<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-1086/2016</Ref><Date>3.10.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa skont l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (MON-ØØ81Ø-6)</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="normal">(D046170/00 – 2016/2921(RSP))</span></span></p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="normal">Imressqa minn: </span><span font-weight="normal"><Author id="4751">Bart Staes</Author>, <Author id="124984">Lynn Boylan</Author>, <Author id="124744">Guillaume Balas</Author>, <Author id="40599">Sirpa Pietikäinen</Author>, <Author id="124779">Eleonora Evi</Author></span></span></p>
</Blk-Author><Body type="OTHER"><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel</span></p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE589.675v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-1086/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (MON-ØØ81Ø-6)</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(D046170/00 – <ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2921" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2921">2016/2921(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (MON-ØØ81Ø-6) (D046170/00),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 298, 18.10.2003, p. 1.</p>
</footnote>, u b'mod partikolari l-Artikolu 23(3) tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–   wara li kkunsidra l-opinjoni xjentifika li taġġorna l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskji u r-rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskji fir-rigward tal-qamħirrum ġenetikament modifikat u reżistenti għall-insetti MON 810, maħruġa fis-6 ta' Diċembru 2012 mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Il-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati (OĠM); Opinjoni xjentifika li taġġorna l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskji u r-rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskji fir-rigward tal-qamħirrum ġenetikament modifikat u reżistenti għall-insetti MON 810. EFSA Journal 2012; 10(12):3017 [98 pp.], doi:10.2903/j.efsa.2012.3017.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-opinjoni xjentifika li tissupplimenta l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali u r-rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskji fir-rigward tal-kultivazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat u reżistenti għall-insetti Bt11 u MON 810, adottata fis-6 ta' Diċembru 2012 mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Il-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati (OĠM); Opinjoni xjentifika li tissupplimenta l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali u r-rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskji fir-rigward tal-kultivazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat u reżistenti għall-insetti Bt11 u MON 810. EFSA Journal 2012; 10(12):3016 [32 pp.], doi:10.2903/j.efsa.2012.3016.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–   wara li kkunsidra l-opinjoni li taġġorna r-rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskji biex tillimita l-esponiment ta' Lepidoptera mhux fil-mira – u ta' tħassib għall-konservazzjoni f'ħabitats protetti – għall-polline tal-qamħirrum Bt, maħruġa fit-28 ta' Mejju 2015 mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Il-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati (OĠM); Opinjoni xjentifika li taġġorna r-rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskji biex tillimita l-esponiment ta' Lepidoptera mhux fil-mira – u ta' tħassib għall-konservazzjoni f'ħabitats protetti – għall-polline tal-qamħirrum Bt. EFSA Journal 2015; 13(7):4127 [31 pp.], doi:10.2903/j.efsa.2015.4127.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–   wara li kkunsidra l-opinjoni xjentifika dwar ir-rapport annwali tal-monitoraġġ ambjentali ta' wara l-introduzzjoni fis-suq (PMEM) fir-rigward tal-kultivazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 fl-2014 minn Monsanto Europe S.A., maħruġa fid-9 ta' Marzu 2016 mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> Il-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati (OĠM); Opinjoni xjentifika dwar ir-rapport annwali tal-monitoraġġ ambjentali ta' wara l-introduzzjoni fis-suq (PMEM) fir-rigward tal-kultivazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 fl-2014 minn Monsanto Europe S.A. EFSA Journal 2016; 14(4):4446 [26 pp.], doi:10.2903/j.efsa.2016.4446.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0036" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0036/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2014)0036</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi, f'konformità mal-Artikoli 11 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, fil-11 u t-18 ta' April 2007 Monsanto Europe S.A. ppreżentat lill-Kummissjoni tliet applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf eżistenti maħduma minn qamħirrum MON 810, l-awtorizzazzjoni ta' għalf li fih u jikkonsisti f'qamħirrum MON 810 u l-awtorizzazzjoni tal-qamħirrum MON 810 fi prodotti li jikkonsistu fih jew li fihom minnu għal użi li ma jinkludux l-ikel u l-għalf, bħal kwalunkwe qamħirrum ieħor, inkluża l-kultivazzjoni; billi wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, dawn il-prodotti ġew notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(1)(a) u (b) u l-Artikolu 20(1)(b) ta' dan ir-Regolament u ddaħħlu fir-Reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi fid-9 ta' Marzu 2016, Monsanto Europe S.A. bagħtet ittra lill-Kummissjoni li fiha talbet li l-parti tal-applikazzjoni li tirrigwarda l-kultivazzjoni tiġi kkunsidrata separatament mill-kumplament tal-applikazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810, kif deskritt fl-applikazzjoni, jesprimi l-proteina Cry1Ab, li toriġina mill-<span font-style="italic">Bacillus thuringiensis</span> subsp. <span font-style="italic">kurstaki</span> u tagħti protezzjoni kontra ċerti insetti ta' ħsara lepidopterani, inklużi l-European Corn Borer (ECB) (<span font-style="italic">Ostrinia nubilalis</span>) u l-pink borers (<span font-style="italic">Sesamia </span>spp);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi, inizjalment, l-introduzzjoni fis-suq taż-żerriegħa tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 għal finijiet ta' kultivazzjoni kienet awtorizzata skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE tat-23 ta' April 1990 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 117, 8.5.1990, p. 15).</p>
</footnote> mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/294/KE<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/294/KE tat-22 ta' April 1998 rigward it-tqegħid fis-suq ta' qamħirrum modifikat ġenetikament (Zea mays L. line MON 810), skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 131, 5.5.1998, p. 32). </p>
</footnote>; billi, fit-3 ta' Awwissu 1998, Franza tat il-kunsens tagħha lil Monsanto Europe S.A. (minn hawn 'il quddiem "Monsanto") għall-introduzzjoni fis-suq tal-prodotti tal-qamħirrum MON 810;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi, skont l-Artikolu 26c(2) tad-Direttiva 2001/18/KE, il-kultivazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 għandu jkun ipprojbit fit-territorji li ġejjin: il-Vallonja (il-Belġju); il-Bulgarija; id-Danimarka; il-Ġermanja (ħlief għal finijiet ta' riċerka); il-Greċja; Franza; il-Kroazja; l-Italja; Ċipru; il-Latvja; il-Litwanja; il-Lussemburgu; l-Ungerija; Malta; in-Netherlands; l-Awstrija; il-Polonja; is-Slovenja; l-Irlanda ta' Fuq (ir-Renju Unit); l-Iskozja (ir-Renju Unit); Wales (ir-Renju Unit);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi, skont l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), l-evidenza tindika li madwar 95 %-99 % tal-polline rilaxxat jiġi depożitat xi 50 metru 'l bogħod mis-sors tal-polline, għalkemm movimenti vertikali jew buffuri tar-riħ matul it-tixrid tal-polline jistgħu jgħollu l-polline 'l fuq fl-atmosfera u jxerrduh fuq distanzi sinifikanti, sa għadd ta' kilometri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-EFSA eskludiet arbitrarjament id-dakkir inkroċjat fil-qamħirrum mill-ambitu tal-opinjonijiet xjentifiċi dwar il-qamħirrum MON 810, u b'hekk injorat ir-riskji li jista' jkun hemm għad-diversità bijoloġika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi t-teosintes, l-antenati tal-qamħirrum ikkultivat, ilhom jeżistu fi Spanja mill-2009; billi l-popolazzjonijiet tat-teosinte jaf jibdew jirċievu DNA transġeniku li jkun ġej mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810, li huwa kkultivat fi Spanja f'xi wħud mir-reġjuni fejn it-teosinte qed jinfirex ħafna; billi jista' jseħħ fluss ġenetiku lejn it-teosinte, li jwassal għall-produzzjoni tat-tossina Bt u għat-tisħiħ tal-ibridi tal-qamħirrum u t-teosinte meta mqabbel mal-pjanti tat-teosinte indiġeni; billi dan hu xenarju li jġorr miegħu riskji kbar għall-bdiewa u għall-ambjent;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-awtoritajiet kompetenti Spanjoli infurmaw lill-Kummissjoni bil-preżenza tat-teosinte fl-għelieqi tal-qamħirrum Spanjoli, inkluża l-preżenza limitata ħafna fl-għelieqi tal-qamħirrum ġenetikament modifikat; billi l-informazzjoni disponibbli tindika, barra minn hekk, li t-teosinte nstab ukoll fi Franza;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi, fit-13 ta' Lulju 2016, il-Kummissjoni talbet lill-EFSA biex, sa tmiem Settembru 2016, tivvaluta jekk, abbażi tal-letteratura xjentifika eżistenti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, ħarġitx evidenza ġdida li tbiddel il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-opinjonijiet xjentifiċi tal-EFSA dwar il-kultivazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810, Bt11, 1507 u GA21;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi fil-punt 22 tal-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha, il-Kummissjoni ssostni li, fir-rigward tal-mortalità lokali, l-EFSA qieset żewġ livelli ta' mortalità lokali "aċċettabbli" (0,5 % u 1 %), iżda billi fl-opinjoni xjentifika tagħha adottata fit-28 ta' Mejju 2015 u li taġġorna r-rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskji biex tillimita l-esponiment ta' Lepidoptera mhux fil-mira – u ta' tħassib għall-konservazzjoni f'ħabitats protetti – għall-polline tal-qamħirrum Bt, l-EFSA fil-fatt tgħid b'mod ċar li "kwalunkwe livell ta' protezzjoni speċifiku utilizzat hawnhekk bħala spjegazzjoni mill-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM huwa maħsub bħala eżempju biss" u li "kwalunkwe soll applikat jeħtieġ, neċessarjament, ikun arbitrarju u għandu jkun soġġett għal emendi skont l-objettivi ta' protezzjoni fis-seħħ fl-UE"; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi fl-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għażlet il-livell ta' mortalità lokali ta' taħt 0,5 % u fl-anness tiegħu pprevediet distanzi ta' iżolament arbitrarji ta' mill-inqas 5 metri bejn għalqa tal-qamħirrum MON 810 u ħabitat protett kif definit fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2004/35/KE, minkejja l-fatt li l-EFSA tgħid b'mod ċar, kif ikkonfermat, li l-impożizzjoni ta' distanza ta' iżolament ta' 20 metru madwar ħabitat protett mill-eqreb għalla tal-qamħirrum Bt11/MON 810, li huwa erba' darbiet aktar mid-distanza proposta mill-Kummissjoni, tkun mistennija tnaqqas il-mortalità lokali anke ta' larvi lepidopterani sensittivi ħafna – u mhux fil-mira – għal livell aktar baxx minn 0,5 %;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi fl-opinjoni xjentifika tagħha adottata fit-28 ta' Mejju 2015 u li taġġorna r-rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskji biex tillimita l-esponiment ta' Lepidoptera mhux fil-mira u ta' tħassib għall-konservazzjoni f'ħabitats protetti, l-EFSA tgħid li "fil-preżent m'hemmx biżżejjed data disponibbli biex il-mortalità larvali relatata mal-Bt titqiegħed fil-kuntest tal-mortalità globali";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi hemm storja ta' nuqqas kontinwu ta' infurzar fir-rigward tal-monitoraġġ ambjentali ta' wara l-introduzzjoni fis-suq, hekk kif l-EFSA tirrimarka li r-rapport dwar il-PMEM tal-2014 juri nonkonformità parzjali mal-implimentazzjoni ta' rifuġji non-Bt fi Spanja kif osservat fis-snin ta' qabel, u li fl-evalwazzjoni tal-kwestjonarji tal-bdiewa u fit-twettiq tal-analiżi tal-letteratura ġew identifikati nuqqasijiet metodoloġiċi li jixbhu lil dawk misjuba f'rapporti annwali preċedenti tal-PMEM dwar il-qamħirrum MON 810; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi, ta' kull sena, il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM jirrepeti għalxejn ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-monitoraġġ ambjentali wara l-introduzzjoni fis-suq, jiġifieri l-għoti ta' informazzjoni aktar dettaljata dwar il-metodoloġija tal-kampjunar, it-tnaqqis tal-possibbiltà ta' preġudizzju fl-għażla f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwestjonarji tal-bdiewa u l-assigurazzjoni li jiġu identifikati l-pubblikazzjonijiet xjentifiċi rilevanti kollha; billi, fir-rigward tat-titjib tal-qafas ta' kampjunar tal-istħarriġ fost il-bdiewa, kull sena l-Bord tal-OĠM jirrepeti għalxejn l-importanza ta' reġistri tal-kultivazzjoni tal-OĠM nazzjonali kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu biex id-detenturi jitħallew jikkunsidraw kif jistgħu jagħmlu l-aħjar użu mill-informazzjoni miżmuma fir-reġistri nazzjonali u biex jitrawwem djalogu ma' dawk responsabbli mill-amministrazzjoni ta' dawn ir-reġistri fl-inħawi fejn huwa kkultivat il-qamħirrum MON 810;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jmur lil hinn mis-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Iqis li l-valutazzjoni tar-riskji tal-kultivazzjoni mwettqa mill-EFSA mhijiex kompluta, u li r-rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskji proposti mill-Kummissjoni mhumiex adegwati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-objettiv tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002, huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, l-ambjent u l-interessi tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effikaċi tas-suq intern;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
</Section></Motion>