<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-1089/2016</Ref><Date>4.10.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-Sirja</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2894(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold"><Author id="28229">Manfred Weber</Author></span></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold"><Author id="4436">Gianni Pittella</Author></span></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold"><Author id="33569">Syed Kamall</Author></span></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4271"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold"><Author id="97058">Guy Verhofstadt</Author></span></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold"><Author id="28233">Rebecca Harms</Author></span></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4281"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold"><Author id="124796">David Borrelli</Author></span></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4276"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp EFDD</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE589.678v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-1089/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-Sirja</span></span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2894" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2894">2016/2894(RSP)</ANCHOR>)</span></span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-ostilitajiet fis-Sirja ħraxu drastikament, b'mod partikolari f'Aleppo, li ġarrbet bumbardament qawwi mill-ajru, fost l-oħrajn b'attakki fuq faċilitajiet mediċi; billi s-sitwazzjoni marret għall-agħar b'mod drammatiku u rapidu, minkejja l-isforzi tal-komunità internazzjonali biex tistabbilixxi waqfien mill-ġlied;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-Unjoni Ewropea hija fost il-kontributuri ewlenin ta' għajnuna umanitarja għan-nies li qed jaħarbu l-vjolenza u l-ħerba storiċi fis-Sirja; billi n-nuqqas ta' għaqda internazzjonali jagħmilha ferm aktar diffiċli li tintlaħaq soluzzjoni nnegozjata għall-gwerra fis-Sirja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-UE għandha tissokta bl-isforzi tagħha u, kollettivament, permezz tar-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni, taqdi rwol aktar qawwi fil-medjazzjoni ta' ftehim ta' paċi għas-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jikkundanna bil-qawwa l-attakki kollha fuq iċ-ċivili u fuq l-infrastruttura ċivili; il-kontinwazzjoni tal-assedji kollha fis-Sirja u n-nuqqas ta' aċċess umanitarju għall-poplu Sirjan fil-bżonn; jesprimi t-tħassib mill-akbar tiegħu dwar it-tbatija umana fl-inħawi assedjati ta' Aleppo u fis-Sirja kollha, tbatija li taffettwa lil ħafna nisa u tfal li ma għandhomx aċċess għall-provvisti umanitarji essenzjali u li jinsabu fi bżonn estrem ta' ikel, ilma nadif u provvisti mediċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jiddeplora bis-sħiħ u inkundizzjonatament l-attakki reċenti fuq konvoj tal-għajnuna umanitarja u fuq maħżen tan-Nofs Qamar l-Aħmar ħdejn Aleppo bħala ksur gravi u allarmanti tad-dritt umanitarju internazzjonali u bħala delitt tal-gwerra possibbli; jagħti ġieħ lill-ħaddiema umanitarji li tilfu ħajjithom fl-isforz biex jassistu lill-poplu ta' Aleppo u fis-Sirja kollha u jesprimi l-kondoljanzi l-aktar sinċieri tiegħu lill-familji u lill-ħbieb tal-vittmi; jitlob li dawk ħatja wettqu delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità jbatu l-konsegwenzi u jinżammu responsabbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jistieden lill-partijiet kollha fil-kunflitt, u b'mod speċjali lir-Russja u lir-reġim ta' Assad, biex itemmu l-attakki kollha fuq iċ-ċivili u fuq l-infrastruttura ċivili, inklużi l-infrastruttura tal-ilma u dik tal-elettriku, jieħdu passi immedjati u kredibbli għall-waqfien tal-ostilitajiet, itemmu l-assedji kollha u jippermettu lill-organizzazzjonijiet umanitarji aċċess rapidu, sikur u bla xkiel, b'tali mod li jkunu jistgħu jilħqu lin-nies kollha fil-bżonn; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva umanitarja ta' emerġenza għal Aleppo, li, minbarra li timmobilizza fondi għal bżonnijiet umanitarji urġenti, għandha l-għan li tiżgura l-evakwazzjoni medika tal-midruba u l-morda mil-Lvant ta' Aleppo, b'attenzjoni partikolari għan-nisa, it-tfal u l-anzjani; iħeġġeġ lill-partijiet kollha sabiex jagħtu b'urġenza l-awtorizzazzjonijiet kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jsiru kunsenji ta' għajnuna umanitarja u evakwazzjonijiet mediċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Iħeġġeġ lill-parteċipanti kollha fil-Grupp Internazzjonali ta' Appoġġ għas-Sirja biex jissuktaw in-negozjati bil-għan li jiffaċilitaw tregwa stabbli u jintensifikaw il-ħidma biex tinstab soluzzjoni politika dejjiema fis-Sirja; jappoġġja bis-sħiħ l-isforzi tal-Mibgħut Speċjali tan-NU, Staffan de Mistura, f'dan ir-rigward;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jitlob li r-RGħ/VP iġġedded l-isforzi lejn strateġija komuni tal-UE rigward is-Sirja, li jkollha l-għan li tiffaċilita soluzzjoni politika fis-Sirja, u tinkludi għodod ta' monitoraġġ u infurzar sabiex issaħħaħ ir-rispett għall-ftehimiet u għall-obbligi stabbiliti fil-qafas tal-Grupp Internazzjonali ta' Appoġġ għas-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/Viċi President tal-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lin-Nazzjonijiet Uniti, lill-membri tal-Grupp Internazzjonali ta' Appoġġ għas-Sirja, u lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt fis-Sirja.</p>
</Section></Motion>