<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-1129/2016</Ref><Date>19.10.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sigurtà u n-nonproliferazzjoni nukleari</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2936(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96854">Sabine Lösing</Author>, <Author id="125997">Javier Couso Permuy</Author>, <Author id="96907">Takis Hadjigeorgiou</Author>, <Author id="96858">Marie-Christine Vergiat</Author>, <Author id="125047">Paloma López Bermejo</Author>, <Author id="125048">Marina Albiol Guzmán</Author>, <Author id="124689">Neoklis Sylikiotis</Author>, <Author id="130833">Stelios Kouloglou</Author>, <Author id="125092">Kostadinka Kuneva</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="135490">Xabier Benito Ziluaga</Author>, <Author id="131749">Estefanía Torres Martínez</Author>, <Author id="131507">Miguel Urbán Crespo</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE589.729v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-1129/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sigurtà u n-nonproliferazzjoni nukleari</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2936" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2936">2016/2936(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew,</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2013 dwar ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Konferenza għar-Reviżjoni tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni rigward żona ħielsa mill-armi ta' qerda massiva fil-Lvant Nofsani<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 440, 30.12.2015, p. 97.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2010 dwar it-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 349E, 22.12.2010, p. 77.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-Disa' Konferenza ta' Reviżjoni tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari (TNP) (8079/15),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra s-Summit dwar is-Sigurtà Nukleari li sar f'Washington DC mill-31 ta' Marzu sal-1 ta' April 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-armi nukleari fir-reġjun tal-Lvant Nofsani (A/RES/66/61),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/422/PESK tat-23 ta' Lulju 2012 li tappoġġa proċess li jwassal għall-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-armi nukleari u mill-armi kollha l-oħra ta' distruzzjoni massiva fil-Lvant Nofsani<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 196, 24.7.2012, p. 67.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU A/RES/70/33 li tistabbilixxi Grupp ta' Ħidma b'Limiti Miftuħa (OEWG) dwar il-futur tad-diżarm nukleari multilaterali f'Ġinevra fl-2016, u r-rapport tal-OEWG lill-Assemblea Ġenerali tan-NU li ġie adottat fid-19 ta' Awwissu 2016 (A/71/371),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari (CTBT), il-Ftehimiet dwar Salvagwardji Komprensivi tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (IAEA) u l-Protokolli Addizzjonali tagħhom, il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika ta' Materjal Nukleari, il-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin tal-Atti ta' Terroriżmu Nukleari, il-Kodiċi ta' Kondotta ta' The Hague kontra l-Proliferazzjoni tal-Missili Ballistiċi, it-Trattat dwar it-Tnaqqis tal-Armi Strateġiċi (START I), it-Trattat dwar it-Tnaqqis tal-Offensivi Strateġiċi (SORT) u t-tiġdid tal-2010 tal-Ftehim START (START Ġdid),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dokument finali tal-Konferenza ta' Reviżjoni tat-TNP tal-2010, b'mod partikolari l-Pjan ta' Azzjoni b'64 azzjoni konkreta ta' segwitu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi, b'xorti ħażina, il-pussess u l-użu ta' armi nukleari għadhom jiżvolġu rwol predominanti fil-politika militari ta' stati li għandhom armi nukleari, kemm dwak rikonoxxuti u kemm dawk mhux rikonoxxuti; billi l-pussess u l-proliferazzjoni ta' armi ta' qerda massiva (AQM), bħalma huma l-armi nukleari, kimiċi u bijoloġiċi, jirrappreżentaw waħda mill-aktar theddidiet serji għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-proċess ta' diżarm multilaterali kien interrott għal snin twal u billi kien hemm nuqqas ta' rieda politika biex dan il-proċess jingħata ħajja ġdida; billi wħud mill-prijoritajiet urġenti għas-sigurtà huma t-twaqqif tat-terroristi jew ta' stati addizzjonali milli jiksbu jew jużaw armi nukleari, it-tnaqqis tal-ħażniet globali, it-twaqqif tal-modernizzazzjoni f'dan il-qasam u l-kisba ta' progress lejn dinja mingħajr armi nukleari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-konklużjonijiet u l-Pjan ta' Azzjoni tal-Konferenza ta' Reviżjoni tat-TNP tal-2010 kienu ftehimiet ewlenin għall-istabbiliment ta' proċess ġenwin ta' diżarm nukleari; billi kien hemm nuqqas ċar ta' progress u ta' rieda politika għall-ilħuq tal-objettivi konkreti ta' implimentazzjoni tat-TNP, bħalma huma l-64 miżura konkreta fil-Pjan ta' Azzjoni maqbul fl-2010; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi hemm bżonn li jkomplu jissaħħu t-tliet pilastri tat-TNP, jiġifieri n-nonproliferazzjoni, id-diżarm u d-dritt ta' kooperazzjoni dwar l-użu ċivili tal-enerġija nukleari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-UE impenjat ruħha li timpedixxi, tiskoraġġixxi, twaqqaf u, jekk ikun possibbli, telimina l-programmi ta' proliferazzjoni li qed joħolqu tħassib fil-livell globali; billi hemm bżonn li l-UE tintensifika l-isforzi tagħha biex tiġġieled il-flussi u l-iffinanzjar tal-proliferazzjoni, biex tissanzjona l-atti ta' proliferazzjoni u biex tiżviluppa miżuri għall-prevenzjoni ta' trasferimenti intanġibbli ta' għarfien u kompetenza permezz ta' trattati multilaterali, mekkaniżmi ta' verifika, kontrolli tal-esportazzjoni kkoordinati fil-livell nazzjonali u internazzjonali u programmi kooperattivi għat-tnaqqis tat-theddid;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-2016 tirrappreżenta l-20 anniversarju mill-ftuħ għall-iffirmar tat-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari fl-24 ta' Settembru 1996; billi dan it-trattat ma daħalx fis-seħħ, minħabba li xi partijiet tat-TNP u oħrajn mhux tat-TNP ma ffirmawhx jew ma rratifikawhx;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi erbgħa mid-disa' stati li għandhom armi nukleari mhumiex membri tat-TNP u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) irtirat is-sħubija tagħha; billi l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU kkundannaw dak li r-RDPK allegat li kien "prova ta' bomba tal-idroġenu li rnexxiet" imwettqa fis-6 ta' Jannar 2016; billi, fid-9 ta' Settembru 2016, ir-RDPK wettqet il-ħames prova nukleari tagħha, liema fatt jikser b'mod ċar l-obbligi internazzjonali tagħha skont ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-UE kienet involuta fin-negozjati internazzjonali u fil-proċess ta' medjazzjoni tan-negozjati tal-E3/EU+3 u l-Iran sabiex tinstab soluzzjoni diplomatika u paċifika għall-programm nukleari Iranjan; billi, bħala parti tal-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt maqbul mal-Iran, l-UE tiżvolġi rwol importanti fis-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-ftehim;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi, skont l-arranġamenti bilaterali u ta' kondiviżjoni nukleari tan-NATO, huwa stmat li bejn 150 u 200 arma nukleari sottostrateġika qed ikomplu jiġu skjerati f'ħames stati tan-NATO li m'għandhomx armi nukleari (il-Belġju, il-Ġermanja, l-Italja, in-Netherlands u t-Turkija), mingħajr dibattitu u diskussjoni demokratiċi f'dawn il-pajjiżi, u wisq anqas konferma dwar il-preżenza jew l-assenza ta' AQM fit-territorju tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi l-Kunċett Strateġiku tan-NATO tal-2010 u r-Reviżjoni tal-Pożizzjoni ta' Difiża u Deterrenza tan-NATO tal-2012 jimpenjaw in-NATO favur l-għan li toħloq il-kundizzjonijiet għal dinja mingħajr armi nukleari; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi r-Russja u l-Istati Uniti qed ikomplu jimplimentaw it-Trattat START il-Ġdid, li se jiskadi fl-2021 sakemm ma jiġix estiż miż-żewġ partijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi hemm bżonn ta' koordinament u kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u l-ġirien tagħha, b'mod partikolari bejn l-Istati Uniti u r-Russja, bil-ħsieb li jinbdew mill-ġdid u jitkomplew it-tnaqqis tat-testati nukleari u r-reġim ta' nonproliferazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-periklu tat-tiġdid ta' tellieqa tal-armi nukleari; jenfasizza, għalhekk, li t-tisħiħ tat-TNP bħala l-pedament tar-reġim globali ta' nonproliferazzjoni u diżarm huwa ta' importanza vitali u li hemm bżonn urġenti ta' tali tisħiħ sabiex tiġi affermata mill-ġdid il-validità tal-"Grand Bargain" fil-qalba tat-TNP; iħeġġeġ biex għaldaqstant isir kull sforz ħalli t-TNP jiġi implimentat fl-aspetti kollha tiegħu u ħalli jissaħħu l-ftehimiet, it-trattati u l-aġenziji li jsawru r-reġim eżistenti ta' nonproliferazzjoni, b'mod partikolari s-CTBT u l-Ftehimiet dwar Salvagwardji Komprensivi tal-IAEA; jafferma li, biex l-isforzi multilaterali jkunu effikaċi, iridu jkunu bbażati fuq viżjoni żviluppata sew ta' kisba ta' dinja ħielsa mill-armi nukleari fl-eqreb data possibbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Ifakkar lill-UE u lill-Istati Membri li d-diżarm nukleari u n-nonproliferazzjoni nukleari huma relatati ma' xulxin b'mod sostantiv u jirrinforzaw lil xulxin; huwa tal-fehma li għas-sopravivenza u l-infurzar tat-TNP jeħtieġ pjan direzzjonali bi skeda li tindika l-passi u l-iskadenzi tad-diżarm nukleari; iħeġġeġ lill-istati li għandhom armi nukleari biex jissodisfaw l-impenn tagħhom skont l-Artikolu 6 tat-TNP li "jidħlu f'negozjati <span font-style="italic">bona fide</span> dwar miżuri effikaċi relatati mal-waqfien tat-tellieqa tal-armi nukleari f'data bikrija u mad-diżarm nukleari"; jenfasizza li l-istati li għandhom armi nukleari ma rrispettawx biżżejjed dan l-impenn, minkejja li tali impenn huwa vitali biex is-sistema ta' nonproliferazzjoni kollha kemm hi tibqa' rilevanti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jagħmlu d-diżarm nukleari prijorità tal-politika barranija u ta' sigurtà u jegħlbu l-waqfien fin-negozjati dwar id-diżarm nukleari fil-livelli bilaterali u globali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jilqa' l-inklużjoni ta' klawsoli dwar in-nonproliferazzjoni tal-AQM fil-ftehimiet tal-UE ma' pajjiżi terzi u fil-pjanijiet ta' azzjoni sa mill-2003; jirrimarka li tali miżuri jridu jiġu implimentati mill-pajjiżi kollha sħab tal-UE mingħajr eċċezzjoni u jridu jiġu inkorporati fil-ftehimiet kollha tal-UE, inklużi ftehimiet imħallta;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jilqa' l-fatt li l-pubbliku u l-politiċi qed isiru dejjem iżjed konxji; jappoġġa l-kampanja "Sindki għall-Paċi" għad-diżarm nukleari u dinja ħielsa mill-armi nukleari sal-2020, kif ukoll l-inizjattiva "Global Zero"; jissottolinja r-responsabbiltà tal-parlamenti u tal-parlamentari biex jippromwovu n-nonproliferazzjoni u d-diżarm nukleari u jilqa' l-isforzi tan-Netwerk Parlamentari dwar id-Diżarm Nukleari (PNND) globali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri tal-UE li għandhom armi nukleari biex iwaqqfu minnufih it-titjib kwalitattiv, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-ħżin ta' testati nukleari u tas-sistemi ta' twassil tagħhom; jistieden lil dawn l-istati jieħdu inizjattivi ġodda bil-ħsieb li jinbdew negozjati bejn l-istati li għandhom armi nukleari dwar tnaqqis qawwi ulterjuri fl-armi nukleari u finalment dwar it-tneħħija ta' tali armi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jitlob li jkun hemm aderenza stretta mal-moratorju tal-provi nukleari sakemm jidħol fis-seħħ is-CTBT, billi għad hemm bżonn ta' ratifiki; iħeġġeġ lill-istati l-oħra elenkati fl-Anness II tas-CTBT li r-ratifika tagħhom hija meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu biex jiffirmaw/jirratifikaw it-Trattat malajr, peress li dan it-trattat universali u verifikabbli internazzjonalment ta' projbizzjoni tal-provi huwa l-aktar mod effikaċi biex jiġu pprojbiti l-isplużjonijiet tal-provi tal-armi nukleari u kwalunkwe splużjoni nukleari oħra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jappoġġa aktar sforzi biex jissaħħaħ il-mandat tal-IAEA, inklużi l-ġeneralizzazzjoni tal-Protokolli Addizzjonali għall-Ftehimiet dwar is-Salvagwardji tal-IAEA u passi oħra mfasslin biex jiżviluppaw miżuri li jsaħħu l-fiduċja; ifittex li jiżgura li jkun hemm biżżejjed riżorsi disponibbli għal din l-organizzazzjoni sabiex tkun tista' taqdi l-mandat importanti tagħha biex l-attivitajiet nukleari jsiru sikuri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jiddeplora l-fatt li l-istati li għandhom armi nukleari u li huma firmatarji tat-TNP qed jimmodernizzaw il-ħażniet tal-armamenti tagħhom u qed idewmu l-azzjoni biex inaqqsu jew jeliminaw il-ħażniet nukleari tagħhom u l-aderenza ma' duttrina militari ta' deterrenza nukleari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jistieden lill-istati kollha li għandhom armi nukleari biex jagħtu assigurazzjoni ta' sigurtà negattiva u biex iżommu milli jużaw, jew milli jheddu li jużaw, l-armi nukleari; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jappoġġa bil-qawwi l-passi li qegħdin jittieħdu mir-Russja u l-Istati Uniti biex inaqqsu l-armi nukleari tagħhom b'mod sostanzjali kif miftiehem fil-ftehimiet START I u SORT; jiddeplora, f'dan ir-rigward, il-fatt li minn mindu l-Ftehim START il-Ġdid daħal fis-seħħ fl-2011, kien hemm nuqqas ta' negozjati ulterjuri dwar tnaqqis – li kien hemm bżonnu b'mod urġenti – fit-testati nukleari skjerati u mhux skjerati, inklużi, għall-ewwel darba, l-armi nukleari sottostrateġiċi; iħeġġeġ, għaldaqstant, ir-ratifika tas-CTBT u l-kontinwazzjoni tal-Ftehim START il-Ġdid; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jikkundanna l-aħħar provi nukleari mwettqa mir-RDPK, inkluża l-prova ta' bomba tal-idroġenu, bħala theddida serja għall-paċi u l-istabbiltà fil-Peniżola Koreana u r-reġjun tal-Asja tal-Grigal; jappoġġa, madankollu, il-qafas tat-Taħditiet bejn Sitt Partijiet, jitlob li dawn jissuktaw sabiex tinkiseb id-denuklearizzazzjoni tal-Peniżola Koreana u jinnota li ċ-Ċina tiżvolġi rwol importanti f'dan ir-rigward, filwaqt li jappoġġa wkoll inizjattivi reċenti għall-ewwel taħditiet bilaterali bejn iż-żewġ stati li jikkondividu l-Peniżola Koreana; jafferma l-appoġġ u l-impenn tiegħu għal soluzzjoni paċifika u diplomatika għall-kwistjoni nukleari tar-RDPK; jistieden lir-RDPK terġa' timpenja ruħha b'mod kostruttiv mal-komunità internazzjonali, u b'mod partikolari mal-membri tat-Taħditiet bejn Sitt Partijiet, sabiex taħdem favur paċi u siġurtà dejjiema f'Peniżola Koreana ħielsa mill-armi nukleari; jenfasizza li t-taħditiet ta' denuklearizzazzjoni jingħataw spinta tremenda jekk ikunu akkumpanjati minn taħdidiet dwar is-sostituzzjoni tal-Armistizju Korean tal-1953 b'arranġamenti ta' paċi permanenti, kif ġie propost mid-DPRK iżda kif ġie rrifjutat diversi drabi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jilqa' r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU ta' Diċembru 2011 u 2012 dwar l-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-armi nukleari fil-Lvant Nofsani u l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Lulju 2012 li jappoġġaw dan il-proċess; huwa tal-fehma li n-negozjati dwar l-istabbiliment ta' zona ħielsa mill-armi nukleari fil-Lvant Nofsani, fil-Mediterran u fil-Grigal tal-Asja huma pass kruċjali lejn is-serħan mit-tħassib dwar is-sigurtà tal-pajjiżi fir-reġjun; jiddeplora l-posponiment tal-konferenza ppjanata fl-2012 dwar l-istabbiliment ta' din iż-żona ħielsa mill-armi nukleari; jitlob it-tnedija immedjata ta' din il-konferenza;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jistieden lill-pajjiżi kollha fir-reġjun, sakemm tiġi stabbilita żona ħielsa mill-armi nukleari, biex jonqsu milli jiżviluppaw, jipproduċu, jittestjaw jew jiksbu b'mod ieħor armi nukleari jew milli jippermettu l-istazzjonar fit-territorji tagħhom, jew it-territorji taħt il-kontroll tagħhom, ta' armi nukleari jew tagħmir splussiv nukleari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jitlob l-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-armi ta' qerda massiva fl-Ewropa; iħeġġeġ b'mod partikolari lill-Gvern ta' Franza u lill-Gvern tar-Renju Unit biex jeħilsu mill-armi nukleari tagħhom; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Istati Uniti biex ineħħi l-armi nukleari tattiċi mill-Ewropa u jħeġġeġ lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa biex ma jiskjerax l-armi nukleari tiegħu, jew biex jirtirahom mill-parti tal-Punent tat-territorju tiegħu; jitlob ix-xoljiment tal-arranġamenti kollha ta' kondiviżjoni nukleari bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Istati Uniti/in-NATO;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jilqa' t-tlestija tal-ħidma tal-OEWG, wara r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU A/RES/70/33, u r-rakkomandazzjoni lill-Assemblea Ġenerali tan-NU, li tinsab fir-rapport finali tal-OEWG (A/71/371) u li ġiet adottata b'appoġġ wiesa' fid-19 ta' Awwissu 2016, biex tniedi konferenza fl-2017, miftuħa għall-istati kollha, dwar in-negozjar ta' strument ġuridikament vinkolanti li jipprojbixxi l-armi nukleari, u li jwassal għall-eliminazzjoni totali tagħhom; jirrikonoxxi li dan se jsaħħaħ l-objettivi u l-obbligi tan-nonproliferazzjoni u d-diżarm inklużi fit-TNP kif ukoll se jgħin biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għal sigurtà globali u dinja mingħajr armi nukleari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġaw u jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għar-rakkomandazzjonijiet tal-OEWG, b'mod partikolari għall-għan ta' strument ġuridikament vinkolanti li jipprojbixxi l-armi nukleari, fi proċess iggwidat mill-prinċipji ta' trasparenza, irriversibbiltà u verifikabbiltà, filwaqt li jqisu kemm id-dimensjoni tas-sigurtà u dik umanitarja tal-armi nukleari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Istati Membri, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għall-Affarijiet tad-Diżarm, lill-President tal-Konferenza ta' Reviżjoni tat-TNP tal-2015 u lid-Direttur Ġenerali tal-IAEA.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>