<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-1164/2016</Ref><Date>24.10.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fit-Tramuntana tal-Iraq/Mosul</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2956(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="125997">Javier Couso Permuy</Author>, <Author id="125050">Ángela Vallina</Author>, <Author id="96735">Patrick Le Hyaric</Author>, <Author id="23699">Kateřina Konečná</Author>, <Author id="125047">Paloma López Bermejo</Author>, <Author id="125193">Eleonora Forenza</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="135490">Xabier Benito Ziluaga</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author>, <Author id="131507">Miguel Urbán Crespo</Author>, <Author id="131749">Estefanía Torres Martínez</Author>, <Author id="96858">Marie-Christine Vergiat</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="125048">Marina Albiol Guzmán</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE593.590v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-1164/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fit-Tramuntana tal-Iraq/Mosul</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2956" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2956">2016/2956(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq u fis-Sirja, u b'mod partikolari dik tat-12 ta' Frar 2014 dwar il-kriżi umanitarja fl-Iraq u fis-Sirja, b'mod partikolari fil-kuntest tal-IS<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0040" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0040/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0040</ANCHOR>.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi s-sitwazzjoni umanitarja fl-Iraq kompliet tiddeterjora mill-2003 wara l-invażjoni tal-Istati Uniti; billi, skont data reċenti tan-NU, il-vjolenza wasslet għal aktar minn 3.3 miljun persuna spustati f'pajjiżhom (IDPs) madwar l-Iraq u ħalliet lil aktar minn 10 miljun ruħ fi bżonn ta' għajnuna umanitarja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-grupp armat Stat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante (ISIL) ħa kontroll ta' diversi bliet fit-Tramuntana u fiċ-ċentru tal-Iraq, inkluż ta' Mosul, li hija t-tieni l-akbar belt tal-Iraq u li fiha madwar 2 miljun ruħ, u ta' Tikrit; billi koalizzjoni u l-forzi armati Iraqini u Kurdi bdiet offensiva militari fuq skala kbira biex tittieħed lura Mosul; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi kriżi umanitarja serja fl-Iraq, li ilha tikber mill-2003 wara l-invażjoni mmexxija mill-Istati Uniti, iggravat minħabba l-ġlied; billi n-NU tistma li l-attakk fuq Mosul jista' jwassal għal miljun persuna spostata, li fosthom huwa probabbli li 700,000 jirrikjedu appoġġ urġenti f'termini ta' kenn;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-uffiċċju tal-<span font-style="normal" font-weight="normal">Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati</span> (UNHCR) u s-sħab tiegħu għamlu ħilithom biex jitħejjew biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-persuni li jistgħu jiġu spostati u affettwati minn din l-operazzjoni militari; billi l-finanzjament ta' għajnuna umanitarja kien totalment insuffiċjenti biex wieħed jitħejja b'mod sħiħ għal din is-sitwazzjoni; billi kenn f'kampijiet u siti ta' emerġenza attwalment huwa disponibbli biss għal 60,000 persuna: billi l-bini ta' siti addizzjonali, b'kapaċità ta' 250,000 persuna, jinsab għaddej bħalissa; billi l-provvista ta' ilma tajjeb għax-xorb jinsab f'riskju kbir; billi hemm biss razzjonijiet tal-ikel għal 220,000 familja li huma lesti biex jitqassmu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi mindu beda l-kunflitt fis-Sirja, kważi 240,000 ruħ ħarbu mill-vjolenza lejn l-Iraq, l-aktar lejn ir-reġjun Kurd;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi s-setgħat reġjonali u l-atturi internazzjonali qed jużaw ħażin il-kunflitt fl-Iraq billi jsegwu l-interessi u l-aġenda tagħhom; billi t-Turkija, bl-iskuża tal-ġlieda kontra l-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku, interveniet fl-Iraq kontra l-Kurdi u bagħtet madwar 2000 truppa fit-Tramuntana tal-Iraq, mingħajr koordinazzjoni jew qbil mal-Gvern tal-Iraq; billi l-preżenza militari Torka fl-Iraq hija vjolazzjoni ċara tas-sovranità nazzjonali tal-Iraq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jesprimi tħassib serju dwar is-sikurezza ta' madwar 1,5 miljun persuna li jgħixu f'Mosul, li jistgħu jiġu affettwati minn operazzjonijiet militari biex tittieħed lura l-belt mill-ISIL; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Itenni li fil-ġlieda kontra l-ISIL id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali għandhom jiġu rispettati; jistieden lill-partijiet kollha tal-kunflitt biex jieħdu passi konkreti biex jiżguraw li l-persuni ċivili kollha jkunu protetti u li l-għajnuna tingħata skont id-dritt umanitarju internazzjonali u l-prinċipji umanitarji, inkluż matul il-kampanji militari kollha; jistieden bil-qawwa lill-partijiet involuti kollha biex jevitaw li jistabbilixxu pożizzjonijiet militari f'żoni popolati, u ma jattakkawx direttament miri ċivili; jenfasizza l-ħtieġa li l-partijiet jiftiehmu dwar waqfien għal raġunijiet umanitarji, waqfien mill-ġlied lokalizzat u armistizzji sabiex aġenziji umanitarji jkollhom aċċess sikur u mingħajr ostakli għaż-żoni kollha milquta;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jitlob li l-UE tiżgura aktar appoġġ għar-rifuġjati, li l-għadd tagħhom kompla kiber; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel disponibbli aktar riżorsi finanzjarji u umani biex jassistu lir-rifuġjati; jikkundanna l-finanzjament insuffiċjenti kontinwu tal-ħidma mwettqa mill-UNHCR;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Iħeġġeġ lill-UE tipprovdi assistenza lir-rifuġjati fil-parti Kurda tal-Iraq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Japprezza l-isforzi militari għall-ġlieda kontra gruppi terroristiċi li joperaw bħala armati irregolari, u jħeġġeġ lill-armata tal-Iraq biex taġixxi bħala forza ġenwinament nazzjonali u biex tabbanduna attitudnijiet settarji qodma li qed jikkontribwixxu għad-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jisħaq fuq il-fatt li l-aħjar mod biex tiġi appoġġata l-ġlieda tal-poplu Iraqi kontra l-grupp armat ISIL huwa li jintemm il-finanzjament ta' kwalunkwe milizzja u, b'mod partikolari, biex wieħed ma jibqax jixtri żejt prodott fi bjar taż-żejt taħt il-kontroll tal-ISIL u ttrasportat bit-trakkijiet mit-Turkija; jenfasizza l-fatt li l-kunflitt kompla jiħrax minħabba l-kummerċ u l-provvista tal-armi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jitlob li ssir konferenza internazzjonali dwar l-Iraq taħt l-awspiċi tan-Nazzjonijiet Uniti, bil-parteċipazzjoni tal-pajjiżi ġirien; jenfasizza li hija biss soluzzjoni politika li tindirizza t-tħassib u l-interessi ta' kull parti mis-soċjetà tal-Iraq li tista' ttemm il-kunflitti u l-vjolenza settarji fil-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jikkundanna bis-saħħa r-rwol li d-diversi interventi tal-Punent tul dawn l-aħħar snin żvolġew fit-trawwim tar-radikalizzazzjoni ta' individwi, speċjalment fil-Lvant Nofsani; jenfasizza li dawn il-politiki qed jippromwovu, mhux qegħdin imorru kontra, it-terroriżmu u għalhekk għandhom jiġu abbandunati; Jenfasizza r-responsabilità li għandhom dawk il-pajjiżi fil-kunflitti fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u jistedinhom b'mod partikolari biex itaffu s-sofferenza ta' dawk milquta mill-vjolenza u biex jagħtu asil lir-rifuġjati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  B'mod partikolari jikkundanna l-invażjoni fl-2003 li wasslet għall-iżmantellament tal-istat nazzjonali tal-Iraq u jħeġġeġ lill-atturi reġjonali u internazzjonali biex jirrispettaw il-Karta tan-NU u jastjenu milli jinterferixxu fl-affarijiet interni ta' stati oħra; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Iħeġġeġ bil-qawwa lit-Turkija tirtira t-truppi tagħha mit-territorju tal-Iraq, u lill-pajjiżi kollha jirrispettaw is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Iraq; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-President tal-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kap tad-Delegazzjoni tal-UE fl-Iraq, lill-presidenti u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Kunsill tar-Rappreżentanti tar-Repubblika tal-Iraq, lis-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni għall-Mediterran u lil-Lega tal-Istati Għarab.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>