<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-1171/2016</Ref><Date>24.10.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni tal-ġurnalisti fit-Turkija</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2935(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold"><Author id="96838">Cristian Dan Preda</Author>, <Author id="4282">Renate Sommer</Author>, <Author id="1263">Elmar Brok</Author>, <Author id="96674">Anna Maria Corazza Bildt</Author>, <Author id="96791">Elżbieta Katarzyna Łukacijewska</Author>, <Author id="125068">Manolis Kefalogiannis</Author></span></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE593.597v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-1171/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni tal-ġurnalisti fit-Turkija</span></span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2935" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2935">2016/2935(RSP)</ANCHOR>)</span></span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew,</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Turkija, b'mod partikolari dik tal-15 ta' Jannar 2015 dwar il-libertà tal-espressjoni fit-Turkija: l-arresti reċenti ta' ġurnalisti u ta' diriġenti tal-midja u l-pressjoni sistematika fuq il-midja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0014" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0014/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0014</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport dwar it-Turkija għall-2015 ippubblikat mill-Kummissjoni fl-10 ta' Novembru 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tas-16 ta' Lulju 2016 tal-Viċi President / Rappreżentant Għoli, Federica Mogherini, u tal-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir, Johannes Hahn, dwar is-sitwazzjoni fit-Turkija,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-21 ta' Lulju 2016 tal-Viċi President / Rappreżentant Għoli, Federica Mogherini, u tal-Kummissarju Johannes Hahn dwar id-dikjarazzjoni tal-istat ta' emerġenza fit-Turkija,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-Turkija tat-18 ta' Lulju 2016, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Djalogu Politiku ta' Livell Għoli bejn l-UE u t-Turkija tad-9 ta' Settembru 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi fil-15 ta' Lulju 2016 sar attentat ta' kolp ta' stat fit-Turkija, fejn mietu mijiet ta' persuni u ndarbu aktar minn 2 100 ruħ; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi fl-20 ta' Lulju 2016 ġie ddikjarat stat ta' emerġenza li jagħti lill-eżekuttiv setgħat estensivi li jippermettulu jiggverna permezz ta' digriet; billi l-possibbiltà ta' deroga temporanja tingħata lill-Istati Membri kollha tal-Kunsill tal-Ewropa bis-saħħa tal-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u billi din il-possibbiltà tapplika "fi żmien ta' [...] emerġenza pubblika li thedded il-ħajja tan-nazzjon";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għamlitha ċara li kwalunkwe deroga trid tkun proporzjonata għas-sitwazzjoni u li fl-ebda każ ma jista' Stat jidderoga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 (Id-dritt għall-ħajja), l-Artikolu 3 (Il-projbizzjoni tat-tortura u trattament jew pieni inumani jew degradanti) jew l-Artikolu 7 (L-ebda piena mingħajr liġi);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi fil-21 ta' Lulju 2016 il-Viċi President / Rappreżentant Għoli, Federica Mogherini, u l-Kummissarju Johannes Hahn stqarru li d-dikjarazzjoni tal-istat ta' emerġenza saret insegwitu tad-deċiżjonijiet inaċċettabbli dwar is-sistema edukattiva, il-ġudikatura u l-midja li ttieħdu dan l-aħħar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi, skont il-Kumitat għall-Ħarsien tal-Ġurnalisti, l-awtoritajiet Torok, wara l-attentat ta' kolp ta' stat, għalqu l-uffiċċji ta' aktar minn 100 stabbiliment tax-xandir, gazzetta, rivista, pubblikatur u kumpanija ta' distribuzzjoni; billi ġew arrestati aktar minn 100 ġurnalist u ħaddiem tal-midja u billi ġew revokati l-kredenzjali tal-istampa ta' mill-anqas 330 ġurnalist;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jikkundanna l-attentat ta' kolp ta' stat tal-15 ta' Lulju 2016 fit-Turkija; jappoġġja l-istituzzjonijiet leġittimi tat-Turkija; jiddeplora l-għadd kbir ta' persuni maqtula u midruba; jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-vittmi u mal-familji tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jissottolinja l-importanza li d-demokrazija tiġi difiża b'impenn sħiħ favur id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; jappoġġja l-kooperazzjoni bejn l-UE, il-Kunsill tal-Ewropa u t-Turkija f'dan ir-rigward; jappella għar-rispett sħiħ għall-ordni kostituzzjonali tat-Turkija; jilqa' d-Djalogu Politiku ta' Livell Għoli bejn l-UE u t-Turkija tad-9 ta' Settembru 2016; jisħaq fuq il-fatt li t-Turkija hija sieħba ewlenija tal-Unjoni Ewropea; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jistieden lill-awtoritajiet Torok jeħilsu lill-ġurnalisti u lill-ħaddiema tal-midja u jippermettu l-ftuħ mill-ġdid tal-istabbilimenti tal-midja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Ifakkar li stampa ħielsa u pluralistika hija komponent essenzjali ta' kwalunkwe demokrazija, bħalma huma wkoll il-proċess ġust, il-preżunzjoni tal-innoċenza u l-indipendenza ġudizzjarja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Ifakkar lill-awtoritajiet Torok li jeħtiġilhom jimxu bl-akbar attenzjoni meta jkunu qed jittrattaw mal-midja u mal-ġurnalisti, peress li l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-midja jibqgħu ċentrali għall-funzjonament ta' soċjetà demokratika u miftuħa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tat-Turkija.</p>
</Section></Motion>