<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0895/2016</Ref><Date>4.7.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 37(3) tar-Regoli ta' Proċedura u l-ftehim qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-prijoritajiet tal-Parlament Ewropew għall-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2017</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2773(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold"><Author id="124796">David Borrelli</Author></span></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4276"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp EFDD</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE585.336v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0895/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-prijoritajiet tal-Parlament Ewropew għall-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2017</span></span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2773" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2773">2016/2773(RSP)</ANCHOR>)</span></span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata ''Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni tal-2016 – Mhux il-waqt li kollox jibqa' l-istess'' (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2015-0610" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2015-0610">COM(2015)0610</ANCHOR>) u l-Annessi 1 sa 6 tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 37(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-kriżi ekonomika, soċjali u politika wasslet biex Stati Membri jiżżerżqu f'riċessjoni u deflazzjoni, b'numru preokkupanti ta' madwar 17-il miljun persuna qiegħda;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-inizjattivi proposti mill-istituzzjonijiet tal-UE dwar ir-riforma tal-qafas ta' governanza ekonomika tal-lum ikomplu jgħarrqu l-kriżi ekonomika, demokratika u soċjali fl-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi r-rati ta' żball u ta' frodi li jaffettwaw il-baġit tal-UE għadhom f'livell għoli bla ebda tnaqqis sinifikanti, u billi, għal 21 sena konsekuttiva, il-pagamenti ntlaqtu materjalment minn żbalji minħabba l-effikaċja parzjali tas-sistemi superviżorji u ta' kontroll;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi, fi żmien ta' awsterità għaċ-ċittadini kollha, huwa imperattiv li jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi tal-UE, b'attenzjoni speċifika fuq l-identifikazzjoni ta' ekonomiji strutturali sinifikanti permezz ta' rieżami tat-tqassim ġeografiku tal-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-politiki tal-UE għandhom nuqqas gravi ta' trasparenza, speċjalment fil-każ ta' negozjati dwar ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi huwa assolutament neċessarju li jiġi evitat li ċ-Ċina ingħata l-istatus ta' ekonomija tas-suq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-qgħad fit-tul irdoppja mill-2007 u jirrappreżenta nofs il-qgħad totali; 4.5 miljun żagħżugħ u żagħżugħa fl-età ta' bejn 15-il sena u 24 sena jinsabu qiegħda fl-UE, u billi aktar minn 7 miljuni fost iż-żgħażagħ Ewropej fl-età ta' bejn 15-il sena u 24 sena la huma impjegati u lanqas qed jieħdu edukazzjoni jew taħriġ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-għajnuna lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) għandha tkun prijorità, b'attenzjoni speċifika għat-tnaqqis ta' spejjeż amministrattivi eċċessivi u bla ħtieġa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-Iskema għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (ETS) falliet b'mod sostanzjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi l-qbil bejn l-Istati Membri dwar l-arranġamenti dwar il-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija mhuwiex l-aħjar soluzzjoni għall-UE rigward il-problema tal-emerġenza tar-rifuġjati li qed tiżviluppa (u m'għandux jiġi rreplikat ma' pajjiżi terzi oħra);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi forma ta' demokrazija diretta li fiha ċ-ċittadini jieħdu deċiżjonijiet diretti tagħti aktar leġittimità lill-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet, u tista' tgħin biex tagħti spinta lill-parteċipazzjoni taċ-ċittadini; billi huwa importanti li nirrispettaw il-vot tal-poplu permezz ta' referenda nazzjonali ħielsa u ġusti fl-Istati Membri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Prijoritajiet ewlenin</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li l-Istati Membri jitħallew jagħmlu użu sħiħ tal-għodod ta' politika monetarja u fiskali bil-għan li jappoġġjaw l-irkupru ekonomiku b'mod effikaċi u jiżguraw il-leġittimità demokratika u politika ta' deċiżjonijiet ekonomiċi fundamentali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Iqis li, fid-dawl tar-rieżami tal-QFP, għandha tingħata prijorità għar-riżoluzzjoni tal-problema tal-pagamenti qabel ma jiġu implimentati impenji ġodda; ifakkar li l-ewwel għażla għandha dejjem tkun dik tar-riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet minn linji baġitarji eżistenti li mhumiex prijoritarji, biex b'hekk nevitaw il-ħala u l-ġestjoni ħażina; jirrimarka li, f'xi każijiet, il-programmi jistgħu jiġu ffinanzjati u implimentati aħjar fil-livell nazzjonali bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jitlob li l-baġit tal-UE jsirulu wisq aktar kontrolli u awditjar; jinsisti, bħala rekwiżit mandatorju, li dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni pożittiva (DAS) tinkiseb mill-Qorti tal-Awdituri fi żmien sentejn; jiddispjaċih li r-rati ta' żball u ta' frodi li jaffettwaw il-baġit tal-UE, b'referenza partikolari għall-akkwist pubbliku, u jinsisti fuq il-ħtieġa qawwija li l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata fil-livell transnazzjonali jiġu miġġielda; jenfasizza l-importanza ta' aktar trasparenza fl-infiq tal-UE u jitlob li tiġi ppubblikata l-informazzjoni kollha dwar l-infiq mill-fondi Ewropej;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jirrifjuta l-idea ta' baġit speċifiku għaż-żona tal-euro, peress li dan ikun jikkostitwixxi firda sinifikanti bejn pajjiżi li jużaw l-euro u dawk li jżommu l-munita proprja tagħhom; jieħu nota li baġit għaż-żona tal-euro jkollu l-effett ukoll li jwassal għal sottomissjoni ulterjuri tas-sovranità demokratika nazzjonali għall-benefiċċju ta' formazzjonijiet teknokratiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jenfasizza li l-munita unika għandha impatt asimettriku u distruttiv fuq l-ekonomiji aktar dgħajfa, li jiġu sfurzati jagħmlu aġġustament diffiċli ta' żvalutazzjoni interna minħabba munita li hija sopravalutata fil-konfront tal-ekonomiji tagħhom, filwaqt li tħalli lil dawk l-Istati Membri taż-żona tal-euro li huma aktar b'saħħithom jisfruttaw vantaġġ kompetittiv inġust minħabba munita sottovalutata fil-konfront ta' Stati Membri oħra taż-żona tal-euro, b'tali mod li jiġġeneraw disparitajiet u żbilanċi makroekonomiċi intollerabbli fl-UE; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi ppjanata likwidazzjoni ordnata tal-unjoni monetarja u li jiġu pprovduti minnufih mekkaniżmi demokratiċi għall-ħruġ volontarju ta’ pajjiż miż-żona tal-euro;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Itenni l-ħtieġa li jsir użu aħjar mill-flus tal-kontribwenti; jenfasizza l-importanza li jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi tal-UE, speċjalment f'perjodu ta' kriżi persistenti; jiddeplora l-fatt li l-Parlament Ewropew għandu tliet postijiet tax-xogħol — Brussell, Strasburgu u l-Lussemburgu; jisħaq fuq il-fatt li l-Parlament ikun aktar effikaċi, kosteffiċjenti u favur l-ambjent jekk ikollu sede f'post wieħed biss;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Itenni li l-kofinanzjament nazzjonali tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għandu jiġi eskluż kompletament mid-definizzjoni ta’ defiċits strutturali tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u jiddeplora l-fatt li l-miżuri ta’ awsterità fl-UE jimminaw serjament l-objettivi ta’ koeżjoni soċjali, territorjali u ekonomika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jopponi bil-qawwa l-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jissottolinja li l-ħolqien tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) kellu impatt f’dak li jirrigwarda tnaqqis fi programmi tal-Orizzont 2020 u tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jinsisti li n-negozjati dwaris-Sħubija Trans-Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment(TTIP) jiġu abbandunati peress li jbaxxu l-istandards taż-żewġ naħat itenni t-tħassib profond tiegħu dwar il-fatt li l-Kummissjoni biss għandha d-dritt tinnegozja ftehimiet ta’ kummerċ, u mhux il-gvernijiet nazzjonali, eletti u responsabbli; jiddispjaċih għar-rifjut tal-Kummissjoni li tirreġistra l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI) "Stop TTIP"; jopponi l-inklużjoni ta’ Sistema ta’ Qorti tal-Investiment (ICS) fi ftehimiet kummerċjali futuri; jopponi kwalunkwe inklużjoni tas-servizzi pubbliċi fit-TTIP u fi ftehimiet ta’ kummerċ oħra; jitlob lill-parlamenti nazzjonali jgħidu tagħhom dwar negozjati kummerċjali, bħall-Ftehim Ekonomiku <span font-weight="bold">u Kummerċjali Komprensiv</span> (CETA) bħala sinjal ta’ kontroll demokratiku</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqawwi l-isforzi tagħha biex iġġib 'il quddiem riforma komprensiva tal-Istrumenti għad-Difiża tan-Negozju, u b’hekk ittejjeb l-effikaċja, it-trasparenza u l-infurzar tagħhom, sabiex il-produtturi, l-importaturi u ċ-ċittadini jiġu mħarsa minn kull sieħeb kummerċjali li ma jikkompetix b’mod ġust;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jirrikonoxxi l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità f’dak li jirrigwarda l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Ekonomija Ċirkolari, b'mod li l-Istati Membri titħallielhom il-possibbiltà li jmorru lil hinn mid-deċiżjonijiet Komunitarji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jinsisti li l-UE ma tirrikonoxxix u ma tagħtix l-istatus ta’ ekonomija tas-suq liċ-Ċina;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jiddispjaċih bil-qawwa li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ ma ħalliet l-ebda żieda sostanzjali fl-impjiegi taż-żgħażagħ u jinsab profondament imħasseb dwar ir-rata allarmanti tal-qgħad fit-tul;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jikkundanna kull leġiżlazzjoni tal-UE li timponi piżijiet amministrattivi fuq l-SMEs — li huma sors ewlieni ta’ impjiegi u ta’ tkabbir — u li timponilhom aktar ostakoli burokratiċi; jenfasizza li jeħtieġ li l-SMEs jingħataw aktar appoġġ, b'mod li l-enfasi prinċipali tkun fuq li titnaqqas il-burokrazija tal-UE filwaqt li tkun żgurata protezzjoni soċjali xierqa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti l-problemi sinifikanti li l-Iskema għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet ġarrbet fil-passat, u jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li r-riżorsi ta’ implimentazzjoni korrispondenti jiġu riallokati għal inizjattivi oħra li jrendu aktar prosperità lis-soċjetà Ewropea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu stabbiliti rapporti ta' monitoraġġ u implimentazzjoni dwar il-ħlasijiet u l-infiq nazzjonali tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u tal-Fond għas-Sigurtà Interna, u li l-użu tal-fondi mogħtija lit-Turkija mill-UE fi ħdan il-qafas tal-ftehim bejn l-UE u t-Turkija jkun issorveljat bis-sħiħ u jiġi evalwat regolarment;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.  Ifakkar li l-Istati Membri għandhom jittrasponu u jimplimentaw l-istrumenti disponibbli fil-livell internazzjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.  Ifakkar li, skont l-Artikolu 46(1) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Partijiet Għolja Kontraenti assumew mingħajr kwalifika obbligu solenni u vinkolanti taħt l-istat tad-dritt li "jirrispettaw is-sentenza finali tal-Qorti fi kwalunkwe każ li jkunu parti fih". Jiddeplora d-dewmien fl-implimentazzjoni u n-nuqqas ta’ rieda politika f’ċerti ċirkostanzi li ċerti sentenzi tal-Qorti jiġu implimentati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.  Iqis li l-involviment attiv taċ-ċittadini tal-UE fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ġuridiċi huwa ta’ importanza liema bħalha sabiex jingħeleb id-distakk demokratiku; jemmen li forma ta’ demokrazija diretta tkattar il-parteċipazzjoni u r-responsabbiltà; itenni l-fehma tiegħu li tali miżuri huma assolutament neċessarji f'soċjetà demokratika, u li jippermettu ż-żamma tal-ġustizzja, tal-libertà u tal-parteċipazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.  Jenfasizza l-importanza tar-rispett tal-vot tal-poplu, permezz ta' referenda nazzjonali ħielsa u ġusti fl-Istati Membri, dwar trattati ġodda jew dwar kwalunkwe tibdil fit-trattati eżistenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.  Jesiġi li l-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet kollha tal-UE jirrispettaw ir-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit li sar fit-23 ta’ Ġunju 2016; jitlob li l-Kummissjoni u l-Kunsill iwettqu negozjati tal-Artikolu 50 b’mod miftuħ u amikevoli, fir-rispett tar-rieda tal-poplu Brittaniku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
</Section></Motion>