<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-1241/2016</Ref><Date>16.11.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-lingwa tas-sinjali u l-interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2952(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold"><Author id="23699">Kateřina Konečná</Author>, <Author id="23704">Jiří Maštálka</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="125048">Marina Albiol Guzmán</Author>, <Author id="125047">Paloma López Bermejo</Author>, <Author id="125091">Sofia Sakorafa</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="135490">Xabier Benito Ziluaga</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author>, <Author id="131507">Miguel Urbán Crespo</Author>, <Author id="131749">Estefanía Torres Martínez</Author>, <Author id="124863">Stefan Eck</Author>, <Author id="125100">Miguel Viegas</Author>, <Author id="96706">João Ferreira</Author>, <Author id="136236">João Pimenta Lopes</Author>, <Author id="125050">Ángela Vallina</Author>, <Author id="125092">Kostadinka Kuneva</Author>, <Author id="130833">Stelios Kouloglou</Author>, <Author id="125061">Kostas Chrysogonos</Author>, <Author id="125023">Anja Hazekamp</Author>, <Author id="96820">Marisa Matias</Author>, <Author id="124986">Matt Carthy</Author>, <Author id="113959">Martina Anderson</Author>, <Author id="124987">Liadh Ní Riada</Author>, <Author id="124984">Lynn Boylan</Author>, <Author id="125051">Josu Juaristi Abaunz</Author></span></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE593.675v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-1241/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-lingwa tas-sinjali u l-interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali</span></span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2952" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2952">2016/2952(RSP)</ANCHOR>)</span></span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew,</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 5, 9, 10, 19, 168 u 216(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikoli 2 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-17 ta' Ġunju 1988 dwar il-lingwi tas-sinjali għal persuni neqsin mis-smigħ<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 187, 18.7.1988, p. 236.</p>
</footnote>, u tat-18 ta' Novembru 1998 dwar il-lingwi tas-sinjali<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 379, 07.12.1998 p. 66.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (is-CRPD) tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dħul fis-seħħ tagħha fl-UE fil-21 ta' Jannar 2011 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE tas-26 ta' Novembru 2009 dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, b'riferiment partikolari għall-Osservazzjonijiet Konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar is-CRPD<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0318" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0318/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0318</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Kumment Ġenerali Nru 4 tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità dwar id-dritt għal edukazzjoni inklużiva<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> http://www.ohchr.org/Documents/HRBodies/CRPD/GC/RighttoEducation/CRPD-C-GC-4.doc</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol ("id-Direttiva")<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 255, 30.09.2005, p. 22.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' April 2016 dwar il-programm Erasmus+ u strumenti oħra sabiex titrawwem il-mobilità fl-ETV - approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0107" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0107/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0107</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dokument ta' politika tal-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ dwar l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> http://www.youthforum.org/assets/2016/04/0099-16_Policy_Paper_Equality_Non-discrimination_FINAL2.pdf</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-2 ta' Diċembru 2015, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibilità għall-prodotti u għas-servizzi (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2015-0615" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2015-0615">COM(2015)0615</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2012 dwar l-aċċessibilità tas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2012-0721" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2012-0721">COM(2012)0721</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 280, 20.10.2010, p. 1.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Eżiti tat-Tagħlim u l-Linji Gwida tal-Valutazzjoni tal-Forum Ewropew tal-Interpreti tal-Lingwa tas-Sinjali (efsli) għall-opportunitajiet indaqs ta' taħriġ għal interpreti tal-lingwa tas-sinjali u servizzi ta' kwalità għal ċittadini neqsin mis-smigħ madwar l-Unjoni kollha<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> http://efsli.org/publications</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-linji gwida efsli/EUD għall-interpreti tal-lingwa tas-sinjali għal laqgħat fuq livell internazzjonali/Ewropew<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> http://efsli.org/efsliblu/wp-content/uploads/2012/09/SL-Interpreter-Guidelines.pdf</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-linji gwida AIIC għal interpreti tal-lingwa mitkellma li jaħdmu f'timijiet imħallta<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> http://aiic.net/page/6701/guidelines-for-spoken-language-interpreters-working-in-mixed-teams/lang/1</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport efsli dwar id-drittijiet għal servizzi ta' interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali waqt studju jew xogħol f'pajjiż barrani<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> http://efsli.org/efsliblu/wp-content/uploads/2012/09/R1101-The-right-to-sign-language-interpreting-services-when-working-or-studying-abroad.pdf</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi, bħala ċittadini sħaħ, il-persuni kollha b'diżabilità, b'mod partikulari n-nisa u t-tfal, inklużi persuni neqsin mis-smigħ u b'diffikultajiet ta' smigħ, inklużi dawk li jużaw il-lingwa tas-sinjali u dawk li ma jużawhiex, għandhom drittijiet ugwali u huma intitolati għal dinjità indiskutibbli, trattament ugwali, għajxien indipendenti, awtonomija u parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi t-TFUE jobbliga lill-Unjoni tiġġieled kull diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabilità meta jiġu ddefiniti u implimentati l-politiki u l-attivitajiet tagħha (l-Artikolu 10) u jagħti s-setgħa li tiġi adottata leġiżlazzjoni li tindirizza tali diskriminazzjoni (l-Artikolu 19);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-Artikoli 21 u 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprojbixxu b'mod espliċitu d-diskriminazzjoni abbażi ta' diżabilità u jipprevedu l-parteċipazzjoni ugwali ta' persuni b'diżabilità fis-soċjetà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi hemm madwar miljun utent nieqes mis-smigħ tal-lingwa tas-sinjali fl-UE<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> http://europa.eu/rapid/press-release_IP-13-511_mt.htm</p>
</footnote> u 51 miljun ċittadin b'diffikultajiet ta' smigħ<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> European Federation of Hard of Hearing People (Federazzjoni Ewropea tal-Persuni b'diffikultajiet ta' smigħ) (EFHOH) http://www.efhoh.org/about_us</p>
</footnote>, li ħafna minnhom huma wkoll persuni li jużaw il-lingwa tas-sinjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-lingwi tas-sinjali nazzjonali u reġjonali huma lingwi naturali kompluti bil-grammatika u s-sintassi tagħhom ugwali għal lingwi mitkellma<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Brentari, D., ed. (2010) Sign Languages. Cambridge University Press.</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Pfau, R., Steinbach M. &amp; Bencie W., eds. (2012) Sign Language: An International Handbook. De Gruyter.</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-politika ta' multilingwiżmu tal-UE tippromwovi t-tagħlim ta' lingwi barranin u billi wieħed mill-għanijiet tagħha hu li kull Ewropew ikun jaf jitkellem b'żewġ lingwi oħra minbarra l-lingwa materna tiegħu; billi t-tagħlim u l-promozzjoni tal-lingwi bis-sinjali nazzjonali u reġjonali jistgħu jappoġġjaw dan l-objettiv;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-aċċessibilità hija prerekwiżit sabiex persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jgħixu b'mod indipendenti u jipparteċipaw bis-sħiħ u b'mod ugwali fis-soċjetà<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Kumment Ġenerali Nru 2 tal-Kumitat CRPD, CRPD/C/GC/2, disponibbli fuq: https://documents-dds-ny.un.org/doc/UNDOC/GEN/G14/033/13/PDF/G1403313.pdf?OpenElement</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-aċċessibilità mhijiex limitata biss għall-aċċessibilità fiżika tal-ambjent iżda testendi għall-aċċessibilità ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inkluż fil-forma ta' forniment tal-kontenut fil-lingwa tas-sinjali<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (CRPD), Artikolu 9.</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali huma ugwali għall-interpreti tal-lingwa mitkellma f'termini ta' kompiti u funzjonijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi s-sitwazzjoni tal-interpreti tal-lingwa tas-sinjali hija eteroġenja fost l-Istati Membri, u tvarja minn appoġġ informali għall-familja sa interpreti professjonisti b'formazzjoni universitarja u kompletament ikkwalifikati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi hemm nuqqas ta' interpreti ikkwalifikati u professjonali tal-lingwa tas-sinjali fl-Istati Membri kollha u billi l-proporzjon ta' dawk li jużaw il-lingwa tas-sinjali u l-interpreti tal-lingwa tas-sinjali jvarja bejn 8:1 u 2 500:1, b'medja ta' 160:1<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> WIT, M. de (2016, għadu mhux ippubblikat). Sign Language Interpreting in Europe, edizzjoni tal-2016.</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi tressqet petizzjoni<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Petizzjoni 1056-16</p>
</footnote> quddiem il-Parlament li talbitu jippermetti li jiġu ppreżentati petizzjonijiet bil-lingwi tas-sinjali nazzjonali u reġjonali tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi d-Dikjarazzjoni ta' Brussell dwar il-Lingwi tas-Sinjali fl-Unjoni<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Brussels Declaration (2010), European Union of the Deaf (EUD) http://www.eud.eu/files/8514/5803/7674/brussels_declaration_FINAL.pdf</p>
</footnote> Ewropea tippromwovi approċċ nondiskriminatorju għall-użu ta' lingwa tas-sinjali naturali, kif meħtieġ skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, li ġiet ratifikata mill-UE u l-Istati Membri kollha tal-UE minbarra wieħed;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi s-CRPD tagħmel referenza għal-lingwa tas-sinjali fl-Artikolu 2 (Definizzjonijiet), fl-Artikolu 9 (Aċċessibilità), fl-Artikolu 21 (Il-libertà tal-espressjoni u tal-opinjoni, u l-aċċess għall-informazzjoni), fl-Artikolu 24 (Edukazzjoni) u fl-Artikolu 30 (Parteċipazzjoni fil-ħajja kulturali, rikreazzjoni, ħin liberu u sport)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> http://www.un.org/disabilities/documents/convention/convoptprot-e.pdf</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi, fl-Artikolu 2 tas-CRPD, id-definizzjoni ta' lingwa tinkludi "lingwi mitkellma jew bis-sinjali u forom oħra ta' lingwi mhux mitkellma" u, għalhekk, il-lingwi tas-sinjali huma inklużi fl-artikoli kollha li jsemmu jew komunikazzjoni jew lingwa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.  billi l-livell u l-kwalità ta' sottotitoli fuq it-televiżjoni pubblika u privata tvarja b'mod konsiderevoli fost l-Istati Membri, li tvarja minn anqas minn 10 % sa kważi 100 %, u bi standards ta' kwalità li jvarjaw ħafna<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> EFHOH (2015). L-istat tal-aċċess għas-sottotitoli fl-UE. Disponibbli fis-sit web: http://media.wix.com/ugd/c2e099_0921564404524507bed2ff3648781a3c.pdf</p>
</footnote>; billi hemm nuqqas ta' data fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri fir-rigward tal-livell ta' interpretazzjoni tal-lingwa tas-sinjali fuq it-televiżjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Q.  billi l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda tal-lingwa jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal dawk li jużaw il-lingwa tas-sinjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">R.  billi, skont is-CRPD, iċ-ċaħda ta' akkomodazzjoni raġonevoli tikkostitwixxi diskriminazzjoni u billi, skont id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi, għandha tiġi pprovduta akkomodazzjoni raġonevoli sabiex tiġi ggarantita l-konformità mal-prinċipju tat-trattament ugwali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">S.  billi bħalissa ma hemm l-ebda aċċess għal komunikazzjoni diretta ta' ċittadini neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja jew b'diffikultajiet ta' smigħ, lill-Membri tal-Parlament Ewropew u l-amministraturi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u, bil-maqlub, għal persuni neqsin mis-smigħ jew b'diffikultajiet ta' smigħ fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">T.  billi, fi żminijiet aktar riċenti, kien hemm bidla minn attenzjoni għal perspettiva medika għal dik politika u soċjali fil-ħidma biex jiġu żgurati d-drittijiet, il-libertà u d-dinjità tal-persuni b'diżabilità, minħabba li spiss huma ostakoli ta' attitudni u ambjentali li jipprevjenu lil persuni b'diżabilità milli jgawdu bis-sħiħ id-drittijiet tal-bniedem tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">U.  billi l-Parti 1 tal-Karta Soċjali Ewropea (ESC) tal-1961 tgħid li l-persuni b'diżabilità għandhom id-dritt għal taħriġ vokazzjonali, għar-riabilitazzjoni u għar-risistemazzjoni, tkun xi tkun l-oriġini u n-natura tad-diżabilità tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">V.  billi l-Artikolu 15 tal-ESC riveduta jgħid li l-persuni b'diżabilità għandhom dritt għall-indipendenza, għall-integrazzjoni soċjali u għall-parteċipazzjoni fil-ħajja tal-komunità u jgħid ukoll li l-partijiet għall-ESC jimpenjaw ruħhom li:</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="42.55pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">–  jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprovdu lill-persuni b'diżabilità, bi gwida, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali fil-qafas ta' skemi ġenerali kull fejn ikun possibbli jew, fejn dan ma jkunx possibbli, permezz ta' korpi speċjalizzati, pubbliċi jew privati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="42.55pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">–  jippromwovu l-aċċess tagħhom għall-impjiegi permezz tal-miżuri kollha li x'aktarx iħeġġu lil min iħaddem sabiex jimpjegaw u jżommu fl-impjieg, persuni b'diżabilità fl-ambjent tax-xogħol ordinarju u biex jadattaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità jew, jekk dan ma jkunx possibbli minħabba raġunijiet ta' diżabilità, billi jorganizzaw jew joħolqu impjieg protett skont il-livell ta' diżabilità. F'ċerti każi, tali miżuri jistgħu jeħtieġu l-użu ta' servizzi speċjalizzati ta' tqegħid u ta' appoġġ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="42.55pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">–  biex tiġi promossa l-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni soċjali kollha tagħhom fil-ħajja tal-komunità, b'mod partikolari permezz ta' miżuri, inkluż appoġġ tekniku, bil-għan li jingħelbu l-ostakli għal komunikazzjoni u l-mobilità u jippermettu l-aċċess għat-trasport, għall-akkomodazzjoni, għall-attivitajiet kulturali u għad-divertiment;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Interpreti kwalifikati u professjonali tal-lingwa tas-sinjali</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' interpreti kwalifikati u professjonali tal-lingwa tas-sinjali, li tista' biss tiġi ssodisfata fuq il-bażi tal-approċċ li ġej:</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">(a)  rikonoxximent uffiċjali tal-lingwa(i) tas-sinjali nazzjonali u reġjonali fl-Istati Membri u fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">(b)  taħriġ formali (università jew simili, ekwivalenti għal 3 snin ta' studji full-time, li jikkorrispondu għat-taħriġ meħtieġ għall-interpreti tal-lingwa mitkellma)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> efsli (2013), Learning Outcomes for Graduates of a Three Year Interpreting Training Programme</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">(c)  ir-reġistrazzjoni (akkreditazzjoni uffiċjali u sistema ta' kontroll ta' kwalità, bħal pereżempju l-iżvilupp professjonali kontinwu),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">(d)  rikonoxximent formali tal-professjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jirrikonoxxi li l-għoti ta' servizzi ta' interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali ta' kwalità għolja:</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">(a)  jiddependi fuq valutazzjoni tal-kwalità oġġettiva li tinvolvi lill-partijiet interessati kollha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">(b)  huwa bbażat fuq il-kwalifiki professjonali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">(c)  jinvolvi rappreżentanti minn esperti tal-komunità ta' persuni neqsin mis-smigħ; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jirrikonoxxi li l-interpretazzjoni tal-lingwa tas-sinjali tikkostitwixxi servizz professjonali li jeħtieġ remunerazzjoni xierqa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jissuġġerixxi t-twaqqif ta' kodiċi ta' etika li jiżgura l-indipendenza u l-awtonomija tal-persuni neqsin mis-smigħ f'sitwazzjonijiet fejn interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali huma involuti; jinnota li l-kunfidenzjalità professjonali u l-għarfien tal-obbligi u r-rwoli ta' interpretu tal-lingwa tas-sinjali f'sitwazzjoni partikolari huma fundamentali biex jiġi żgurat status ugwali bejn il-partijiet f'sitwazzjoni ta' komunikazzjoni li tinvolvi l-interpretazzjoni; jenfasizza li kodiċi ta' etika tgħin biex tissalvagwardja d-dritt ta' persuna nieqsa mis-smigħ għall-indipendenza u awtonomija f'dawn is-sitwazzjonijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Id-distinzjoni bejn l-aċċessibilità u l-akkomodazzjoni raġonevoli</span><footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> CRPD/C/GC/4, paragrafu 28</p>
</footnote></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Japprezza li l-aċċessibilità hija ta' benefiċċju għal ċerti gruppi u hija bbażata fuq sett ta' standards li jiġu implimentati gradwalment;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Huwa konxju li l-isproporzjonalità jew il-piż eċċessiv mhux dovut ma jistgħux jintużaw bħala argument biex wieħed jiddefendi n-nuqqas li jipprovdi aċċessibilità;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jirrikonoxxi li l-akkomodazzjoni raġonevoli tirrigwarda l-individwu u timxi id f'id mal-obbligu tal-aċċessibilità;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jinnota wkoll li individwu jista' jitlob miżuri ta' akkomodazzjoni raġonevoli anki jekk l-obbligu tal-aċċessibilità jkun ġie sodisfat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jifhem li l-forniment ta' interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali jista' jikkostitwixxi miżura ta' aċċessibilità jew miżuri raġonevoli ta' akkomodazzjoni, skont is-sitwazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Aċċessibilità</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jenfasizza li ċittadini neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ irid ikollhom aċċess għall-istess informazzjoni u komunikazzjoni bħall-pari tagħhom fil-forma ta' interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali, is-sottotitoli, bil-lingwa mitkellma li tinqaleb f'test miktub (speech-to-text) u/jew forom alternattivi ta' komunikazzjoni, inklużi interpreti orali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jagħti parir lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li ċ-ċittadini neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ, jkollhom aċċess, fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor, għall-ambjent fiżiku, għat-trasport, għall-informazzjoni u għall-komunikazzjonijiet, inklużi t-teknoloġiji u s-sistemi tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u għal faċilitajiet u servizzi oħra miftuħa jew ipprovduti lill-pubbliku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jenfasizza li jeħtieġ li s-servizzi pubbliċi u governattivi, inkluż il-kontenut online tagħhom, ikunu aċċessibbli b'mod dirett permezz ta' intermedjarji bħal interpreti tal-lingwa tas-sinjali fuq il-post, iżda wkoll permezz ta' servizzi remoti alternattivi bbażati fuq l-internet, fejn xieraq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jiżguraw li s-servizzi f'kuntatt mal-pubbliku u ta' emerġenza jkunu mgħammra u kapaċi jirċievu komunikazzjonijiet minn ċittadini neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ; jitlob ukoll li l-Istati Membri jħarsu lejn teknoloġiji emerġenti bl-għan li jiġi żgurat li ċ-ċittadini neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ, ikollhom disponibbli l-aktar teknoloġiji aġġornati disponibbli biex jikkuntattjaw s-servizzi li jkunu f'kuntatt mal-pubbliku u dawk tal-emerġenza;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat li s-servizzi li huma f'kuntatt mal-pubbliku u dawk tal-emerġenza jkunu mgħammra u jkunu f'qagħda li immedjatament jittrattaw sitwazzjonijiet, bħal inċidenti u sitwazzjonijiet ta' emerġenza, meta jkun involut ċittadin nieqes mis-smigħ, nieqes mis-smigħ-għama jew b'diffikultajiet ta' smigħ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Itenni l-impenn tiegħu li jagħmel il-proċess politiku kemm jista' jkun aċċessibbli, inkluż bil-forniment ta' interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali; jinnota li dan jinkludi elezzjonijiet, konsultazzjonijiet pubbliċi u avvenimenti oħrajn, kif xieraq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jitlob lill-Istati Membri biex jinvolvu l-assoċjazzjonijiet tal-persuni neqsin mis-smigħ fl-abbozzar, fit-tfassil u fid-definizzjoni tal-politiki;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Jenfasizza r-rwol dejjem jikber tat-teknoloġiji lingwistiċi fl-għoti ta' aċċess ugwali għal kulħadd għall-ispazju diġitali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.  Jirrikonoxxi l-importanza ta' standards minimi biex jiżguraw l-aċċessibilità, speċjalment fid-dawl ta' teknoloġiji ġodda u emerġenti, bħalma huwa l-forniment ta' servizzi ta' interpretazzjoni u ta' sottotitoli bil-lingwa tas-sinjali bbażati fuq l-internet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.  Jinnota li, filwaqt li l-għoti tal-kura tas-saħħa hija kompetenza tal-Istati Membri, din għandha taqdi l-ħtiġijiet ta' pazjenti neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ, pereżempju billi tipprovdi interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali u taħriġ ta' sensibilizzazzjoni għall-persunal, b'attenzjoni partikolari għan-nisa u t-tfal;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.  Jirrikonoxxi li l-aċċess ugwali għall-ġustizzja għal ċittadini neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ, tista' tiġi żgurata biss permezz tal-provvista ta' interpreti kwalifikati b'mod xieraq u professjonali tal-lingwa tas-sinjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.  Jinsab konxju tal-importanza ta' servizzi ta' interpretazzjoni u ta' traduzzjoni akkurati u preċiżi, b'mod partikolari fil-qorti u f'ambjenti legali oħra; itenni, għalhekk, l-importanza ta' interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali speċjalizzati u bi kwalifiki għolja, partikolarment f'dawk il-kuntesti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiżdied l-appoġġ u d-dispożizzjonijiet speċifiċi, bħall-interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali u l-informazzjoni bbażata fuq it-test aċċessibbli f'ħin reali fil-każ ta' diżastri, għall-persuni b'diżabilità f'sitwazzjonijiet ta' kunflitti armati, emerġenzi umanitarji u diżastri naturali<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità(CRPD), Artikolu 11.</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.  Jistieden lill-Istati Membri kollha biex jiżguraw li l-lingwi tas-sinjali tagħhom jkollhom għarfien legali u biex jieħdu l-miżuri adegwati kollha, inkluż l-għarfien u l-promozzjoni tal-użu tal-lingwi tas-sinjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Impjiegi, edukazzjoni u taħriġ</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">24.  Jinnota li d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tgħid li kull persuna għandha d-dritt li taħdem; jirrikonoxxi li l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jiggarantixxu dan id-dritt liċ-ċittadini neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ, fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">25.  Jinnota li, sabiex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-impjieg, l-edukazzjoni u t-taħriġ, jeħtieġ li jittieħdu miżuri ta' akkomodazzjoni raġonevoli, li jinkludu l-forniment ta' interpreti professjonali tal-lingwa tas-sinjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">26.  Jitlob li jingħata appoġġ lil intrapriżi li jipprovdu r-riżorsi meħtieġa għal ċittadini neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ; jinnota li l-fatt li wieħed ikollu r-riżorsi meħtieġa pereżempju fejn jidħlu l-intervisti tax-xogħol, joffri inklużjoni għaċ-ċittadini neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">27.  Jenfasizza li informazzjoni bilanċjata u olistika dwar il-lingwa tas-sinjali u xi jfisser li persuna tkun nieqsa mis-smigħ għandha tkun provduta sabiex il-ġenituri jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati fl-aħjar interess tat-tfal tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">28.  Ir-rikonoxximent li l-edukazzjoni hija kompetenza tal-Istati Membri, jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li ċittadini neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ, ma jkunux esklużi mis-sistema edukattiva ġenerali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">29.  Iqis li huwa meħtieġ, filwaqt li huwa rikonoxxut li l-edukazzjoni hija kompetenza tal-Istati Membri, li l-istudenti neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ jingħataw l-appoġġ tekniku kollu neċessarju, inkluża l-interpretazzjoni, fl-istadji kollha tas-sistema edukattiva;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">30.  Jenfasizza, filwaqt li jirrikonoxxi wkoll li l-edukazzjoni hija kompetenza tal-Istati Membri, li l-Istati Membri għandhom jiżguraw sistema edukattiva inklużiva fil-livelli kollha u tagħlim tul il-ħajja previst b'mod li huwa aċċessibbli għaċ-ċittadini neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">31.  Jenfasizza li l-programmi ta' intervent bikri huma kruċjali għat-tfal fl-iżvilupp tal-ħiliet għall-ħajja, inklużi l-ħiliet lingwistiċi; jinnota, barra minn hekk, li dawk il-programmi għandhom idealment jinkludu mudelli ta' imġieba ta' persuni neqsin mis-smigħ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">32.  Jenfasizza li studenti neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ u l-ġenituri tagħhom għandhom jingħataw l-opportunità li jitgħallmu l-lingwa tas-sinjali nazzjonali jew reġjonali tal-ambjent tagħhom permezz ta' servizzi ta' qabel l-iskola u fl-iskejjel<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> http://www.univie.ac.at/designbilingual/downloads/De-Sign_Bilingual_Findings.pdf</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">33.  Jenfasizza li għandhom jittieħdu miżuri għar-rikonoxximent u l-promozzjoni tal-identità lingwistika tal-komunitajiet tal-persuni neqsin mis-smigħ<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Kumment Ġenerali Nru 4, Kumitat CRPD, CRPD/C/GC/4, disponibbli fuq: http://www.ohchr.org/Documents/HRBodies/CRPD/GC/RighttoEducation/CRPD-C-GC-4.doc</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">34.  Jitlob, b'mod partikolari, lill-Istati Membri biex irawmu ambjent fejn il-lingwa tas-sinjali u l-identità lingwistika jistgħu jirnexxu u jiġi promoss għal kulħadd, fl-iskejjel, fl-universitajiet, fuq il-postijiet tax-xogħol, fil-klabbs tal-isport u fis-soċjetà kollha kemm hi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">35.  Jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu t-tagħlim tal-lingwa tas-sinjali bl-istess mod bħal-lingwi barranin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">36.  Jenfasizza li interpreti tal-lingwa tas-sinjali kwalifikati u għalliema kompetenti fil-lingwa tas-sinjali u mgħammra bil-ħiliet biex jaħdmu effettivament f'ambjenti ta' edukazzjoni inklużivi bilingwi jiffurmaw parti essenzjali mill-kisbiet akkademiċi ta' tfal u ta' adulti żgħażagħ, li jirriżulta f'eżiti edukattivi ogħla u rati ta' qgħad aktar baxxi fuq medda twila ta' żmien;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">37.  Jenfasizza n-nuqqas mifrux ta' kotba tal-iskola u materjal tat-tagħlim tas-sinjali bilingwi f'lingwi u formati aċċessibbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">38.  Iħeġġeġ li l-prinċipju tal-libertà ta' moviment għal persuni neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja, u b'diffikultajiet ta' smigħ fl-UE jkun garantit, speċjalment fil-kuntest ta' Erasmus+ u programmi ta' mobilità relatati, billi jiġi żgurat li l-parteċipanti ma jkunux mgħobbija b'mod sproporzjonat billi jkollhom jieħdu ħsieb l-arranġamenti għall-interpretazzjoni tagħhom stess;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">39.  Jilqa' l-proġett pilota Karta Ewropea tad-Diżabilità; jiddispjaċih dwar l-esklużjoni tal-interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali fil-proġett peress li dan ifixkel b'mod sinifikanti l-libertà ta' moviment ta' ħaddiema u studenti neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ fl-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropeja</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">40.  Jirrikonoxxi li l-istituzzjonijiet tal-UE jeħtieġ li jirrappreżentaw eżempji tal-aħjar prattika għall-persunal, uffiċjali eletti u apprendisti tagħhom u vis-à-vis iċ-ċittadini tal-UE fir-rigward tal-forniment ta' akkomodazzjoni raġonevoli u aċċessibilità, li tinkludi l-forniment ta' interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">41.  Jilqa' l-fatt li l-istituzzjonijiet tal-UE diġà, fuq bażi ad hoc, qed jipprovdu aċċessibilità għall-avvenimenti pubbliċi u laqgħat tal-kumitati; huwa tal-fehma li s-sottotitoli u l-konverżjoni tal-kliem mitkellem f'kitba għandhom jitqiesu bħala miżura alternattiva iżda ugwali u meħtieġa għall-persuni b'diffikultajiet ta' smigħ li ma jużawx il-lingwa tas-sinjali, u li dan huwa wkoll rilevanti għall-impjegati tal-istituzzjonijiet tal-UE f'termini tal-forniment ta' akkomodazzjoni raġonevoli skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">42.  Jirrikonoxxi li l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom sistema stabbilita li tipprovdi interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali permezz tad-dipartimenti tal-interpretazzjoni rispettivi tagħhom għall-finijiet ta' aċċessibilità; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet jużaw dawn is-sistemi eżistenti anki meta jipprovdu akkomodazzjoni raġonevoli għall-persunal u/jew uffiċjali eletti, u b'hekk effettivament jimminimizzaw il-piż amministrattiv fuq l-individwu u l-istituzzjonijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">43.  Iħeġġeġ b'saħħa lill-istituzzjonijiet jagħtu formalment lill-interpreti tal-lingwa tas-sinjali l-istess status bħall-interpreti tal-lingwa mitkellma fir-rigward tas-servizzi ta' interpretazzjoni li huma jipprovdu lill-istituzzjonijiet u/jew lill-impjegati u l-uffiċjali maħturin tagħhom, inkluż l-aċċess għal appoġġ teknoloġiku u materjali u dokumenti preparatorji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">44.  Iħeġġeġ lill-Eurostat biex jiżgura li l-istatistika dwar utenti neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ li jużaw il-lingwa tas-sinjali tkun ipprovduta lill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex ikunu jistgħu jiddefinixxu, jimplimentaw u janalizzaw aħjar il-politiki tagħhom lingwistiċi u tad-diżabilità;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">45.  Iħeġġeġ lis-Servizz tal-Viżitaturi tal-Parlament biex jaqdi l-ħtiġijiet ta' viżitaturi neqsin mis-smigħ, neqsin mis-smigħ-għomja u b'diffikultajiet ta' smigħ, billi jipprovdu aċċess b'mod dirett f'lingwa tas-sinjali u servizzi tal-lingwa mitkellma li tinqaleb f'test miktub (speech-to-text) nazzjonali jew reġjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">46.  Jitlob lill-istituzzjonijiet biex jimplimentaw b'mod sħiħ il-proġett pilota tal-UE INSIGN, li huwa tweġiba għad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10-13 ta' Diċembru 2012 dwar l-implimentazzjoni ta' applikazzjoni u servizz tal-Lingwa tas-Sinjali f'ħin reali u ħija mmirata li ttejjeb il-komunikazzjoni bejn persuni neqsin mis-smigħ u b'diffikultajiet ta' smigħ u l-istituzzjonijiet tal-UE<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> http://www.eud.eu/projects/past-projects/insign-project/</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">47.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
</Section></Motion>