<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-1163/2016</Ref><Date>24.10.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni tal-ġurnalisti fit-Turkija</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2935(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold"><Author id="4334">Elena Valenciano</Author>, <Author id="28365">Pier Antonio Panzeri</Author>, <Author id="125045">Clara Eugenia Aguilera García</Author>, <Author id="125110">Nikos Androulakis</Author>, <Author id="96680">Zigmantas Balčytis</Author>, <Author id="125002">Hugues Bayet</Author>, <Author id="124867">Brando Benifei</Author>, <Author id="125044">José Blanco López</Author>, <Author id="96681">Vilija Blinkevičiūtė</Author>, <Author id="124814">Simona Bonafè</Author>, <Author id="112748">Biljana Borzan</Author>, <Author id="125041">Soledad Cabezón Ruiz</Author>, <Author id="124851">Nicola Caputo</Author>, <Author id="96880">Andrea Cozzolino</Author>, <Author id="124970">Miriam Dalli</Author>, <Author id="95281">Viorica Dăncilă</Author>, <Author id="124803">Isabella De Monte</Author>, <Author id="96911">Tanja Fajon</Author>, <Author id="125046">Jonás Fernández</Author>, <Author id="23868">Monika Flašíková Beňová</Author>, <Author id="124790">Doru-Claudian Frunzulică</Author>, <Author id="124817">Enrico Gasbarra</Author>, <Author id="124864">Michela Giuffrida</Author>, <Author id="124961">Theresa Griffin</Author>, <Author id="103488">Sergio Gutiérrez Prieto</Author>, <Author id="96857">Cătălin Sorin Ivan</Author>, <Author id="96684">Liisa Jaakonsaari</Author>, <Author id="125109">Eva Kaili</Author>, <Author id="124801">Cécile Kashetu Kyenge</Author>, <Author id="125042">Javi López</Author>, <Author id="124883">Krystyna Łybacka</Author>, <Author id="28192">Vladimír Maňka</Author>, <Author id="124725">Louis-Joseph Manscour</Author>, <Author id="124691">Costas Mavrides</Author>, <Author id="124789">Sorin Moisă</Author>, <Author id="124868">Alessia Maria Mosca</Author>, <Author id="88882">Victor Negrescu</Author>, <Author id="125013">Momchil Nekov</Author>, <Author id="124692">Demetris Papadakis</Author>, <Author id="129256">Emilian Pavel</Author>, <Author id="28166">Vincent Peillon</Author>, <Author id="124846">Pina Picierno</Author>, <Author id="112744">Tonino Picula</Author>, <Author id="37229">Kati Piri</Author>, <Author id="124699">Miroslav Poche</Author>, <Author id="125099">Liliana Rodrigues</Author>, <Author id="125043">Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández</Author>, <Author id="33989">Daciana Octavia Sârbu</Author>, <Author id="124948">Siôn Simon</Author>, <Author id="124703">Tibor Szanyi</Author>, <Author id="96847">Claudiu Ciprian Tănăsescu</Author>, <Author id="125020">Paul Tang</Author>, <Author id="124793">Claudia Țapardel</Author>, <Author id="29579">Marc Tarabella</Author>, <Author id="124963">Julie Ward</Author>, <Author id="124739">Carlos Zorrinho</Author>, <Author id="125113">Miltiadis Kyrkos</Author></span></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE593.589v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-1163/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni tal-ġurnalisti fit-Turkija</span></span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2935" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2935">2016/2935(RSP)</ANCHOR>)</span></span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Turkija, b'mod partikolari dik tal-15 ta' Jannar 2015 dwar il-libertà tal-espressjoni fit-Turkija: Arresti reċenti ta' ġurnalisti, diriġenti fis-settur tal-midja u pressjoni sistematika kontra l-midja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0014" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0014/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0014</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-Turkija tat-18 ta' Lulju 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tas-16 ta' Lulju 2016 tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati ta' Tkabbir dwar is-sitwazzjoni fit-Turkija,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-21 ta' Lulju tal-Viċi President / Rappreżentant Għoli u tal-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati ta' Tkabbir dwar id-dikjarazzjoni ta' stat tal-emerġenza fit-Turkija</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Djalogu Politiku ta' Livell Għoli bejn l-UE u t-Turkija tad-9 ta' Settembru 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-fatt li r-rispett tal-istat tad-dritt, inkluża l-libertà tal-espressjoni, huwa l-qalba tal-proċess ta' adeżjoni mal-UE,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi fil-15 ta' Lulju 2016 seħħ attentat tat-twaqqigħ illegali tal-gvern elett fit-Turkija, li fih mietu aktar minn 250 ruħ u ndarbu aktar minn 2 100 persuna oħra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi wara l-kolp ta' stat tal-15 ta' Lulju 2016 il-pulizija Torka arrestat tal-anqas 99 ġurnalist u kittieb, li l-parti l-kbira minnhom għadhom sal-lum bla kap ta' akkuża formali, biex b'hekk l-għadd ta' ħaddiema tal-midja miżmuma b'akkużi relatati mal-eżerċizzju tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni laħaq tal-anqas 130, sal-20 ta' Ottubru 2016; billi 64 minn dawn il-ġurnalisti arrestati wara l-15 ta' Lulju 2016 inħelsu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.   billi fost il-ġurnalisti li nżammu hemm ir-rumanzier magħruf Asli Erdogan, li kien ukoll membru tal-Bord konsultattiv tal-gazzetta ta' kuljum Kurda <span font-style="italic">Özgür Gündem</span>, illum magħluqa, l-akkademiku u opinjonista Mehmet Altan u ħuħ Ahmet Altan, kittieb u eks-editur tal-gazzetta ta' kull ġimgħa <span font-style="italic">Taraf</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi midja ħielsa, diversi u indipendenti huma essenzjali fi kwalunkwe soċjetà demokratika; billi mingħajr il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-midja mhuwiex possibbli li ċ-ċittadini jkunu attivi u involuti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi, skont id-dispożizzjonijiet tad-digriet li nħareġ wara d-dikjarazzjoni tal-istat ta' emerġenza, dawk il-ġurnalisti arrestati ġew imċaħħda mid-dritt li jkollhom aċċess għal avukat tul l-ewwel ħamest ijiem tad-detenzjoni tagħhom, mid-dritt li jagħżlu avukat waqt li jkunu miżmuma mill-pulizija u li jgawdu l-kunfidenzjalità tar-relazzjoni bejn klijent u avukat, u billi ġew imposti restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tagħhom rigward viżitaturi; billi xi ġurnalisti qed iħabbtu wiċċom ma' restrizzjonijiet saħansitra aktar stretti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi huwa allegat li bosta mill-ġurnalisti miżmuma sfaw maltrattati, mhedda, insultati u attakkati fil-ħabs; billi hemm allegazzjonijiet serji li Bilir Kaya u Inan Kizilkaya, il-koedituri kapijiet ta' <span font-style="italic">Özgür Gündem,</span>gazzetta ta' kuljum li ngħaqlet, sfaw torturati fil-ħabs; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi tul l-ewwel xahrejn u nofs tal-istat ta' emerġenza l-awtoritajiet għalqu madwar 150 stabbiliment tal-midja u tal-pubblikazzjoni, hekk li aktar minn 2 300 ġurnalist u ħaddiem tal-midja sfaw bla xogħol;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi wara l-attentat ta' kolp ta' stat il-ġurnalisti saru l-mira ta' sanzonjiet aministrattivi, fosthom il-konfiska tal-passaporti, restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar għad-detenturi tal-passaporti speċjali "griżi", l-irtirar tat-tesseri tal-istampa u restrizzjonijiet arbitrarji oħra, bħalma huma arresti temporanji u bla akkuża; billi l-istat ta' emerġenza ssospenda kwalunkwe possibbiltà ta' appell legali kontra dawk id-deċiżjonjiet; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi, wara l-attentat ta' kolp ta' stat, qraba tal-ġurnalisti, minkejja li ma kinux infushom qed jiġu investigati, ukoll sfaw arrestati u saru l-mira ta' sanzjonijiet amministrattivi, inkluża l-konfiska tal-passaporti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi wara l-attentat ta' kolp ta' stat ġurnalisti barranin ġew arrestati u ddeportati mit-Turkija; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi aktar minn 150 stabbiliment tal-midja ngħalqu wara l-falliment tal-attentat ta' kolp ta' stat, fosthom 46 gazzetta, 29 stazzjon tat-televiżjoni, 31 stazzjon tar-radju, 3 aġenziji tal-aħbarijiet, 16-il rivista u 28 pubblikatur; billi Zarok TV, stazzjon li jxandar cartoons tat-tfal bil-lingwa Kurda, huwa fost il-milquta;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi, minħabba l-aktar każijijet reċenti tal-għeluq vjolenti ta' stazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni tal-oppożizzjoni f'rejds mil-pulizija, fosthom IMC TV, Hayatin Sesi TV u Özgür Radyo, u l-arrest tal-ġurnalisti tagħhom, il-libertà tal-midja u l-libertà tal-espressjoni jinsabu f'periklu kbir fit-Turkija, filwaqt li hemm il-periklu li l-pluraliżmu jgħib għalkollox u qed titqawwa ħafna l-awtoċensura;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi t-Turkija hija kklassifikata fil-151 post minn 180 pajjiż fl-aħħar Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tar-Reporters Mingħajr Fruntieri; billi, skont il-klassifikazzjoni magħmula minn Freedom House dwar il-libertà tal-istampa u tal-midja, it-Turkija hija kklassifikata bħala pajjiż li m'għandux libertà tal-istampa u fejn il-libertà tal-internet hija biss parzjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi r-rispett tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-espressjoni, jinsabu fil-qalba tal-valuri tal-UE, li t-Turkija ħadet impenn formali favurihom bl-applikazzjoni tagħha għall-adeżjoni mal-UE u bin-negozjati relatati, kif ukoll bħala membru sħiħ tal-Kunsill tal-Ewropa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jikkundanna bil-qawwa l-attentat ta' kolp ta' stat tal-15 ta' Lulju 2016 fit-Turkija; jappoġġja l-istituzzjonijiet leġittimi tat-Turkija; jiddeplora l-għadd kbir ta' persuni li nqatlu jew indarbu u jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-vittmi u mal-familji tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jenfasizza li l-Gvern Tork għandu d-dritt u l-obbligu li jinvestiga l-attentat ta' kolp ta' stat faħxi tal-15 ta' Lulju 2016 u li jressaq quddiem il-ġustizzja kull min huwa responsabbli; jikkundanna, madankollu, ir-ripressjoni massiċċa kontra ġurnalisti, kittieba u rappreżentanti tal-midja fit-Turkija, fosthom ġurnalisti magħrufa bħal Nazli Ilicak, Sahin Alpay, Asli Erdogan, Murat Aksoy, Ahmet Altan u Mehmet Altan, bla prova ta' involviment individwali f'reat; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Itenni li s-sitwazzjoni tal-ġurnalisti u tal-libertà tal-midja ilha sejra lura għal dawn l-aħħar ftit snin, u huwa mħasseb li, wara l-introduzzjoni tal-istat ta' emerġenza, is-sitwazzjoni tal-libertà tal-midja kompliet sejra għall-agħar fit-Turkija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jistieden lill-awtoritajiet Torok biex minnufih u inkondizzjonatament jeħilsu l-ġurnalisti kollha miżmuma, fl-assenza ta' evidenza inkonfutabbli ta' attività kriminali; jissottolinja l-ħtieġa li ma jseħħx li l-ġurnalisti jinżammu abbażi tal-kontenut tal-ġurnaliżmu tagħhom jew tal-affiljazzjonijiet allegati tagħhom, inkluż f'każijiet fejn isiru akkużi formali kontrihom, u li jkun żgurat li d-detenzjoni qabel proċess tibqa' eċċezzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jemmen li stampa ħielsa u pluralista hija komponent essenzjali ta' kull demokrazija; ifakkar lill-awtoritajiet Torok li jeħtiġilhom jimxu bl-akbar attenzjoni meta jkunu qed jittrattaw mal-midja u mal-ġurnalisti, peress li l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-midja jibqgħu ċentrali għall-funzjonament ta' soċjetà demokratika u miftuħa; iħeġġeġ lill-Gvern Tork biex joħroġ gwida ċara lill-pulizija u lill-prosekuturi rigward l-importanza tal-libertà tal-midja, u biex jiżgura li kwalunkwe deċiżjoni dwar it-twettiq ta' investigazzjonijiet kriminali dwar ġurnalisti jew dwar organizzazzjonijiet tal-aħbarijiet tkun ibbażata fuq evidenza ċara ta' aġir kriminali, tissodisfa l-kriterju tal-interess pubbliku u ma tagħmilx ħsara lil-libertà tal-espressjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Ifakkar lill-awtoritajiet Torok li d-digrieti ta' emerġenza m'għandhomx jintużaw bħala pretest biex jiffaċilitaw vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem, isikktu d-dissens u jagħlqu l-istabbilimenti tal-midja; ifakkar li d-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt iridu jiġu rrispettati skont il-prinċipji tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li jinkludu d-dritt għall-ħajja, il-projbizzjoni tat-tortura u ta' trattament inuman jew degradanti, il-preżunzjoni tal-innoċenza, iċ-ċertezza legali, il-prinċipju <span font-style="italic">nulla poena sine lege</span>, l-individwalità tad-delitti, proċessi ġusti, l-indipendenza ġudizzjarja, informazzjoni wiesgħa u trasparenti dwar l-allegazzjonijiet u aċċess sħiħ għall-evidenza inkriminatorja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jistieden lill-awtoritajiet Torok biex jirrevokaw is-sanzjonijiet amministrattivi meħuda kontra l-ġurnalisti, inkluż l-irtirar ta' passaporti u tat-tesseri tal-istampa, restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar għad-detenturi ta' passaporti speċjali "griżi" u restrizzjonijiet arbitrarji oħra, bħalma huma arresti temporanji mingħajr akkuża formali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jistieden lill-awtoritajiet Torok biex joqogħdu lura milli jittrattaw il-qraba ta' ġurnalisti ssuspettati bħala persuni ssuspettati potenzjali huma wkoll,u milli jimponu fuqhom sanzjonijiet amministrattivi jew ta' tip ieħor;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jistieden lill-awtoritajiet Torok biex jipprevjenu l-vjolenza, l-użu ta' theddid jew maltrattament kontra l-persuni ssuspettati u jwettqu investigazzjoni kredibbli dwar każijiet ivverifikati; jistieden lill-Gvern Tork biex jinvestiga l-allegazzjonijiet ta' tortura tal-ġurnalisti miżmuma l-ħabs, b'mod partikolari ta' Bilir Kaya u Inan Kizilkaya, il-koedituri kapijiet tal-gazzetta ta' kuljum li ngħalqet <span font-style="italic">Özgür Gündem</span>; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Huwa mħasseb serjament dwar l-għeluq ta' aktar minn 150 stabbiliment tal-midja, fosthom IMC TV u Zarok TV, li jxandru cartoons tat-tfal bil-lingwa Kurda; jitlob li dawn jerġgħu jinfetħu, li jerġgħu jingħataw l-indipendenza tagħhom u li l-impjegati mkeċċija tagħhom jerġgħu lura fil-karigi li kellhom; jistieden lill-awtoritajiet Torok biex itemmu l-prattika tal-użu abbużiv ta' dispożizzjonijiet fil-kodiċi penali għall-ħatra ta' fiduċjarji f'organizzazzjonijiet tal-midja privati u jtemmu l-indħil eżekuttiv f'organizzazzjonijiet tal-aħbarijiet indipendenti, inkluż fir-rigward ta' deċiżjonijiet editorjali, tkeċċijiet ta' ġurnalisti u edituri, u l-użu ta' pressjoni u intimidazzjoni kontra l-ġurnalisti u l-istabbilimenti tal-aħbarijiet kritiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Iħeġġeġ lit-Turkija biex tikkalma l-klima politika mimlija tensjoni wara l-attentat ta' kolp ta' stat, klima li toħloq ambjent li jrażżan il-libertà tal-espressjoni fil-midja u fl-internet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jenfasizza li t-Turkija qed tiffaċċja theddida reali mit-terroriżmu; itenni, madankollu, li l-leġiżlazzjoni Torka kontra t-terroriżmu, li hija definita b'mod wiesgħa, m'għandhiex tintuża biex tikkastiga lill-ġurnalisti talli jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' libertà tal-espressjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Iħeġġeġ lit-Turkija biex taħdem fuq riformi intiżi biex jipprovdu kontrolli u ekwilibriji li jiggarantixxu bis-sħiħ il-libertà, inklużi l-libertà tal-ħsieb, tal-espressjoni u tal-midjaa, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Itenni li l-midja indipendenti trid tingħata aktar attenzjoni fi ħdan il-qafas tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni u jitlob li d-Delegazzjoni tal-UE fit-Turkija tissorvelja mill-qrib il-proċessi kollha mistennija ta' ġurnalisti u kittieba; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, kif ukoll lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tat-Turkija.</p>
</Section></Motion>