<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-1249/2016</Ref><Date>21.11.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2933(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4521">Charles Tannock</Author>, <Author id="4513">Geoffrey Van Orden</Author>, <Author id="124873">Angel Dzhambazki</Author>, <Author id="124927">Branislav Škripek</Author>, <Author id="96796">Ryszard Antoni Legutko</Author>, <Author id="28372">Ryszard Czarnecki</Author>, <Author id="96801">Tomasz Piotr Poręba</Author>, <Author id="124887">Karol Karski</Author>, <Author id="28353">Anna Elżbieta Fotyga</Author>, <Author id="119431">Ruža Tomašić</Author>, <Author id="4465">Raffaele Fitto</Author>, <Author id="124901">Jana Žitňanská</Author>, <Author id="96697">Valdemar Tomaševski</Author>, <Author id="124891">Zdzisław Krasnodębski</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4271"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE593.683v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-1249/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2933" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2933">2016/2933(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew,</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja, b'mod partikolari dik tas-6 ta' Ottubru 2016<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0382" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0382/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0382</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tal-1949 u l-protokoll addizzjonali tagħhom,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-1989, u l-Protokoll Fakultattiv tagħha dwar l-involviment tat-tfal f'kunflitti armati tal-2000,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Intolleranza u Diskriminazzjoni abbażi tar-Reliġjon jew tat-Twemmin tal-1981,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju tad-9 ta' Diċembru 1948,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenza ta' Londra dwar is-Sirja ta' Frar 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Istatut taʼ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar is-Sirja, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni 2254 (2015),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-2 ta' Ottubru 2016 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, u mill-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili, Christos Stylianides, dwar is-sitwazzjoni f'Aleppo,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin f'Londra fis-16 ta' Ottubru 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi tal-UE kontra dawk responsabbli għar-repressjoni vjolenti fis-Sirja, inkluża dik tal-14 ta' Novembru 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi sitt snin ta' kunflitt, vjolenza u brutalità estrema fis-Sirja wasslu għall-mewt ta' aktar minn 400 000 ruħ, filwaqt li aktar minn 13-il miljun ruħ jinsabu fi bżonn ta' għajnuna umanitarja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-gwerra fis-Sirja involviet gradwalment setgħat reġjonali u dinjija maġġuri, ħarġet fid-dieher firdiet kbar, u heddet is-sigurtà reġjonali u internazzjonali usa';</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi s-sistemi tal-edukazzjoni, tas-saħħa u tal-ħarsien soċjali fis-Sirja huma fi stat ta' kollass minħabba l-kunflitt imdemmi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi, mill-bidu tal-kunflitt 'il hawn, l-istennija ta' tul tal-ħajja fis-Sirja naqset b'madwar 15-il sena, kważi nofs it-tfal kollha m'għadhomx jattendu l-iskola, nofs l-isptarijiet kollha sfaw meqruda parzjalment jew totalment, it-telf ekonomiku totali huwa ekwivalenti għal 468 % tal-PDG tal-pajjiż fl-2010, u erbgħa minn kull ħames Sirjani issa jgħixu fil-faqar – 30 % minnhom f'faqar estrem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi rapport tan-NU ta' Marzu 2015 stima li t-telf ekonomiku totali mill-bidu tal-kunflitt laħaq USD 202 biljun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi r-Russja hija fost is-sostenituri internazzjonali l-aktar importanti tal-President Sirjan Bashar al-Assad, u billi s-sopravvivenza tar-reġim hija ta' importanza kritika għaż-żamma tal-interessi Russi fil-pajjiż; billi r-Russja użat il-veto kontra riżoluzzjonijiet li kkritikaw lill-President al-Assad fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u għadha tagħti appoġġ militari lir-reġim Sirjan minkejja l-kritika internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi jitqies li l-Iran ukoll qed jipprovdi appoġġ militari u finanzjarju sinifikanti biex jirfed ir-reġim ta' Assad u jipproteġi l-interessi reġjonali proprji tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-liġi umanitarja internazzjonali u l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jipprojbixxu l-attakki fuq individwi jew gruppi abbażi tal-identità reliġjuża jew etnika, kif ukoll attakki kontra nies ċivili li ma jipparteċipawx fil-ġlied u kontra individwi li jwasslu l-għajnuna umanitarja lin-nies maqbudin fil-kunflitt; billi azzjonijiet tali jistgħu jikkostitwixxu delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi, fid-19 ta' Settembru 2016, tal-anqas 18-il trakk minn 31 f'konvoj li kien fi triqtu biex iwassal għajnuna umanitarja lil 78 000 ruħ f'żoni ta' Aleppo li kienu f'idejn ir-ribelli ntlaqtu minn attakk mill-ajru li ħalla tal-anqas 12-il persuna mejta; billi dawn l-attakki jheddu t-twassil sikur tal-għajnuna umanitarja fi bnadi oħra tas-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, iffirmat u rratifikat mill-Istati Membri kollha tal-UE, jafferma li jeħtieġ li l-aktar delitti serji għall-komunità internazzjonali kollha kemm hi, b'mod partikolari l-ġenoċidju, id-delitti kontra l-umanità u d-delitti tal-gwerra, ma jitħallewx fl-impunità; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi l-użu tat-tortura, l-arresti tal-massa u l-qerda wiesgħa ta' żoni popolati żdiedu b'mod drammatiku, hekk li għadd kbir ta' Sirjani sfaw spostati u ħafna ġġiegħlu jitbiegħdu aktar mill-għajnuna umanitarja li tant jeħtieġu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi, fl-14 ta' Novembru 2016, il-Kunsill qabel li jżid 17-il Ministru u l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja mal-lista ta' dawk fil-mira ta' miżuri restrittivi tal-UE kontra r-reġim Sirjan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jikkundanna t-tbatija indiskriminata li jġarrbu nies ċivili innoċenti minħabba attakki mill-ajru, bumbardament bl-artillerija u azzjonijiet militari oħra, kif ukoll it-tiċħid mill-għajnuna umanitarja, u jemmen li l-każijijet ta' użu ta' munizzjonijiet inċendjarji u ta' tip ieħor kontra persuni ċivili u kontra l-infrastruttura ċivili huma ekwivalenti għal delitti ta' gwerra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jesiġi waqfien immedjat tal-attakki bil-bombi u tal-attakki indiskriminati kontra nies ċivili, ħaddiema umanitarji u faċilitajiet mediċi biex tkun tista' ssir l-evakwazzjoni medika tal-każijiet l-aktar urġenti minn Aleppo u minn żoni assedjati oħra, u biex jiffaċilita taħditiet urġenti u sinifikanti bil-għan li jinkiseb il-paċi fis-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Ifaħħar l-isforzi tal-ħaddiema tal-għajnuna umanitarja li jagħmlu ħilithom biex iwasslu l-għajnuna, l-ikel, l-ilma u l-mediċini tant meħtieġa lin-nies maqbuda fil-kunflitt, u jħeġġeġ lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt biex jiżguraw lill-aġenziji umanitarji aċċess bla xkiel għall-persuni ċivili affettwati mill-gwerra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jikkundanna bla riservi l-attakk mill-ajru kontra konvoj ta' trakkijiet tal-għajnuna umanitarja qrib Aleppo fid-19 ta' Settembru 2016 u huwa mnikket bit-telfa ta' dawk kollha li nqatlu; jesiġi, barra minn hekk, li ssir investigazzjoni fil-fond dwar l-attakk mill-ajru, u jemmen li atti bħal dawn jimminaw l-isforzi biex il-kunflitt jinġieb fi tmiem paċifiku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jissottolinja l-ħtieġa urġenti li jsiru sforzi internazzjonali u reġjonali ffukati sabiex il-kriżi Sirjana tissolva ; ikompli jħeġġeġ lill-membri kollha tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex jonoraw ir-responsabbilitajiet tagħhom rigward il-kriżi; iħeġġeġ lill-pajjiżi kollha li huma attivi fil-promozzjoni ta' soluzzjoni għall-kriżi biex jappoġġjaw dawn l-isforzi; jikkundanna lir-Russja, barra minn hekk, talli użat il-veto kontra bosta riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-kunflitt fis-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu rigward rapporti li, minkejja l-qerda tal-ħażniet iddikjarati tal-armi kimiċi tas-Sirja, jidher li reġgħu qed iseħħu attakki bil-gass tal-klorur f'Idlib u Aleppo;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jappoġġja l-prosekuzzjoni fil-Qorti Kriminali Internazzjonali ta' dawk l-individwi akkużati li wettqu attakki indiskriminati fuq il-popolazzjonijiet ċivili, li ċaħħdu lil min kien qed imut bil-ġuħ mill-għajnuna umanitarja, li użaw armi kimiċi kontra persuni innoċenti, u li organizzaw l-użu tat-tortura u tal-vjolenza sesswali, u jwiegħed li jkompli jaħdem biex min hu responsabbli jagħti kont ta' għemilu fis-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex iwessgħu r-reġim ta' sanzjonijiet biex ikopri aktar persuni u entitajiet responsabbli għal vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jesiġi li r-Russja tuża l-influwenza tagħha fuq ir-reġim ta' Assad biex itemm l-attakki kollha fuq in-nies ċivili fis-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Iħeġġeġ li n-negozjati politiċi jissuktaw f'Ġinevra taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti mill-aktar fis possibbli bil-għan li l-kunflitt jintemm u tittaffa t-tbatija tal-poplu Sirjan; jiddispjaċih ħafna, f'dan ir-rigward, dwar il-kollass tat-taħditiet bejn l-Istati Uniti u r-Russja intiżi biex isolvu l-kunflitt, u jħeġġeġ liż-żewġ naħat biex jissukatw in-negozjati mill-aktar fis possibbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Ifaħħar il-ġenerożità ta' dawk il-pajjiżi ġirien tas-Sirja li jipprovdu kenn għal kull min jaħrab mill-kunflitt; jilqa' wkoll l-appoġġ mill-UE, mill-Istati Membri tagħha u minn pajjiżi terzi fil-mobilizzazzjoni ta' fondi għall-appoġġ umanitarju li huwa meħtieġ b'urġenza;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jirrikonoxxi l-pressjoni sinifikanti li l-gwerra kkawżat fuq il-komunitajiet u l-finanzi tal-ġirien tas-Sirja u jkompli jħeġġeġ lill-komunità internazzjonali biex twettaq l-impenji meħuda waqt il-konferenza dwar l-Appoġġ għas-Sirja li saret f'Londra fi Frar 2016 biex jipprovdu appoġġ għal dawk milquta mill-gwerra; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Ifaħħar il-ħidma tal-Mibgħut Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti għas-Sirja, Staffan de Mistura, u ta' dawk kollha li huma impenjati biex jiżguraw soluzzjoni dejjiema u paċifika għall-kriżi kurrenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kunsill, u b'mod aktar wiesa' lill-komunità internazzjonali, biex ikomplu jimponu l-aktar sanzjonijiet iebsa possibbli fil-konfront ta' dawk kollha responsabbli għar-repressjoni vjolenti tal-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, u kontra dawk li jibbenefikaw mir-reġim jew li jappoġġjawh, u/jew ikunu assoċjati ma' tali persuni; jinnota, barra minn hekk, li d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2016 iżżid għal 234 l-għadd totali ta' persuni soġġetti għal projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar u għal iffriżar tal-assi minħabba r-repressjoni vjolenti tagħhom kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega Għarbija, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Għarbija Sirjana, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi ġirien tas-Sirja.</p>
</Section></Motion>