelli sostenibbli; jitlob li ssir konferenza intergovernattiva għar-revoka tat-Trattat dwar l-Istabbiltà Fiskali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippermetti – sakemm jitħassar definittivament it-Trattat dwar l-Istabbiltà Fiskali – spazju għal manuvrar mil-lat fiskali sabiex ikun hemm aktar likwidità għall-investiment, għall-iżvilupp fl-edukazzjoni, il-kultura u s-saħħa, u għal żvilupp soċjali olistiku, li għandu jiffaċilita l-kwalità u s-sikurezza tal-impjiegi u jsaħħaħ l-istat soċjali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Iħeġġeġ il-ħolqien ta' pjan ta' emerġenza biex tiġi sostnuta l-ekonomija tal-pajjiżi li sofrew minħabba l-intervent tat-Trojka;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jitlob li jinħoloq programm ta' appoġġ għall-Istati Membri li jkunu jixtiequ jinnegozjaw it-tluq tagħhom miż-żona tal-euro minħabba li s-sħubija tagħhom tkun saret insostenibbli u insopportabbli; jenfasizza li programm bħal dan għandu jipprevedi kumpens adegwat għall-ħsara soċjali u ekonomika kkawżata;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jirrifjuta bil-qawwa, għaldaqstant, ir-rapport tal-Ħames Presidenti peress li ma joffri l-ebda alternattiva għan-narrattiva prevalenti favur l-awsterità iżda minflok jipproponi li jkunu approfonditi l-politiki eżistenti, inkluż permezz ta' kompetittività u konverġenza strutturali akbar u bl-impożizzjoni ta' politiki fiskali rigorużi u awsterità; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Id-drittijiet soċjali u tax-xogħol</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jikkritika bil-qawwa l-politiki ta' awsterità – l-hekk imsejħa politiki tal-kompetittività, il-liberalizzazzjoni u d-deregolamentazzjoni tas-suq tax-xogħol – li dgħajfu d-drittijiet bażiċi soċjali u tax-xogħol fl-Istati Membri; jiddefendi d-dritt li jsiru negozjati kollettivi, bl-involviment dirett tal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, bħala strument ewlieni biex jitħarsu u jittejbu d-drittijiet għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, id-dumping soċjali, ix-xogħol prekarju u frawdolenti, id-deregolamentazzjoni tal-ħinijiet tax-xogħol, ix-xogħol atipiku, it-tkabbir tas-settur tal-pagi baxxi, il-kompetizzjoni fuq pagi aktar baxxi, il-fenomeni tal-ħaddiema foqra, l-esklużjoni soċjali, il-pensjonanti foqra u l-fastidju u l-vjolenza fuq il-post tax-xogħol, u li l-ħaddiema jkunu protetti mill-awtosfruttament f'forom ġodda ta' xogħol, inkluż ix-xogħol diġitali u l-esternalizzazzjoni miftuħa, bil-protezzjoni tad-dritt li wieħed jagħmel waqfa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jirrifjuta u jikkundanna l-kritika, min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, fil-konfront ta' politiki li jfittxu l-valutazzjoni tal-pagi u r-ridistribuzzjoni tal-introjtu u l-ġid favur il-ħaddiema; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu introdotti miżuri effikaċi għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fil-pagi fi ħdan qafas ta' politika dwar il-pagi li jikkunsidra l-kunċett ta' paga ugwali għal xogħol ugwali; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu implimentati politiki tal-iżvilupp li jippromwovu t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi u li jindirizzaw ir-rati għolja tal-qgħad, li jolqtu l-aktar lin-nisa u ż-żgħażagħ; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea ma tkomplix tirrakkomanda r-riorganizzazzjoni u t-tnaqqis fid-dipartimenti tal-gvern tal-Istati Membri, u ma tkomplix tappoġġja u tippromwovi l-flessigurtà fl-impjiegi u l-privatizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi, peress li dawn l-approċċi servew, bla dubju, biex jiddgħajfu d-drittijiet soċjali tal-ħaddiema u jitjieb it-trasferiment tal-ġid lejn il-kapitalisti l-kbar; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Ifakkar lill-Kummissjoni Ewropea fl-impenn tagħha favur l-adeżjoni mal-Karta Soċjali Ewropea l-ġdida, u jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għall-adeżjoni mal-Karta mingħajr dewmien; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex tressaq proposta għal Protokoll Soċjali li jpoġġi l-interessi kollettivi u soċjali f'livell ogħla mil-libertajiet ekonomiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Jesprimi tħassib li d-Direttiva dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema, fil-forma attwali tagħha, ma tindirizzax il-problemi ewlenin tal-mobilità tal-ħaddiema fi ħdan l-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tipproċedi bir-rieżami ta' din id-Direttiva, tiġġieled kontra d-dumping soċjali fil-forom kollha tiegħu u tiżgura li l-ħaddiema stazzjonati jkollhom aċċess għall-istess benefiċċji soċjali bħall-ħaddiema tal-pajjiż li jkunu ntlaqgħu fih, inkluża l-garanzija tal-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali fl-istess post; jiddikjara li ħaddiem ma għandu fl-ebda sitwazzjoni jiffaċċja rigress fil-pagi jew fid-drittijiet soċjali; jitlob ukoll li fir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament 883/2004 tissaħħaħ il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ l-infurzar tal-leġiżlazzjoni soċjali u tax-xogħol fis-setturi kollha; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.  Jitlob li l-UE jkollha lista sewda ta' kumpaniji, inklużi kumpaniji tal-isem, responsabbli minn ksur ripetut tal-leġiżlazzjoni soċjali u tax-xogħol tal-UE u tal-Istati Membri, u li għal xi żmien dawn il-kumpaniji ma jitħallewx jieħdu kuntratti pubbliċi u sussidji, inklużi fondi mill-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kuntest tad-diskussjoni u r-rakkomandazzjonijiet dwar l-oqfsa nazzjonali tal-insolvenza, tiżgura l-parteċipazzjoni u l-informazzjoni tal-ħaddiema u l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema, matul l-istadji kollha tal-proċedura, u timpedixxi l-użu stateġiku tal-proċeduri ta' insolvenza sabiex jitnaqqru l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema jew jiġu ffaċilitati t-tkeċċijiet fuq skala kbira; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, f'dan il-kuntest, tiffaċilita l-akkwist ta' kumpaniji li jkunu qed jiffaċċjaw l-insolvenza min-naħa tal-ħaddiema tagħhom, sabiex l-attività ekonomika tagħhom tinżamm għaddejja u jitnaqqas kemm jista' jkun it-telf ta' impjiegi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.  Jenfasizza l-bżonn ta' strateġija integrata għall-ġlieda kontra l-faqar, li tiffoka, fost l-oħrajn, fuq it-tnaqqis tal-faqar fost it-tfal u l-esklużjoni soċjali; jitlob l-evalwazzjoni u l-ħolqien ta' skemi ta' introjtu minimu, fil-livell tal-Istati Membri, li jiggarantixxu perċentwal tal-introjtu medju fl-Istati Membri rispettivi, b'parametru referenzjarju minimu ta' mill-inqas 60 %, bħala pass importanti lejn il-qerda tal-faqar; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitħarsu u jiġu żviluppati, fl-Istati Membri, il-funzjonijiet soċjali tal-Istat u l-offerta tas-servizzi pubbliċi, li għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, l-aċċess għall-ġustizzja u għal sistemi edukattivi u tas-saħħa pubbliċi universali, b'xejn u ta' kwalità, kif ukoll servizzi ta' indukrar għat-tfal, l-anzjani u l-morda, kif ukoll livell għoli ta' protezzjoni soċjali b'mod ġenerali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.  Huwa tal-fehma li l-azzjonijiet u l-programmi kollha tal-UE dwar il-kultura u l-edukazzjoni għandu jkollhom dimensjoni sistematika u soċjalment inklużiva, jippromwovu politiki ta' edukazzjoni pubblika ta' kwalità u jikkontribwixxu għal aċċess sħiħ għall-kultura u r-rikreazzjoni għal kulħadd; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri, għalhekk, jeskludu n-nefqa pubblika marbuta mal-edukazzjoni u l-kultura mill-kalkolu tad-defiċit pubbliku, fil-kuntest tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.  Jiddispjaċih li l-programmi ta' mobilità tal-UE ma ssodisfawx għalkollox l-iskop tagħhom u imponew diskriminazzjoni inaċċettabbli fl-aċċess; jitlob lill-Kummissjoni Ewropea, għaldaqstant, issaħħaħ l-aċċess għall-programmi kollha ta' mobilità minn dawk kollha li jkunu jixtiequ japplikaw, b'mod partikolari l-gruppi żvantaġġati, u ttejjeb l-informazzjoni u l-aċċess għal programmi ta' mobilità fl-edukazzjoni vokazzjonali u skemi ta' taħriġ; jiddeplora t-tendenza, osservata dan l-aħħar f'ċerti programmi, li tipprevedi s-sostituzzjoni ta' sistemi ta' għotjiet bi skemi ta' garanzija għal self bħal Erasmus+ u Ewropa Kreattiva; jitlob, għalhekk, sistemi ta' għotjiet deċenti li jippermettu l-kopertura tal-perjodu kollu barra l-pajjiż tal-oriġini sabiex jiġi żgurat aċċess universali għal dawn il-programmi ta' mobilità; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">24.  Jenfasizza li s-servizzi online, il-kummerċ elettroniku, id-drittijiet tal-awtur (rigward mhux biss l-awturi iżda anke l-artisti, l-interpreti u l-produtturi), il-protezzjoni, il-ġestjoni u l-ħżin tad-data, kif ukoll in-newtralità tan-netwerk, jeħtieġu approċċ komunitarju u internazzjonali konġunt li bħala prinċipju gwida jkollu l-ħarsien tal-interessi pubbliċi, li għandu dejjem jieħu preċedenza fuq il-loġika tan-negozju u l-profitt; jenfasizza li l-internet jappartjeni għad-dominju pubbliku u li l-iżgurar tal-prinċipju tan-newtralità tiegħu huwa tal-akbar importanza;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">25.  Jiddispjaċih ħafna li l-Kummissjoni Ewropea naqset milli tressaq strateġija ġdida dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi bejn in-nisa u l-irġiel għall-perjodu 2015-2020, u jitlob li titressaq strateġija bħal din; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">26.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tressaq proposta għal strateġija komprensiva tal-UE dwar il-vjolenza fuq in-nisa li tindirizza l-forom differenti kollha ta' vjolenza; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ta' Istanbul u l-inizjattiva li titnieda kampanja ta' sensibilizzazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa fl-2017; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">27.  Jikkundanna l-irtirar tad-Direttiva dwar il-Leave tal-Maternità; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tressaq proposta ġdida li tirrispetta l-pożizzjoni tal-Parlament favur żieda fil-perjodu minimu ggarantit attwali tal-leave tal-maternità bi ħlas sħiħ minn 14 għal 20 ġimgħa, u favur id-dritt obbligatorju għal leave tal-paternità bi ħlas; jemmen li jeħtieġ jittieħdu miżuri speċifiċi fl-Istati Membri kollha biex jittejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għan-nisa u l-irġiel, u li jeħtieġ jittieħdu passi biex jiżdied it-tul tal-leave tal-ġenituri, bi ħlas ta' 100 %, u b'hekk nersqu lejn sistema aktar ugwali f'dak li għandu x'jaqsam mal-leave tal-ġenituri; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">28.  Jistieden ukoll lill-Kummissjoni Ewropea tiggarantixxi u tinkludi l-aċċess universali għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi fl-oqsma politiċi relatati kollha fl-UE u lil hinn minnha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">29.  Jikkundanna bil-qawwa l-ftehim bejn l-UE u t-Turkija kif ukoll il-proposti l-oħrajn kollha mmirati lejn l-esternalizzazzjoni tal-fruntieri tal-UE sabiex in-nies li jeħtieġu protezzjoni jinżammu barra l-UE, b'diżrispett assolut tal-impenji tal-UE u l-Istati Membri tagħha fir-rigward tad-dritt internazzjonali, inkluż il-prinċipju ta' non-refoulement; jikkundanna l-enfasi qawwija fuq il-prevenzjoni u r-repressjoni tal-migrazzjoni irregolari, inkluż permezz tad-detenzjoni, mingħajr ma jingħata kas tal-għadd dejjem akbar ta' persuni li qegħdin ifittxu asil u li qed jaħarbu mill-gwerer, il-persekuzzjoni, il-ġuħ u d-diżastri klimatiċi; jikkundanna l-multiplikazzjoni tal-miżuri repressivi u l-interventi militari proposti mill-Kummissjoni Ewropea fl-2015 u l-2016 b'risposta għal dawn il-kriżijiet umanitarji, bħall-EUNAVFOR Med, l-operazzjoni tan-NATO fil-Baħar Eġew, il-proposta biex jissaħħu s-setgħat tal-Frontex permezz tat-twaqqif ta' Gwardja Ewropea tal-Fruntiera, il-ħolqien ta' ċentri ta' detenzjoni għar-rifuġjati, l-aċċelerazzjoni tar-ritorn, inkluż tal-persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil, u l-pressjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiddikjara lit-Turkija (pajjiż b'passat medjokri fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem) bħala pajjiż terz bla periklu għal dawk kollha li jkunu qed ifittxu asil; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">30.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tirrialloka l-fondi allokati għal kontrolli akbar fil-fruntiera, kif ukoll għat-tisħiħ tal-Fortizza Ewropa, favur l-akkoljenza tar-rifuġjati u l-migranti, b'mod partikolari permezz ta' programmi ta' risistemazzjoni u rilokazzjoni, attivitajiet ta' tiftix u salvataġġ proattivi, ċentri ta' akkoljenza miftuħin u dinjitużi u inklużjoni soċjali kemm għar-rifuġjati u kemm għall-migranti; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa proposti għal metodi sikuri u legali ta' aċċess għall-UE għan-nisa, l-irġiel u t-tfal kollha li jeħtieġu protezzjoni, kif ukoll għall-ħaddiema migranti, inkluż programm ta' risistemazzjoni immedjat, ambizzjuż u vinkolanti, u tappoġġja l-proposta tal-Parlament Ewropew għal viżi umanitarji fir-reviżjoni tal-kodiċi dwar il-viżi, sabiex il-persuni ma jibqgħux jiġu mġiegħla jissugraw ħajjithom fil-Mediterran jew fid-deżert fi triqithom lejn l-Ewropa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">31.  Jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea li tistabbilixxi miżuri provviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja; jiddeplora n-nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-Istati Membri biex jonoraw l-impenji tagħhom f'dan ir-rigward;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">32.  Jitlob l-implimentazzjoni tad-dritt għall-ħajja tal-familja kif minqux fil-KEDB, kemm jekk minn pajjiż terz jew fi ħdan l-UE, u l-ħtieġa urġenti biex titħaffef ir-rilokazzjoni, inkluż li tingħata prijorità lill-applikanti vulnerabbli; ifakkar li l-pajjiż ta' allokazzjoni għandu jkun ibbażat fuq ir-rabtiet familjari, lingwistiċi u kulturali tar-rifuġjati; jenfasizza l-ħtieġa li jsir progress fl-inklużjoni soċjali u l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol tar-rifuġjati u l-migranti, billi jiġu rikonoxxuti u jitqiesu, favur tagħhom, il-ħiliet u l-kwalifiki li għandhom, u tiġi żgurata protezzjoni mill-isfruttament u d-diskriminazzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">33.  Jiddeplora n-nuqqas tal-Kummissjoni li tipproponi alternattiva għar-Regolament ta' Dublin dwar il-kondiviżjoni tar-responsabbiltà; iqajjem tħassib importanti rigward l-obbligu tal-Istati Membri kollha li jeżaminaw jekk l-applikazzjoni ta' persuna tistax tiġi ddikjarata inammissibbli abbażi tal-kunċetti ta' pajjiż terz bla periklu jew tal-ewwel pajjiż ta' asil;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">34.  Jitlob l-adozzjoni immedjata tad-direttiva orizzontali kontra d-diskriminazzjoni sabiex isir progress fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, inklużi l-attakki fuq il-minoranzi, il-migranti, il-persuni li jfittxu asil u gruppi vulnerabbli oħra; huwa tal-fehma li ż-żieda fis-sentimenti u l-organizzazzjonijiet ksenofobiċi u razzisti hija marbuta maż-żieda fil-fenomeni faxxisti u tal-lemin estrem fl-Ewropa, li ma jistgħux jitqiesu b'mod iżolat mill-politiki li ġew infurzati fl-UE u fl-Istati Membri f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">35.  Jiddeplora l-għadd dejjem akbar ta' atti, u każijiet ta' inċitament għall-mibegħda, fil-konfront tal-minoranzi etniċi u reliġjużi, il-persuni LGBTI, il-persuni li jkunu qegħdin ifittxu asil u dawk li m'għandhomx saqaf fuq rashom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">36.  Jitlob lill-Kummissjoni tevalwa l-implimentazzjoni tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom (NRIS) u r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri għall-integrazzjoni effettiva tar-Rom fl-Istati Membri, u tipproponi miżuri addizzjonali, jekk ikun hemm bżonn, għall-inklużjoni effettiva tar-Rom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">37.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà, li tiffoka b'mod unilaterali ħafna fuq politiki repressivi u fuq it-tisħiħ tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi tal-UE; jikkritika ż-żieda dejjem akbar fl-importanza tas-sigurtà fil-politiki, inkluż il-ġbir ta' data personali u t-tfassil ta' profili taċ-ċittadini, billi filwaqt li jittieħed vantaġġ mill-biżgħat leġittimi tan-nies, il-ġlieda kontra t-terroriżmu tintuża biex jiġu attakkati d-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini u tiżdied is-sorveljanza min-naħa tal-Istat; jirrimarka li minkejja li fl-aħħar 12-il sena ġew adottati aktar minn 80 strument legali vinkolanti fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, l-attakki vjolenti reċenti wrew traġikament il-falliment tal-enfasi repressiva għamja tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-gvernijiet tal-Istati Membri; tikkundanna l-leġiżlazzjoni repressiva, li mhux talli kisret b'mod estensiv id-drittijiet tal-bniedem taċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE, iżda għenet attivament ukoll biex jiddgħajfu u jitnaqqru l-politiki ta' prevenzjoni eżistenti bħalma huma l-impjieg taż-żgħażagħ, il-politiki ta' koeżjoni soċjoekonomika u strumenti preventivi oħra li għandhom l-għan li jgħinu lin-nies li jkunu f'riskju ta' esklużjoni soċjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">38.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti bidu għal sforzi serji biex tipproteġi liċ-ċittadini mis-sorveljanza tal-Istat, li dejjem qed tiżdied; jesprimi, f'dan il-kuntest, it-tħassib serju tiegħu dwar is-setgħat estensivi li għandha l-Unità ta' Indikazzjoni ta' Kontenut fuq l-Internet (IRU) tal-Europol biex twettaq monitoraġġ u sorveljanza tal-internet mingħajr ebda intervent ġudizzjarju; jirrimarka li r-Regolament il-ġdid dwar il-Europol ma jipprevedix bażi ġuridika espliċita għall-IRU;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">39.  Iqis li r-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu tmur 'il bogħod wisq fil-kriminalizzazzjoni ta' ċerti atti preparatorji potenzjali mingħajr il-bżonn ta' objettiv espliċitu li jitwettaq reat terroristiku volontarjament; jenfasizza l-fatt li dan imur kontra prinċipju tad-dritt kriminali li ilu jeżisti u li jgħid li l-intenzjoni volontarja hija element kruċjali ta' kwalunkwe definizzjoni kriminali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">40.  Jitlob li d-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika tiġi aġġornata sabiex tinġieb f'konformità mar-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Data adottat dan l-aħħar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">41.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis b'mod sħiħ id-deċiżjoni tal-QtĠ-UE fil-Kawżi Magħquda C 293/12 u C 594/12 tat-8 ta' April 2014; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex f'dan il-kuntest iżżomm lura milli tipproponi kwalunkwe miżura ulterjuri bbażata fuq iż-żamma ta' data b'mod ġeneriku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">42.  Jistieden lill-Kummissjoni tressaq pjan ta' azzjoni biex l-Istati Membri jtejbu l-kundizzjonijiet ta' detenzjoni, speċjalment minħabba l-użu mifrux tad-detenzjoni preventiva, inkluż f'każijiet tal-Mandat ta' Arrest Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni tqis b'mod sħiħ il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-kundizzjonijiet tal-ħabsijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">43.  Jinsab ferm diżappuntat bin-nuqqas ta' azzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tar-rapport leġiżlattiv fuq inizjattiva proprja dwar ir-reviżjoni tal-Mandat ta' Arrest Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta ġdida, waqt li tqis ir-rapport tal-Parlament dwar din il-kwistjoni, b'mod speċjali l-kwistjoni tat-testijiet ta' proporzjonalità;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">44.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kummissjoni ma inkluditx fl-inizjattivi l-ġodda tagħha proposta aġġornata mġedda għal aċċess pubbliku għad-dokumenti, li tirrifletti l-qbil fl-ewwel qari milħuq mill-Parlament fl-2011;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">45.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twieġeb it-talbiet tal-Parlament fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar l-allegati trasport u detenzjoni illegali ta' priġunieri f'pajjiżi Ewropej mis-CIA, b'mod partikolari wara r-rapport tas-Senat tal-Istati Uniti dwar it-tortura mwettqa mis-CIA;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">46.  Jiddikjara n-natura profondament antidemokratika ta' din l-UE, hekk kif jixhed il-mod kif l-istituzzjonijiet Ewropej jittrattaw il-konsegwenzi tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u t-taqbida tal-ħaddiema; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-Kummissjoni Ewropea tieħu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini bis-serjetà fl-espressjonijiet demokratiċi differenti tagħha, tirrispetta kwalunkwe referendum ulterjuri dwar kwistjonijiet tal-UE, u jitlob li jitħares id-dritt inaljenabbli tal-poplu li jidħol f'dibattitu u jesprimi r-rieda tiegħu; jiċħad, f'dan ir-rigward, l-argument tal-inevitabilità;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">47.  Ifakkar lill-Kummissjoni fl-impenn tagħha li tippreżenta proposta għal ftehim interistituzzjonali dwar reġistru obbligatorju ta' trasparenza għall-istituzzjonijiet kollha tal-UE; jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li tissaħħaħ id-demokrazija rappreżentattiva u parteċipattiva;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">48.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tippreżenta proposta għal reviżjoni tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ibbażata fuq il-konklużjonijiet fir-rapport ta' implimentazzjoni tal-Parlament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">49.  Jemmen li jinħtieġ li tittejjeb il-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet tal-UE; jinsisti, madankollu, li l-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar u l-programm REFIT ma għandhomx jintużaw bħala pretest għal deregolamentazzjoni li ddgħajjef il-protezzjoni soċjali, il-ħarsien tal-konsumatur, l-istandards ambjentali, l-istandards għall-benesseri tal-annimali u d-djalogu soċjali; jinsisti, għaldaqstant, li l-valutazzjonijiet tal-impatt u d-deċiżjonijiet kollha tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju jsiru pubbliċi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">50.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiggarantixxi minflok li l-leġiżlazzjoni futura kollha tkun soġġetta għal valutazzjoni tal-impatt soċjali u tad-drittijiet fundamentali, kif ukoll tinkludi klawsoli ta' estinzjoni biex tiżgura li d-dritt tal-UE jiġi rieżaminat b'mod regolari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Is-suq intern u l-kummerċ internazzjonali</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">51.  Huwa tal-fehma li s-suq uniku, fl-approċċi settorjali varji tiegħu, aċċentwa/iffaċilita ż-żarmar ta' strumenti sovrani ta' regolamentazzjoni ekonomika, id-dominanza ekonomika, id-diverġenza u l-iżvilupp mhux uniformi, u ppromwova l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitti lejn rifuġji fiskali, il-privatizzazzjoni, id-deregolamentazzjoni tar-relazzjonijiet kummerċjali u l-konċentrazzjoni tal-kapital; permezz tas-suq uniku u f'isem il-kompetittività, l-UE sponsorizzat/appoġġjat u ppromwoviet attakki fuq id-drittijiet tal-ħaddiema, u dan wassal għal inugwaljanzi soċjali, deregolamentazzjoni tax-xogħol, devalwazzjoni tal-pagi u impjiegi dejjem aktar prekarji, filwaqt li politiki fiskali aktar ridistributtivi u aktar ġusti, tkissru jew ġew ostakolati; jinnota li, għall-kuntrarju ta' dak li huwa ddikjarat b'mod sistematiku, is-suq uniku wassal għal żieda fl-ispejjeż għall-konsumaturi u għad-degradazzjoni tas-servizzi pprovduti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">52.  Jiddeplora d-dewmien tal-Kummissjoni biex tinnotifika lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-atti korrettorji għall-atti delegati u atti delegati tranżitorji tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (KDU); iqis li hu inaċċettabbli li dawn in-notifiki tardivi għamluha diffiċli għall-Parlament li juża s-setgħa ta' skrutinju tiegħu; iħeġġeġ, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tiżgura kooperazzjoni aħjar tas-servizzi tagħha mal-Parlament u informazzjoni bikrija dwar il-finalizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-KDU;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">53.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni Ewropea qiegħda tkompli ddgħajjef il-protezzjoni tal-informaturi, il-ġurnalisti, il-konsumaturi u l-ħaddiema permezz tad-Direttiva dwar is-Sigrieti Kummerċjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jiggarantixxu li l-informaturi jkunu protetti mil-lat ġuridiku u materjali meta dawn jistgħu raġonevolment jiġu preżunti li qegħdin iħarsu l-interessi pubbliċi; jinnota, madankollu, li l-istandards ta' protezzjoni għadhom mhux uniformi madwar l-UE u ma joffrux biżżejjed protezzjoni, kif juru każijiet prominenti riċenti; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva għall-protezzjoni minima tal-informaturi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">54.  Jenfasizza li kull pajjiż għandu jkollu d-dritt li jiddefinixxi l-politiki kummerċjali tiegħu u jidħol f'dawk il-ftehimiet kummerċjali li huma l-aktar konformi mal-interessi tiegħu u l-karatteristiċi u l-ħtiġijiet ekonomiċi tiegħu, filwaqt li jqis il-livelli rispettivi tiegħu ta' komplementarjetà ma' pajjiżi terzi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">55.  Huwa tal-fehma li l-eżitu tar-referendum Britanniku jżid mar-raġunijiet li jiġġustifikaw li r-ratifika ta' kwalunkwe ftehim kummerċjali tal-UE ma' partijiet terzi li magħhom qed isiru negozjati għandhom jiġu sospiżi b'mod provviżorju; jopponi l-approċċ ta' politika kummerċjali ta' liberalizzazzjoni, deregolamentazzjoni u privatizzazzjoni promoss mill-Kummissjoni Ewropea ma' bosta sħab madwar id-dinja, kif ukoll il-loġika dommatika ta' kummerċ ħieles li tiddetermina din il-politika tal-kummerċ, u jiddenunzja, b'mod partikolari, il-megareġjonali bħat-TTIP, ic-CETA u t-TiSA u, b'mod differenti, il-ftehimiet ta' sħubija ekonomika; jiddeplora l-fatt li l-orjentazzjoni kummerċjali ġenerali tal-UE, li tippreġudika s-sovranità tal-Istati Membri u sservi l-interessi ġeopolitiċi tal-pajjiżi l-aktar sinjuri, u tal-korporazzjonijiet multinazzjonali, tikkontrolla u tisfrutta l-assi ta' pajjiżi terzi, iżżid l-iżbilanċi intrareġjonali u interreġjonali, u tipperpetwa d-dipendenzi tal-pajjiżi anqas żviluppati (ġewwa u barra l-UE); jiddikjara li dan il-ftehim jikkontribwixxi għall-qerda u d-deregolamentazzjoni tax-xogħol, għaż-żieda fil-faqar, għal spekulazzjoni msaħħa (speċjalment fuq l-ikel) u l-qerda tas-servizzi pubbliċi, u huwa theddida għas-saħħa u l-benesseri tal-annimali, l-agrikoltura sostenibbli u l-ambjent, u d-diversità kulturali; jitlob kummerċ internazzjonali regolat, ibbażat fuq komplementarjetà b'mod reċiproku; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">56.  Jitlob kummerċ internazzjonali regolat, ibbażat fuq komplementarjetà b'mod reċiproku; jopponi, b'mod partikolari, l-inklużjoni ta' kwalunkwe klawsola tal-ISDS fil-ftehimiet kummerċjali jew fil-qafas tal-UE, kemm jekk fil-forma tradizzjonali kif ukoll jekk fil-forma ICS, peress li ma jqis li hemm l-ebda raġuni biex l-investituri jingħataw ġurisdizzjonijiet speċjali li jobbligaw lill-istati jħallsu ammonti kbar ta' flus, u jnaqqsu l-ispazju politiku tagħhom; jinsisti li kull dokument ta' negozjar għandu jsir pubbliku, u li l-parlamenti nazzjonali għandhom jiġu konsultati qabel l-adozzjoni ta' tali ftehimiet, li jaffettwaw ħafna l-ħajja tal-popli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">L-iżvilupp reġjonali, produzzjoni u setturi strateġiċi</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">57.  Jiċħad l-approċċ tal-Kummissjoni Ewropea li jissubordina l-politika ta' koeżjoni għall-governanza ekonomika tal-UE; jenfasizza li l-politika reġjonali hija għodda importanti għall-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, u li l-objettivi ewlenin tagħha huma t-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali, partikolarment tal-ifqar reġjuni u tar-reġjuni ultraperiferiċi, il-promozzjoni tal-konverġenza reali u ż-żieda tat-tkabbir u tal-impjiegi; jinsisti li l-politika ta' koeżjoni ma għandhiex tintuża bħala strument ta' penalizzazzjoni finanzjarja meta reġjun jew Stat Membru jirrifjuta politiki ta' deregolamentazzjoni u ta' privatizzazzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">58.  Jirrakkomanda l-implimentazzjoni ta' miżuri urġenti rigward is-setturi produttivi li huma ta' importanza vitali għal kull ekonomija u li għaldaqstant għandhom rwol essenzjali fl-iżvilupp potenzjali ta' kull pajjiż; jitlob il-promozzjoni ta' proġetti pubbliċi u appoġġ għall-intrapriżi mikro, żgħar u medji, u għall-kooperattivi u l-gvernijiet lokali, u li l-fondi tal-Komunità jissaħħu u jiġu orjentati f'dik id-direzzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">59.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti prijorità lil dawk l-Istati Membri l-aktar milquta mill-kriżi ekonomika u, b'mod partikolari, biex timmira lejn reġjuni f'reċessjoni b'livelli għoljin ta' qgħad u ta' faqar; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">60.  Jemmen li l-finanzjament eżistenti tal-UE u r-riżorsi finanzjarji attwali tal-UE għall-politika ta' koeżjoni mhumiex suffiċjenti biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' konverġenza reali, u biex jegħlbu d-disparitajiet reġjonali, il-livelli għolja ta' qgħad, l-inugwaljanzi fl-introjtu u l-faqar fl-Istati Membri; jinnota l-bżonn li l-baġit tal-UE jissaħħaħ fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-ġestjoni u l-ippjanar territorjali jibqgħu ir-responsabilità tal-Istati Membri individwali; jinnota li sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni b'suċċess tal-politika ta' koeżjoni tal-UE huwa kruċjali li fil-futur jiġu evitati ħlasijiet b'lura; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">61.  Jinnota l-investiment dgħajjef propost fil-baġit tal-UE għar-riċerka u l-iżvilupp; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea ma tikkonċentrax l-allokazzjoni tal-finanzjament tar-riċerka fuq ftit universitajiet, ċentri ta' riċerka u kumpaniji korporattivi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">62.  Jafferma mill-ġdid li l-ilma huwa dritt universali u għandu jiġi garantit lil kull bniedem, u ma għandux ikun soġġett għall-privatizzazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">63.  Jitlob Politika Komuni tas-Sajd (PKS) deċentralizzata li tippromwovi l-modernizzazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd, fejn tiġi żgurata l-vijabilità soċjoekonomika tagħha, is-sostenibilità tar-riżorsi, iż-żamma u l-ħolqien tal-impjiegi u t-titjib fil-kundizzjonijiet ta' għajxien tal-ħaddiema tas-sajd; jitlob li jittieħdu miżuri biex tiġi żgurata s-sovranità nazzjonali fuq iż-żoni ekonomiċi esklussivi tal-Istati Membri u r-riżorsi tas-sajd tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">64.  Jitlob li tiġi salvagwardjata l-bijodiversità f'ambjenti marini, billi jiġu żgurati kundizzjonijiet favorevoli biex il-popolazzjonijiet tal-ħut jiġu rikostitwiti permezz tal-implimentazzjoni ta' prattiki ta' ġestjoni sostenibbli adegwati; jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li l-PKS tirrikonoxxi l-karatteristiċi speċifiċi tas-sajd fuq skala żgħira u kostali, u x-xerqin ta' l-istrumenti attwali għall-ħtiġijiet tas-settur; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">65.  Huwa tal-fehma li 30 sena ta' Politika Agrikola Komuni (PAK) għamlu ħsara kbira lis-settur agrikolu fl-Istati Membri, u kkontribwew għall-kriżi fis-settur agrikolu; jitlob li jsir enfasi mill-ġdid fuq wieħed mill-prinċipji ta' finanzjament tal-PAK (Artikolu 39, punt 2), "li tassigura b'dan il-mod livell ġust ta' għajxien għall-popolazzjoni agrikola", biex tiġi evitata konċentrazzjoni akbar ta' produzzjoni u l-livell miżjud ta' biedja intensiva, it-tnaqqis ta' bdiewa fuq skala żgħira u l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa, kif ukoll iż-żieda fl-asimmetriji reġjonali u d-dipendenza barranija esterna fuq l-oġġetti, li jiffavorixxi l-akbar ekonomiji Ewropej; jiddispjaċih li dan il-fenomenu qed ipoġġi fir-riskju patrimonji agrikoli u rurali ta' importanza dinjija, filwaqt li, fl-istess ħin, il-kumpaniji agrokummerċjali kbar qed jespandu l-marġini tagħhom u jimponu l-mudell tagħhom għal sistema ta' ikel globali li għandha effetti ambjentali distruttivi; jissottolinja l-fatt li l-bdiewa, u mhux in-negozji l-kbar, għandhom ikunu fiċ-ċentru ta' kwalunkwe politika agrikola u tal-ikel, sabiex is-sostenibilità, it-tkabbir u l-impjiegi verament jingħataw spinta fir-reġjuni kollha; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">66.  Jiddispjaċih li l-politiki attwali qed iwasslu għad-deċimazzjoni tal-azjendi agrikoli tradizzjonali b'ġestjoni familjari madwar l-UE u sussegwentement għat-tnaqqis tal-attivitajiet soċjali u ekonomiċi fiż-żoni rurali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">67.  Jopponi bil-qawwa l-ħtif tal-art, d-dominanza tas-suq u l-iffissar inġust tal-prezzijiet minn kumpaniji agroalimentari kbar, li jisfruttaw il-bdiewa u jinfurzaw produzzjoni żejda għad-detriment tal-kwalità tal-ikel, il-benesseri tal-bniedem u tal-annimali, kif ukoll l-ambjent; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">68.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tipprojbixxi kull forma ta' għoti ta' privattivi ta' żrieragħ sabiex tipproteġi l-bdiewa mill-pressjoni u s-setgħa tal-kumpaniji multinazzjonali li jipproduċu ż-żrieragħ, u biex tipproteġi l-varjetajiet lokali kif ukoll il-wirt kulturali u ġenetiku tagħna; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, biex tipprojbixxi l-awtorizzazzjoni, il-kultivazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' GMOs u biex tieħu azzjoni biex jitrażżan l-użu mifrux tal-pestiċidi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">69.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta, mingħajr dewmien, il-punti pendenti tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benesseri tal-Annimali 2012-2015; jistieden lill-Kummissjoni tfassal strateġija ġdida u ambizzjuża għall-protezzjoni u l-benesseri tal-annimali għall-perjodu 2016–2020, bl-għan li jingħelbu n-nuqqasijiet u l-lakuni attwali, sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi u biex jitjieb il-benesseri tal-annimali fl-UE kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">70.  Huwa tal-fehma li l-finanzjament tal-UE għall-agrikoltura għandu jkollu l-għan li jiżviluppa s-sistemi agrikoli tal-Istati Membri b'mod li jnaqqas id-dipendenza tagħhom fuq il-provvisti esterni, u li jissalvagwardja l-patrimonji agrikoli u rurali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">71.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tistudja l-ħtieġa tal-ħolqien ta' strumenti pubbliċi għar-regolazzjoni tal-produzzjoni u tas-swieq fis-settur tal-ħalib, kif ukoll f'setturi oħra, li jiggarantixxi prezzijiet ġusti għall-produzzjoni, waqt li jqis kemm l-ispejjeż tal-inputs kif ukoll il-prezzijiet tal-konsumaturi, sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tal-valur miżjud matul il-katina ta' valur miżjud tas-settur, filwaqt li tiġi evitata l-konċentrazzjoni u l-intensifikazzjoni tal-produzzjoni, u jiġi żgurat id-dritt ta' kull Stat Membru li jiżra u jipproduċi, kif ukoll biex tkun salvagwardjata s-sovranità tal-ikel; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">72.   Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ u tiġi żviluppata bażi industrijali diversifikata fl-Istati Membri u r-reġjuni kollha, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet reġjonali, billi dan huwa essenzjali biex jiġu garantiti livelli għoljin ta' impjiegi, attività ekonomika u żvilupp;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">73.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tivvaluta l-problema tar-rilokazzjoni tal-produzzjoni industrijali f'katini ta' valur globali u tipproponi projbizzjoni fuq finanzjament tal-UE għar-rilokazzjoni tal-produzzjoni lejn pajjiżi terzi, sabiex jinżammu l-impjiegi industrijali fl-Istati Membri; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">74.  Jiċħad l-Unjoni Ewropea tal-Enerġija, proġett ta' monopolji ewlenin Ewropej f'dan is-settur; jitlob kontroll pubbliku ta' dan is-settur strateġiku, peress li t-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija, u l-iżgurar tad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija, l-iżvilupp ta' enerġiji rinnovabbli, l-użu sostenibbli tal-potenzjal endoġenu ta' kull pajjiż u s-sigurtà tal-provvista, fost affarijiet oħra, jirrikjedu ppjanar u kontroll pubbliku u demokratiku, fuq is-settur tal-enerġija; jenfasizza l-ħtieġa li jitressqu kriterji ta' sostenibilità vinkolanti għall-użu tal-enerġija u l-bijomassa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">75.  Itenni li l-enerġija hija beni pubbliku u li l-aċċess ugwali għall-enerġija bi prezzijiet aċċessibbli tal-enerġija għandu jiġi żgurat għall-benefiċċju tal-konsumaturi; jenfasizza li l-UE għandha tiffoka mill-qrib fuq il-kwistjoni tal-faqar fl-enerġija, minħabba li l-faqar fl-enerġija jolqot madwar 11 % tal-popolazzjoni tal-UE; iħeġġeġ, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tagħti prijorità lill-miżuri biex itaffu l-faqar fl-enerġija fil-proposti leġiżlattivi li ġejjin u biex tippreżenta pjan ta' azzjoni dedikat sa nofs l-2017;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">76.  Jemmen li t-tranżizzjoni tal-enerġija għandha twassal għal sistema tal-enerġija aktar effiċjenti, trasparenti, sostenibbli, deċentralizzata u demokratika, ibbażata fuq sorsi ta' enerġija rinnovabbli, li tibbenefika lis-soċjetà fit-totalità tagħha, filwaqt li fl-istess ħin tipproteġi dawk l-aktar vulnerabbli u tiżgura li l-benefiċċji tal-miżuri tal-effiċjenza tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli jkunu disponibbli għalihom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">77.  Itenni l-appell tal-Parlament għal mira vinkolanti ta' sehem ta' 30 % tal-konsum f'enerġija rinnovabbli u ta' 40 % fl-iffrankar tal-enerġija għall-2030; jitlob, għaldaqstant, lill-Kummissjoni biex tirrifletti dan fir-rieżami li jmiss tad-direttivi dwar is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, u sabiex tippromwovi dawn il-miri vinkolanti matul in-negozjati tad-direttivi; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tressaq kriterji ta' sostenibilità vinkolanti għall-użu tal-enerġija u l-bijomassa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">78.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea b'mod speċifiku biex tipproponi kriterji ta' sostenibilità għall-prodotti industrijali u biex tintegra bis-sħiħ l-ekonomija ċirkolari fil-politiki rilevanti kollha, b'kunsiderazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodotti; jenfasizza wkoll il-ħtieġa ta' implimentazzjoni sħiħa tal-azzjonijiet identifikati fil-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi, inkluża t-tneħħija gradwali tas-sussidji li għandhom impatt negattiv fuq l-ambjent; huwa tal-fehma li l-approċċ tas-suq għall-ekonomija ċirkolari għandu konsegwenzi ta' periklu għall-interess pubbliku, u li hija meħtieġa responsabilità qawwija tal-Istati Membri u tal-politiki pubbliċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">79.  Jiċħad mudelli ta' liberalizzazzjoni imposti fuq l-Istati Membri fis-settur tat-trasport; jitlob, għall-kuntrarju, għar-revoka immedjata tagħhom, skont il-ħtieġa għas-salvagwardja tal-obbligi ta' servizz pubbliku, filwaqt li titqies il-promozzjoni ta' politiki tat-trasport li jirrispettaw is-sovranità tal-Istati Membri kif ukoll l-approċċ strateġiku tagħhom stess għall-koeżjoni territorjali u l-iżvilupp nazzjonali; jitlob li jiġi promoss id-djalogu soċjali fost il-ħaddiema kollha kkonċernati, flimkien ma' kooperazzjoni biex ikun hemm integrazzjoni u interoperabbiltà aħjar bejn in-netwerks tat-trasport nazzjonali; jenfasizza l-ħtieġa għall-promozzjoni tat-trasport pubbliku, soluzzjonijiet ta' mobilità komuni u mixi u ċikliżmu, b'mod partikolari f'żoni urbani; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">80.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta r-regolamenti tal-UE dwar it-trasport u tadattahom, fejn xieraq, għall-era diġitali; jitlob lill-Kummissjoni biex taġġusta l-qafas regolatorju ta' mezzi ta' trasport differenti sabiex tippromwovi innovazzjonijiet u servizzi ġodda għall-mobilità u l-loġistika, filwaqt li jiġu żgurati standards tas-sikurezza, kundizzjonijiet tax-xogħol u protezzjoni tal-konsumatur għoljin, kif ukoll tassazzjoni ġusta u l-prevenzjoni ta' effetti ambjentali ta' ħsara; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">81.  Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa biex is-settur tat-trasport jiġi dekarbonizzat; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">82.  Jappella għal pjan ambizzjuż għat-tnaqqis tal-imwiet fit-toroq, li jinkludi miri ċari ta' tnaqqis; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">L-Ambjent</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">83.  Jemmen li l-kriżi klimatika, kif rikonoxxuta fir-rapport AR5 tal-IPCC li ġie aċċettat u approvat mill-aħħar COP 21, huwa kkawżat mill-attività dannuża tal-bniedem, l-abbuż ta' sistemi ta' produzzjoni intensivi fl-enerġija, u l-użu u l-isfruttar ta' karburanti fossili; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">84.  Jenfasizza, għaldaqstant, li s-soluzzjoni biex jiġi ttrattat it-tibdil fil-klima għandha prinċipalment tiġi segwita b'impenji biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tal-pajjiżi kollha kkonċernati skont ir-responsabilitajiet storiċi tagħhom, u, minħabba li din ma għandhiex titħalla għal strumenti bbażati fuq is-suq, jeħtieġ li tinqata' minn ma' politiki ta' żvilupp kapitalisti, peress li mingħajr din il-miżura ma jkunx possibbli li jinbidlu l-metodi ta' produzzjoni jew ta' distribuzzjoni u ta' konsum; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">85.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-impenji tal-COP 21, minn naħa, ma jiggarantixxux it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra – u, għaldaqstant, ma jiżgurawx tnaqqis fil-konċentrazzjoni ta' gassijiet b'effett ta' serra fl-atmosfera għal livell kompatibbli ma' żieda fit-temperaturi medji ta' mhux aktar minn 2°C – u, min-naħa l-oħra, żammew u saħħew il-mekkaniżmi tas-suq li jwasslu għal forma ta' approprjazzjoni privata tan-natura u r-riżorsi tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">86.  Jiddefendi żieda fil-fondi allokati għall-politiki ta' ħarsien ambjentali; jitlob żieda sostanzjali fil-Programm LIFE li tammonta, mill-inqas, għal 1 % tal-baġit tal-UE; jiċħad id-dgħajfien tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħabitats u l-ispeċijiet selvaġġi fil-periklu; jitlob il-ħolqien ta' strument finanzjarju speċifiku ddedikat għall-finanzjament tan-Netwerk Natura 2000 u l-adozzjoni ta' miżuri koerenti ta' preservazzjoni tal-valuri li tirrappreżenta;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">87.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tintegra l-politika dwar il-klima u l-politika dwar it-tibdil fil-klima fil-politiki kollha tagħha; jiddispjaċih għan-nuqqas ta' ambizzjoni li wriet s'issa l-Kummissjoni fir-rigward ta' miri vinkolanti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">88.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tkun konsistenti, u tikkonforma mal-prinċipju ta' prekawzjoni, fil-mandat tagħha biex ma tipproponix derogi ulterjuri fl-użu ta' sustanzi kimiċi, pestiċidi perikolużi u interferenti endokrinali fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, jitnaqqas l-esponiment għas-sustanzi kimiċi permezz tal-ilma, il-ħamrija, l-arja u l-ikel li għandhom impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent globali, u jitressqu proposti leġislattivi biex jitnaqqas l-esponiment;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Għall-paċi kontra l-militariżmu u n-NATO</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">89.  Jikkundanna l-fatt li qed jiżdiedu l-passi lejn il-militarizzazzjoni tal-UE; jiċħad l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà u l-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) u l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) tagħha; jitlob li tintemm il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO u jiċħad il-politika ta' espansjoni attwali tan-NATO; jinsisti dwar ix-xoljiment tal-bażijiet militari barranin kollha fl-Ewropa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">90.  Jinsisti li kwalunkwe attività barranija tal-UE għandha ssegwi l-prinċipji ta' politika barranija strettament ċivili li tkun konformi mal-liġi internazzjonali u applikata b'mod mhux diskriminatorju, u billi jittieħed rwol ewlieni fir-riżoluzzjoni diplomatika u paċifika tal-kunflitti, fosthom permezz ta' inizjattivi ta' medjazzjoni u programmi ta' diżarm, demobilizzazzjoni u reintegrazzjoni (DDR), f'konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti; jenfasizza l-importanza ta' sforzi biex jissaħħaħ it-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (ATT), jittejjeb ir-reġim ta' kontroll fuq l-esportazzjoni tal-armi tal-UE, jiġi appoġġjat ir-reġim tat-TNP u d-diżarm nukleari, u jiġu appoġġjati miżuri dwar l-eradikazzjoni tal-faqar, l-għajnuna umanitarja, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbi li jiffavorixxu relazzjonijiet ekonomiċi bilanċjati, kummerċ ġust u distribuzzjoni ġusta tar-riżorsi u tal-ġid fil-viċinat tal-UE u fid-dinja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">91.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tirrispetta l-impenn tagħha li tinvolvi ruħha mas-sħab tal-PEV fl-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp tan-NU; jenfasizza li l-ħolqien tal-impjiegi huwa kwistjoni deċiżiva għall-futur ta' ħafna pajjiżi tal-viċinat; jappoġġja l-enfasi speċifiku fuq l-impjegabilità taż-żgħażagħ, il-promozzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju; jenfasizza li dan jirrikjedi approċċ f'diversi livelli, mil-livell nazzjonali għal dak reġjonali u lokali kif ukoll kooperazzjoni reġjonali, sottoreġjonali u transfruntiera li tkun tista' timmobilizza l-Istati Membri tal-UE, il-pajjiżi sħab u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom; jitlob approċċ realistiku u programmi li jkollhom benefiċċji konkreti għall-poplu; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-istrateġija għall-kooperazzjoni mal-ġirien tal-ġirien li ġiet imħabbra fil-kuntest tar-rieżami tal-politika tal-viċinat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">92.  Jiċħad kwalunkwe użu tal-baġit tal-UE għal skopijiet militari jew ċivili-militari; jiċħad l-implimentazzjoni ta' proġett pilota dwar ir-riċerka tal-PSDK magħmula b'mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-EDA, li jkopri fost l-oħrajn sistemi ta' inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod (RPAS); jopponi bil-qawwa l-użu ta' kwalunkwe fondi tal-Orizzont 2020, jew il-baġit tal-UE b'mod ġenerali, għal-finanzjament tar-riċerka militari, ċivili-militari jew ta' sigurtà, b'mod ġenerali u għall-iżvilupp tal-RPAS b'mod partikolari; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-impenji tal-Unjoni għall-eradikazzjoni tal-faqar, għall-iżvilupp sostenibbli, għall-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli, għall-kontroll tal-armi, għar-reġim tat-trattat dwar in-nonproliferazzjoni u d-diżarm nukleari jiġu rrispettati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">93.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea ttejjeb it-trasparenza tal-ispejjeż fil-qasam tal-attivitajiet internazzjonali, fil-fażijiet kollha, mill-ipprogrammar sal-valutazzjoni <span font-style="italic">ex ante</span>; itenni l-kritika qawwija tiegħu dwar in-nuqqas ta' kontroll parlamentari li għadu għaddej fil-qasam tal-politiki barranin u ta' sigurtà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">94.  Jafferma li l-affarijiet esterni huma kompetenza sovrana ta' kull Stat Membru, u jiċħad politika barranija b'vuċi waħda għall-UE; ifakkar li l-politiki esteri tal-Istati Membri, individwalment jew flimkien, għandhom isegwu l-prinċipji ta' politika barranija strettament ċivili, f'konformità mad-dritt internazzjonali u applikati b'mod mhux diskriminatorju, u li r-rwol fir-riżoluzzjoni diplomatika u paċifika tal-kunflitti għandu jsir taħt l-awspiċji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, imwettaq fi spirtu ta' sħubija u solidarjetà reċiproċi, u b'rispett għas-sovranità ta' pajjiżi terzi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">95.  Jiċħad bil-qawwa l-promozzjoni u l-appoġġ ta' bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea (EDTIB) u l-Kumpless Militari Industrijali, u ż-żieda u l-approfondiment tal-kooperazzjoni tad-difiża; jiċħad kwalunkwe użu tal-baġit tal-UE għal skopijiet militari jew ċivili-militari; jitlob paċi reali, solidarjetà u politiki ta' ugwaljanza li jimmiraw għall-kontroll tal-armi, id-diżarm sħiħ, b'mod partikolari mill-armi nukleari, u d-demilitarizzazzjoni tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">96.  Huwa mħasseb ħafna li ħafna gvernijiet lanqas biss qed jirrispettaw l-impenji nazzjonali, tal-UE u internazzjonali li kienu ħadu fir-rigward tal-esportazzjoni tal-armi; jitlob it-tmiem tal-kummerċ tal-armi tal-UE u tal-esportazzjoni tal-armi u ta' tagħmir militari lejn żoni ta' kunflitt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center" text-indent="-28.35pt">_____________________</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">97.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-programm ta' ħidma tagħha f'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">98.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>