<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-1230/2016</Ref><Date>16.11.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-lingwa tas-sinjali u l-interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2952(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96829">Ádám Kósa</Author>, <Author id="28122">David Casa</Author>, <Author id="96696">Algirdas Saudargas</Author>, <Author id="124881">Marek Plura</Author>, <Author id="39724">Csaba Sógor</Author>, <Author id="125104">Romana Tomc</Author>, <Author id="124988">Deirdre Clune</Author>, <Author id="95074">Jeroen Lenaers</Author>, <Author id="124733">Sofia Ribeiro</Author>, <Author id="96765">Verónica Lope Fontagné</Author>, <Author id="124731">Jérôme Lavrilleux</Author>, <Author id="24594">Anne Sander</Author>, <Author id="124889">Agnieszka Kozłowska-Rajewicz</Author>, <Author id="96811">Rosa Estaràs Ferragut</Author>, <Author id="96776">Róża Gräfin von Thun und Hohenstein</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96681">Vilija Blinkevičiūtė</Author>, <Author id="96831">Jutta Steinruck</Author>, <Author id="96718">Olga Sehnalová</Author>, <Author id="124867">Brando Benifei</Author>, <Author id="124847">Elena Gentile</Author>, <Author id="124785">Maria Grapini</Author>, <Author id="133316">Karoline Graswander-Hainz</Author>, <Author id="103488">Sergio Gutiérrez Prieto</Author>, <Author id="125042">Javi López</Author>, <Author id="124855">Georgi Pirinski</Author>, <Author id="124691">Costas Mavrides</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="125105">Helga Stevens</Author>, <Author id="124901">Jana Žitňanská</Author>, <Author id="117477">Mark Demesmaeker</Author>, <Author id="28615">Roberts Zīle</Author>, <Author id="124815">Arne Gericke</Author>, <Author id="119431">Ruža Tomašić</Author>, <Author id="4513">Geoffrey Van Orden</Author>, <Author id="124873">Angel Dzhambazki</Author>, <Author id="111011">Anthea McIntyre</Author>, <Author id="96949">Vicky Ford</Author>, <Author id="35135">Daniel Dalton</Author>, <Author id="4465">Raffaele Fitto</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4271"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28116">Marian Harkin</Author>, Sophia in ‘t Veld, <Author id="129073">Urmas Paet</Author>, <Author id="2128">Paavo Väyrynen</Author>, <Author id="4335">Marielle de Sarnez</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="103381">Terry Reintke</Author>, <Author id="96648">Philippe Lamberts</Author>, <Author id="28240">Helga Trüpel</Author>, <Author id="97136">Indrek Tarand</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4281"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124811">Laura Agea</Author>, <Author id="124831">Isabella Adinolfi</Author>, <Author id="96694">Rolandas Paksas</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4276"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp EFDD</p>
</Body>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-1230" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-1230">B8-1230/2016</ANCHOR></p>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE593.660v01-00</Num-PE></Cover><Section><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropea dwar il-lingwa tas-sinjali u l-interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2952" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2952">2016/2952(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew,</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 5, 9, 10, 19, 168 u 216(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikoli 2 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-17 ta' Ġunju 1988 dwar il-lingwi tas-sinjali għal persuni neqsin mis-smigħ<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 187, 18.7.1988, p. 236.</p>
</footnote>, u tat-18 ta' Novembru 1998 dwar il-lingwi tas-sinjali<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 379, 07.12.1998 p. 66.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (is-CRPD) tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dħul fis-seħħ tagħha fl-UE fil-21 ta' Jannar 2011 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, b'riferiment partikolari għall-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0318" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0318/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0318</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Kumment Ġenerali Nru 4 tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità dwar id-dritt għal edukazzjoni inklużiva<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> http://www.ohchr.org/Documents/HRBodies/CRPD/GC/RighttoEducation/CRPD-C-GC-4.doc</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol ("id-Direttiva")<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 255, 30.09.2005, p. 22.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar il-programm Erasmus+ u strumenti oħra sabiex titrawwem il-mobilità fl-ETV - approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0107" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0107/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0107</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dokument ta' politika tal-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ dwar l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> http://www.youthforum.org/assets/2016/04/0099-16_Policy_Paper_Equality_Non-discrimination_FINAL2.pdf</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-2 ta' Diċembru 2015, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibilità għall-prodotti u għas-servizzi (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2015-0615" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2015-0615">COM(2015)0615</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2012 dwar l-aċċessibilità tas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2012-0721" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2012-0721">COM(2012)0721</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 280, 20.10.2010, p. 1.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Eżiti tat-Tagħlim u l-Linji Gwida tal-Valutazzjoni tal-Forum Ewropew tal-Interpreti tal-Lingwa tas-Sinjali (efsli) għall-opportunitajiet indaqs ta' taħriġ għal interpreti tal-lingwa tas-sinjali u servizzi ta' kwalità għal ċittadini neqsin mis-smigħ madwar l-Unjoni kollha<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> http://efsli.org/publications</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-linji gwida efsli/EUD għall-interpreti tal-lingwa tas-sinjali għal laqgħat fuq livell internazzjonali/Ewropew<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> http://efsli.org/efsliblu/wp-content/uploads/2012/09/SL-Interpreter-Guidelines.pdf</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-linji gwida AIIC għall-interpreti tal-lingwa mitkellma li jaħdmu f'timijiet imħallta<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> http://aiic.net/page/6701/guidelines-for-spoken-language-interpreters-working-in-mixed-teams/lang/1</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport tal-efsli dwar id-drittijiet għal servizzi ta' interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali waqt studju jew xogħol f'pajjiż barrani<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> http://efsli.org/efsliblu/wp-content/uploads/2012/09/R1101-The-right-to-sign-language-interpreting-services-when-working-or-studying-abroad.pdf</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi, bħala ċittadini sħaħ, il-persuni kollha b'diżabilità, b'mod partikulari n-nisa u t-tfal, inklużi l-persuni neqsin mis-smigħ u b'diffikultajiet ta' smigħ, inklużi dawk li jużaw il-lingwa tas-sinjali u dawk li ma jużawhiex, għandhom drittijiet ugwali u huma intitolati għal dinjità indiskutibbli, trattament ugwali, għajxien indipendenti, awtonomija u parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi t-TFUE jobbliga lill-Unjoni tiġġieled kull diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabilità meta tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha (l-Artikolu 10) u jagħtiha s-setgħa li tadotta leġiżlazzjoni li tindirizza tali diskriminazzjoni (l-Artikolu 19);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-Artikoli 21 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxu b'mod espliċitu d-diskriminazzjoni abbażi tad-diżabilità u jipprevedu l-parteċipazzjoni ugwali tal-persuni b'diżabilità fis-soċjetà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi hemm madwar miljun utent nieqes mis-smigħtal-lingwa tas-sinjali fl-UE<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> http://europa.eu/rapid/press-release_IP-13-511_en.htm</p>
</footnote> u 51 miljun ċittadin b'diffikultajiet ta' smigħ<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> European Federation of Hard of Hearing People (Federazzjoni Ewropea tal-Persuni b'Diffikultajiet ta' Smigħ) (EFHOH) http://www.efhoh.org/about_us</p>
</footnote>, li ħafna minnhom huma wkoll persuni li jużaw il-lingwa tas-sinjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-lingwi tas-sinjali nazzjonali u reġjonali huma lingwi naturali kompluti bil-grammatika u s-sintassi tagħhom ugwali għal lingwi mitkellma<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Brentari, D., ed. (2010) Sign Languages. Cambridge University Press.</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Pfau, R., Steinbach M. &amp; Bencie W., eds. (2012) Sign Language: An International Handbook. De Gruyter.</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-politika ta' multilingwiżmu tal-UE tippromwovi t-tagħlim ta' lingwi barranin u billi wieħed mill-għanijiet tagħha hu li kull Ewropew ikun jaf jitkellem b'żewġ lingwi oħra minbarra l-lingwa materna tiegħu; billi t-tagħlim u l-promozzjoni tal-lingwi tas-sinjali nazzjonali u reġjonali jistgħu jappoġġjaw dan l-objettiv;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-aċċessibilità hija prerekwiżit sabiex il-persuni b'diżabilitajiet ikunu jistgħu jgħixu indipendentement u jipparteċipaw bis-sħiħ u b'mod ugwali fis-soċjetà<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Kumment Ġenerali Nru 2 tal-Kumitat għad-drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, CRPD/C/GC/2, disponibbli fuq: https://documents-dds-ny.un.org/doc/UNDOC/GEN/G14/033/13/PDF/G1403313.pdf?OpenElement</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-aċċessibilità mhijiex limitata biss għall-aċċessibilità fiżika tal-ambjent iżda testendi għall-aċċessibilità ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inkluż fil-forma ta' forniment tal-kontenut fil-lingwa tas-sinjali<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (CRPD), Artikolu 9.</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali huma ugwali għall-interpreti tal-lingwa mitkellma f'termini ta' kompiti u funzjonijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi s-sitwazzjoni tal-interpreti tal-lingwa tas-sinjali hija eteroġenja fost l-Istati Membri, u tvarja minn appoġġ informali għall-familja sa interpreti professjonisti b'formazzjoni universitarja u kompletament ikkwalifikati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi hemm nuqqas ta' interpreti ikkwalifikati u professjonali tal-lingwa tas-sinjali fl-Istati Membri kollha u billi l-proporzjon ta' dawk li jużaw il-lingwa tas-sinjali u l-interpreti tal-lingwa tas-sinjali jvarja bejn 8:1 u 2 500:1, b'medja ta' 160:1<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> WIT, M. de (2016, għadu mhux ippubblikat). Sign Language Interpreting in Europe, edizzjoni tal-2016.</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi tressqet petizzjoni<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Petizzjoni Nru 1056-16</p>
</footnote> quddiem il-Parlament li talbitu jippermetti li jiġu ppreżentati petizzjonijiet bil-lingwi tas-sinjali nazzjonali u reġjonali tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi d-Dikjarazzjoni ta' Brussell dwar il-Lingwi tas-Sinjali fl-Unjoni Ewropea<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Id-Dikjarazzjoni ta' Brussell (2010), l-Unjoni Ewropea tal-Persuni neqsin mis-smigħ (EUD) http://www.eud.eu/files/8514/5803/7674/brussels_declaration_FINAL.pdf</p>
</footnote> tippromwovi approċċ nondiskriminatorju għall-użu ta' lingwa tas-sinjali naturali, kif meħtieġ skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, li ġiet ratifikata mill-UE u l-Istati Membri kollha tal-UE minbarra wieħed;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi l-livell u l-kwalità ta' sottotitoli fuq it-televiżjoni pubblika u privata tvarja b'mod konsiderevoli fost l-Istati Membri, li tvarja minn anqas minn 10 % sa kważi 100 %, u bi standards ta' kwalità li jvarjaw ħafna<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> EFHOH (2015). State of subtitling access in EU. Disponibbli fuq: http://media.wix.com/ugd/c2e099_0921564404524507bed2ff3648781a3c.pdf</p>
</footnote>; billi hemm nuqqas ta' data fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri fir-rigward tal-livell ta' interpretazzjoni tal-lingwa tas-sinjali fuq it-televiżjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda tal-lingwa jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal dawk li jużaw il-lingwa tas-sinjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.  billi, skont is-CRPD, iċ-ċaħda ta' akkomodazzjoni raġonevoli tikkostitwixxi diskriminazzjoni u billi, skont id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi, għandha tiġi pprovduta akkomodazzjoni raġonevoli sabiex tiġi ggarantita l-konformità mal-prinċipju tat-trattament ugwali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Q.  billi bħalissa ċ-ċittadini neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja jew b'diffikultajiet ta' smigħ m'għandhom l-ebda aċċess għal komunikazzjoni diretta għall-Membri tal-Parlament Ewropew u għall-amministraturi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u, viċi versa, għal persuni neqsin mis-smigħ jew b'diffikultajiet ta' smigħ fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Interpreti kwalifikati u professjonali tal-lingwa tas-sinjali</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' interpreti kwalifikati u professjonali tal-lingwa tas-sinjali, li tista' biss tiġi ssodisfata fuq il-bażi tal-approċċ li ġej:</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">(a)  rikonoxximent uffiċjali tal-lingwa(i) tas-sinjali nazzjonali u reġjonali fl-Istati Membri u fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">(b)  taħriġ formali (università jew simili, ekwivalenti għal 3 snin ta' studji full-time, li jikkorrispondu għat-taħriġ meħtieġ għall-interpreti tal-lingwa mitkellma)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> efsli (2013), Learning Outcomes for Graduates of a Three Year Interpreting Training Programme</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">(c)  ir-reġistrazzjoni (akkreditazzjoni uffiċjali u sistema ta' kontroll ta' kwalità, bħal pereżempju l-iżvilupp professjonali kontinwu),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">(d)  rikonoxximent formali tal-professjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jirrikonoxxi li l-għoti ta' servizzi ta' interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali ta' kwalità għolja:</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">(a)  jiddependi fuq valutazzjoni tal-kwalità oġġettiva li tinvolvi lill-partijiet interessati kollha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">(b)  huwa bbażat fuq il-kwalifiki professjonali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">(c)  jinvolvi rappreżentanti esperti mill-komunità tal-persuni neqsin mis-smigħ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jirrikonoxxi li l-interpretazzjoni tal-lingwa tas-sinjali tikkostitwixxi servizz professjonali li jeħtieġ remunerazzjoni xierqa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Id-distinzjoni bejn l-aċċessibilità u l-akkomodazzjoni raġonevoli</span><footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> CRPD/C/GC/4, paragrafu 28</p>
</footnote></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Japprezza li l-aċċessibilità hija ta' benefiċċju għal ċerti gruppi u hija bbażata fuq sett ta' standards li jiġu implimentati gradwalment;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Huwa konxju li l-isproporzjonalità jew il-piż eċċessiv mhux dovut ma jistgħux jintużaw bħala argument biex wieħed jiddefendi n-nuqqas li jipprovdi aċċessibilità;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jirrikonoxxi li l-akkomodazzjoni raġonevoli tirrigwarda l-individwu u timxi id f'id mal-obbligu tal-aċċessibilità;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jinnota wkoll li individwu jista' jitlob miżuri ta' akkomodazzjoni raġonevoli anki jekk l-obbligu tal-aċċessibilità jkun ġie sodisfat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jifhem li l-forniment ta' interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali jista' jikkostitwixxi miżura ta' aċċessibilità jew miżuri raġonevoli ta' akkomodazzjoni, skont is-sitwazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">L-aċċessibilità</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jenfasizza li ċ-ċittadini neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ jeħtieġ li jkollhom aċċess għall-istess informazzjoni u komunikazzjoni daqs il-pari tagħhom fil-forma ta' interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali, is-sottotitoli, il-konverżjoni tal-kliem mitkellem f'kitba (speech-to-text) u/jew forom alternattivi ta' komunikazzjoni, inklużi interpreti orali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jenfasizza li jeħtieġ li s-servizzi pubbliċi u governattivi, inkluż il-kontenut online tagħhom, ikunu aċċessibbli b'mod dirett permezz ta' intermedjarji bħal interpreti tal-lingwa tas-sinjali fuq il-post, iżda wkoll permezz ta' servizzi remoti alternattivi bbażati fuq l-internet, fejn xieraq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Itenni l-impenn tiegħu li jagħmel il-proċess politiku kemm jista' jkun aċċessibbli, inkluż bil-forniment ta' interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali; jinnota li dan jinkludi elezzjonijiet, konsultazzjonijiet pubbliċi u avvenimenti oħrajn, kif xieraq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jenfasizza r-rwol dejjem jikber tat-teknoloġiji lingwistiċi fl-għoti ta' aċċess ugwali għal kulħadd għall-ispazju diġitali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jirrikonoxxi l-importanza ta' standards minimi biex jiżguraw l-aċċessibilità, speċjalment fid-dawl ta' teknoloġiji ġodda u emerġenti, bħalma huwa l-forniment ta' servizzi ta' interpretazzjoni u ta' sottotitoli bil-lingwa tas-sinjali bbażati fuq l-internet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jinnota li, filwaqt li l-għoti tal-kura tas-saħħa hija kompetenza tal-Istati Membri, din għandha taqdi l-ħtiġijiet ta' pazjenti neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ, pereżempju billi tipprovdi interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali u taħriġ ta' sensibilizzazzjoni għall-persunal, b'attenzjoni partikolari għan-nisa u t-tfal;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jirrikonoxxi li l-aċċess ugwali għall-ġustizzja għaċ-ċittadini neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ, tista' tiġi żgurata biss permezz tal-forniment ta' interpreti kwalifikati b'mod xieraq u professjonali tal-lingwa tas-sinjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jinsab konxju tal-importanza ta' servizzi ta' interpretazzjoni u ta' traduzzjoni akkurati u preċiżi, b'mod partikolari fil-qorti u f'ambjenti legali oħra; itenni, għalhekk, l-importanza ta' interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali speċjalizzati u bi kwalifiki għolja, partikolarment f'dawk il-kuntesti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdied l-appoġġ u d-dispożizzjonijiet speċifiċi, bħall-interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali u l-informazzjoni bbażata fuq it-test aċċessibbli f'ħin reali fil-każ ta' diżastri, għall-persuni b'diżabilitajiet f'sitwazzjonijiet ta' kunflitti armati, emerġenzi umanitarji u diżastri naturali<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità(CRPD), Artikolu 11.</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Impjiegi, edukazzjoni u ta</span><span font-style="italic" font-weight="bold">ħriġ</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.  Jinnota li, sabiex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-impjieg, l-edukazzjoni u t-taħriġ, jeħtieġ li jittieħdu miżuri ta' akkomodazzjoni raġonevoli, li jinkludu l-forniment ta' interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.  Jenfasizza li jeħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni bilanċata u olistika dwar il-lingwa tas-sinjali u xi jfisser li persuna tkun nieqsa mis-smigħ sabiex il-ġenituri jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati fl-aħjar interess tat-tfal tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.  Jenfasizza li l-programmi ta' intervent bikri huma kruċjali għat-tfal fl-iżvilupp tal-ħiliet għall-ħajja, inklużi l-ħiliet lingwistiċi; jinnota, barra minn hekk, li dawk il-programmi għandhom idealment jinkludu persuni neqsin mis-smigħ bħala mudelli eżemplari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.  Jenfasizza li l-istudenti neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ u l-ġenituri tagħhom jeħtieġ li jingħataw l-opportunità li jitgħallmu l-lingwa tas-sinjali nazzjonali jew reġjonali tal-ambjent tagħhom permezz ta' servizzi ta' qabel l-iskola u fl-iskola<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> http://www.univie.ac.at/designbilingual/downloads/De-Sign_Bilingual_Findings.pdf</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.  Jenfasizza li jeħtieġ li jittieħdu miżuri biex tiġi rikonoxxuta u promossa l-identità lingwistika tal-komunitajiet ta' persuni neqsin mis-smigħ<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Kumment Ġenerali Nru 4 tal-Kumitat għad-drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, CRPD/C/GC/4, disponibbli fuq: http://www.ohchr.org/Documents/HRBodies/CRPD/GC/RighttoEducation/CRPD-C-GC-4.doc</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.  Jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu t-tagħlim tal-lingwa tas-sinjali bl-istess mod bħal-lingwi barranin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">24.  Jenfasizza li l-interpreti kkwalifikati tal-lingwa tas-sinjali u l-għalliema b'kompetenza fil-lingwa tas-sinjali u mgħammra bil-ħiliet biex jaħdmu effettivament f'ambjenti ta' edukazzjoni inklużiva bilingwi jiffurmaw parti essenzjali tal-kisba akkademika tat-tfal u ż-żgħażagħ neqsin mis-smigħ, u jwasslu għal riżultati edukattivi ogħla u rati ta' qgħad aktar baxxi fuq medda twila ta' żmien;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">25.  Jenfasizza n-nuqqas mifrux ta' kotba tal-iskola u materjal tat-tagħlim tas-sinjali bilingwi f'lingwi u formati aċċessibbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">26.  Iħeġġeġ sabiex il-prinċipju tal-libertà tal-moviment għall-persuni neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ fl-UE jkun iggarantit, speċjalment fil-kuntest tal-programm Erasmus+ u ta' programmi ta' mobilità relatati, billi jiġi żgurat li fuq il-parteċipanti ma jaqax il-piż sproporzjonat li jkollhom jieħdu ħsieb tal-arranġamenti għall-interpretazzjoni tagħhom stess;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">27.  Jilqa' l-proġett pilota Karta Ewropea tad-Diżabilità; jiddispjaċih għall-esklużjoni tal-interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali fil-proġett peress li dan ifixkel b'mod sinifikanti l-libertà tal-moviment tal-ħaddiema u studenti neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ fl-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Istituz</span><span font-style="italic" font-weight="bold">zjonijiet tal-Unjoni Ewropeja</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">28.  Jirrikonoxxi li l-istituzzjonijiet tal-UE jeħtieġ li jirrappreżentaw eżempji tal-aħjar prattika għall-persunal, uffiċjali eletti u apprendisti tagħhom u vis-à-vis iċ-ċittadini tal-UE fir-rigward tal-forniment ta' akkomodazzjoni raġonevoli u aċċessibilità, li tinkludi l-forniment ta' interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">29.  Jilqa' l-fatt li l-istituzzjonijiet tal-UE diġà, fuq bażi ad hoc, qed jipprovdu aċċessibilità għall-avvenimenti pubbliċi u laqgħat tal-kumitati; huwa tal-fehma li s-sottotitoli u l-konverżjoni tal-kliem mitkellem f'kitba għandhom jitqiesu bħala miżura alternattiva iżda ugwali u meħtieġa għall-persuni b'diffikultajiet ta' smigħ li ma jużawx il-lingwa tas-sinjali, u li dan huwa wkoll rilevanti għall-impjegati tal-istituzzjonijiet tal-UE f'termini tal-forniment ta' akkomodazzjoni raġonevoli skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">30.  Jirrikonoxxi li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom sistema stabbilita li tipprovdi interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali permezz tad-dipartimenti tal-interpretazzjoni rispettivi tagħhom għall-finijiet ta' aċċessibilità; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet jużaw dawn is-sistemi eżistenti anki meta jipprovdu akkomodazzjoni raġonevoli għall-persunal u/jew uffiċjali eletti, u b'hekk effettivament jimminimizzaw il-piż amministrattiv fuq l-individwu u l-istituzzjonijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">31.  Iħeġġeġ b'saħħa lill-istituzzjonijiet jagħtu formalment lill-interpreti tal-lingwa tas-sinjali l-istess status bħall-interpreti tal-lingwa mitkellma fir-rigward tas-servizzi ta' interpretazzjoni li huma jipprovdu lill-istituzzjonijiet u/jew lill-impjegati u l-uffiċjali maħturin tagħhom, inkluż l-aċċess għal appoġġ teknoloġiku u materjali u dokumenti preparatorji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">32.  Iħeġġeġ lill-Eurostat jiżgura li l-istituzzjonijiet tal-UE jingħataw statistika dwar l-utenti neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ sabiex ikunu jistgħu jiddefinixxu, jimplimentaw u janalizzaw aħjar il-politiki lingwistiċi u dwar id-diżabilità tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">33.  Iħeġġeġ lis-servizz tal-viżitaturi tal-Parlament jaqdi l-ħtiġijiet tal-viżitaturi neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ, billi b'mod dirett jipprovdu aċċess b'lingwa tas-sinjali nazzjonali jew reġjonali u b'servizzi ta' konverżjoni tal-kliem mitkellem f'kitba;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">34.  Jitlob lill-istituzzjonijiet jimplimentaw bis-sħiħ il-proġett pilota INSIGN tal-UE, li huwa tweġiba għad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10-13 ta' Diċembru 2012 dwar l-implimentazzjoni ta' applikazzjoni u servizz fil-ħin reali tal-lingwa tas-sinjali, u li għandu l-għan li jtejjeb il-komunikazzjoni bejn il-persuni neqsin mis-smigħ u b'diffikultajiet ta' smigħ u l-istituzzjonijiet tal-UE<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> http://www.eud.eu/projects/past-projects/insign-project/</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">35.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
</Section></Motion>