<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-1252/2016</Ref><Date>21.11.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja </p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2933(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96945">Marietje Schaake</Author>, <Author id="124766">Petras Auštrevičius</Author>, <Author id="125040">Beatriz Becerra Basterrechea</Author>, <Author id="124708">Dita Charanzová</Author>, <Author id="4335">Marielle de Sarnez</Author>, <Author id="1473">Gérard Deprez</Author>, <Author id="124709">Martina Dlabajová</Author>, <Author id="125101">José Inácio Faria</Author>, <Author id="135491">María Teresa Giménez Barbat</Author>, <Author id="28116">Marian Harkin</Author>, <Author id="124754">Ivan Jakovčić</Author>, <Author id="124707">Petr Ježek</Author>, <Author id="124866">Ilhan Kyuchyuk</Author>, <Author id="96670">Louis Michel</Author>, <Author id="129073">Urmas Paet</Author>, <Author id="125038">Maite Pagazaurtundúa Ruiz</Author>, <Author id="4253">Frédérique Ries</Author>, <Author id="134243">Jasenko Selimovic</Author>, <Author id="28316">Hannu Takkula</Author>, <Author id="124706">Pavel Telička</Author>, <Author id="97203">Ramon Tremosa i Balcells</Author>, <Author id="130100">Hilde Vautmans</Author>, <Author id="96677">Cecilia Wikström</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE593.686v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-1252/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja </span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2933" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2933">2016/2933(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew,</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b’mod partikolari dawk tas-6 ta’ Ottubru 2016 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0382" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0382/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0382</ANCHOR>.</p>
</footnote>, tat-12 ta’ April 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta’ approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0102" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0102/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0102</ANCHOR>.</p>
</footnote>, tal-4 ta’ Frar 2016 dwar il-qtil tal-massa sistematiku ta’ minoranzi reliġjużi mill-hekk imsejjaħ ‘ISIS/Da’esh’<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0051" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0051/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0051</ANCHOR>.</p>
</footnote>, u tal-21 ta’ Jannar 2016 dwar il-prijoritajiet tal-UE għas-sessjonijiet tal-UNHRC fl-2016<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0020" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0020/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0020</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, tat-12 ta’ Awwissu 2016 dwar l-aħħar l-atroċitajiet terroristiċi fis-Sirja u tas-16 ta’ Settembru 2016 dwar is-sitwazzjoni f’Aleppo,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, Federica Mogherini, u l-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni ċivili, Christos Stylianidis, tas-16 ta’ Settembru 2016 dwar is-Sirja, tal-20 ta’ Settembru 2016 dwar attakki mill-ajru kontra l-konvoj tal-għajnuna umanitarju tan-NU/tan-Nofs Qamar Aħmar tar-Repubblika Sirjana, tal-24 ta’ Settembru 2016 dwar is-sitwazzjoni f’Aleppo, tat-2 ta’ Ottubru 2016 dwar l-inizjattiva umanitarja urġenti f’Aleppo u tal-25 ta’ Ottubru 2016 dwar l-urġenza biex l-għajnuna umanitarja tilħaq Aleppo, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta’ Ottubru 2016 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar is-Sirja tat-18 u d-19 ta’ Frar 2016 u tal-20 u tal-21 ta' Ottubru 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tan-NU 2118, 2139, 2165, 2209, 2235, 2268, 2254 u 2258, tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-kummenti tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, Ban Ki-moon, tal-21 ta’ Settembru 2016 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja quddiem il-Kunsill tas-Sigurtà, u tal-24 ta’ Settembru 2016 dwar is-sitwazzjoni f’Aleppo, u d-dikjarazzjoni mill-kelliem tiegħu tat-30 ta’ Settembru 2016 dwar il-Bord ta’ Inkjesta fis-Sirja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta' Inkjesta dwar ir-Repubblika Għarbija tas-Sirja, stabbiliti mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi minkejja pawżi umanitarji unilaterali ddikjarati mill-Gvern tal-President Putin, bil-kooperazzjoni mar-reġim ta’ Assad, f’Aleppo, u t-taħdidiet diplomatiċi li għaddejjin f’Ġinevra, it-tbatija umana tal-poplu Sirjan għadha ma ntemmitx; billi aktar minn erba’ miljun ruħ qed jgħixu fi bliet assedjati u f’żoni li diffiċli jintlaħqu fejn l-infrastruttura essenzjali tal-elettriku u tal-ilma ġiet meqruda; billi hemm kriżi ta’ saħħa permanenti f’Aleppo u madwar is-Sirja; billi, skont l-UNICEF, aktar minn żewġ terzi ta’ Sirjani fir-reġjun m’għandhomx aċċess regolari għall-ilma u kważi 6 miljun tifel u tifla jinsabu fi bżonn urġenti ta’ għajnuna vitali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-pjanijiet tan-NU li tevakwa persuni ċivili midruba b’mod kritiku minn Aleppo waqt pawżi umanitarji unilaterali ddikjarati minn Putin u Assad ma rnexxewx u l-ebda assistenza umanitarja ma kienet kapaċi tilħaq il-partijiet tal-Lvant ta’ Aleppo taħt assedju minn Lulju 2016; billi dawn il-pawżi ma jistgħux iservu ta’ sostitut għal aċċess umanitarju mingħajr restrizzjonijiet u imparzjali u jiżguraw il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili fuq perjodu ta’ żmien itwal; billi ċ-ċittadini li jixtiequ jevakwaw għandhom jitħallew jagħmlu dan mingħajr ebda restrizzjoni, mill-partijiet kollha fil-kunflitt; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-pajjiżi u l-partijiet kollha involuti fil-kunflitt għandhom jiġu mfakkra dwar l-obbligi tagħhom skont ir-Riżoluzzjoni 2254 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, b’mod partikolari l-obbligu li jwaqqfu kull attakk kontra ċivili u infrastruttura ċivili u l-obbligu li jiżguraw l-aċċess umanitarju madwar il-pajjiż; billi l-Unjoni Ewropea għandha tuża l-istrumenti kollha tagħha, inkluż l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet, sabiex tiżgura konformità sħiħa mill-partijiet kollha ma’ din ir-riżoluzzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi aktar minn 400 000 persuna, fil-parti l-kbira tagħhom nies ċivili, tilfu ħajjithom sa mill-bidu tal-kunflitt fis-Sirja fl-2011; billi ksur massiv u rikorrenti tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali ġie mwettaq min-naħat kollha fil-kunflitt, inkluż qtil illegali, tortura u trattament ħażin, arresti tal-massa u arbitrarji, attakki immirat u mingħajr distinzjoni kontra ċ-ċivili, kastig kollettiv, attakki kontra persunal mediku u ċaħda ta’ ikel u ilma; billi r-reġimi ta’ Assad u ta’ Putin jużaw il-ġuħ bħala arma tal-gwerra, inkluż billi jibblokkaw l-aċċess għal dawk fil-bżonn u l-imblukkar tal-kunsinna ta’ oġġetti ta’ emerġenza; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta’ Inkjesta dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana, mogħtija mandat mill-Istati Uniti, flimkien ma’ gruppi tad-drittijiet tal-bniedem, ġabru provi li mill-inqas 200 000 persuna ġew arrestati mill-Gvern Sirjan f’kundizzjonijiet inumani ta’ detenzjoni; billi eluf ta’ Sirjani mietu fil-kustodja tal-Gvern Sirjan f’dawn l-aħħar snin dovut għat-tortura u l-mard; billi l-għajbien sfurzat u abbużi orribbli fuq il-ħabsin huma mifruxa; billi l-awtoritajiet Sirjani ppruvaw iżommu informazzjoni dwar il-faċilitajiet ta’ detenzjoni sigrieti tagħhom, billi irrifjutaw l-aċċess għal moniters ta’ detenzjoni rikonoxxuti b’mod internazzjonali; billi l-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (KISA), sa mill-2011, tħalla biss iżur ftit ħabsijiet; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi r-reġim Sirjan juża assedji mtawla, imblokki, evakwazzjonijiet furzati u pawżi umanitarji imposti mill-President Putin u r-reġim ta’ Assad biex ibiddel id-demografija ta’ bliet Sirjani; billi tali attakki u evakwazzjonijiet minnhom infushom jikkostitwixxu ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali; billi r-reġim Sirjan ġiegħel lir-residenti tas-subborgi ta’ Damasku u Homs, li qabel kienu ikkontrollati mill-forzi tal-oppożizzjoni, jirrilokaw fil-Provinċja ta’ Idlib; billi r-reġim Sirjan juża imblokkar tal-għajnuna, l-ikel u l-prodotti essenzjali kif ukoll lil-bombardamenti mmirati lejn iċ-ċivili, inklużi l-isptarijiet, biex jisposta b’mod furzat l-abitanti tal-Lvant ta’ Aleppo; billi t-trasferiment involontarju ta’ nies li jirriżulta se jwassal għal tqassim ulterjuri tal-pajjiż; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-vjolenza u d-delitti kontra persuni ċivili, in-nuqqas ta’ aċċess għal ikel, ilma, għajnuna medika u oġġetti ta’ emerġenza, it-trattament deplorabbli tal-persuni fil-ħabsijiet u fil-faċilitajiet ta’ detenzjoni u l-emerġenza tal-estremiżmu u l-ġiħadiżmu huma raġunijiet biex iċ-ċivili Sirjani jaħarbu minn djarhom; billi 50 % tal-popolazzjoni Sirjana ġiet spostata; billi attwalment hemm aktar minn 6.5 miljun persuna spostati internament fis-Sirja; billi 4.5 miljun rifuġjat Sirjan ħarbu lejn it-Turkija, il-Libanu, il-Ġordan, l-Eġittu u l-Iraq; billi madwar 1 miljun rifuġjat Sirjan ħarbu lejn l-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-bord ta’ esperti indipendenti u newtrali tal-Mekkaniżmu Investigattiv Konġunt (MIK) tan-NU ħareġ it-tielet rapport fit-28 ta’ Ottubru 2016, li sab li l-forzi tal-Gvern Sirjan użaw ħelikopters biex iwaqqgħu bettija (<span font-style="italic">barrel bombs</span>) mimlija b’sustanzi kimiċi tossiċi fit-tielet inċident, wara li provi dwar l-użu ta’ sustanzi kimiċi tossiċi kienu diġà nstabu f’żewġ inċidenti preċedenti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-Gvern Sirjan aċċeda għall-Konvenzjoni dwar Armi Kimiċi fl-14 ta’ Ottubru 2013; billi r-reġim Sirjan stqarr li kien ipprovda lista sħiħa tal-ħażniet tal-armi kimiċi tiegħu f’Settembru 2013; billi dawn l-armi kimiċi ġew sussegwentement meqruda taħt missjoni mmexxija mill-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW); billi f’April 2015 u Awwissu 2016, sptarijiet irrappurtaw l-użu ta’ gass tal-kloru mir-reġim ta’ Assad, inkluż f’Aleppo; billi l-OPCW ripetutament sabet traċċi ta’ armi u aġenti kimiċi f’laboratorji u faċilitajiet militari li ma ġewx irrappurtati lill-OPCW mir-reġim ta’ Assad; billi l-OPCW għandha provi tal-użu ta’ gass sulphur mustard mill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku waqt attakk fuq Marea f’Awwissu 2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi l-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku għadu jikkontrolla partijiet kbar tas-Sirja, inklużi l-hekk imsejħa kapitali ta’ Raqqa; billi l-militanti tal-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku qed jikkommetti delitti serji tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, inklużi ġenoċidju kontra minoranzi etniċi u reliġjużi, atti ta’ tortura estrema, il-qerda tal-wirt kulturali, skjavitù, forom estremi ta’ vjolenza sesswali kontra l-bniet u n-nisa, iż-żwieġ furzat, ir-reklutaġġ ta’ suldati tfal u t-traffikar tal-bnedmin; billi l-karattru transnazzjonali tal-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku joħloq theddida għar-reġjun usa’ u għas-sigurtà internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi dawn ir-reati s’issa għadhom ma ġewx ikkastigati; billi dawk kollha responsabbli minn vjolazzjonijiet ta’ dritt internazzjonali għandhom jinżammu responsabbli; billi l-obbligu ta’ rendikont, il-ġustizzja, l-istat ta’ dritt u l-ġlieda kontra l-impunità huma elementi essenzjali li jikkostitwixxu s-sisien tal-paċi u tar-riżoluzzjoni tal-kunflitti, l-isforzi  ta’ rikonċiljazzjoni u ta’ rikostruzzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi fis-16 ta’ Novembru 2016 r-Russja ddeċidiet li tirtira l-firma tagħha tal-Istatut ta’ Ruma;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi l-azzjonijiet militari ġodda tal-Forzi Demokratiċi Sirjani, appoġġati minn koalizzjoni mmexxija mill-Istati Uniti, qed iħejju għal-liberazzjoni fit-Tramuntana tas-Sirja, u b’mod partikolari Raqqa, mill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku; billi s-suċċess fit-tul ta’ dawn l-azzjonijiet huwa dipendenti fuq il-koordinazzjoni msaħħa bejn is-sħab kollha fil-ġlieda kontra l-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem bażiċi ta’ persuni ċivili li jgħixu f’dan ir-reġjun u fokus fuq l-istabbiliment mill-ġdid tal-governanza lokali u r-rikonċiljazzjoni wara l-kunflitt; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi l-atturi reġjonali għad għandhom rwol mhux kostruttiva fil-kunflitt Sirjan permezz ta’ politiku u loġistiku u l-armar ta’ gruppi armati, milizzji u militanti u organizzazzjonijiet terroristiċi; billi l-appoġġ Iranjan, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ gruppi bi prokura, jippermetti lir-reġim ta’ Assad jissokta bl-attakki brutali kontra l-popolazzjoni Sirjana; billi l-militanti u gruppi terroristiċi, inkluż il-Hezbollah appoġġati mill-Iran, ikomplu jiġġieldu kontra gruppi tal-oppożizzjoni appoġġati mill-koalizzjoni internazzjonali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi l-UE hija l-kontributur ewlieni ta’ għajnuna umanitarja fis-Sirja; billi n-nuqqas ta’ pożizzjoni komuni tipprevjeni tmexxija tal-UE aktar b’saħħitha lejn soluzzjoni negozjata għall-gwerra fis-Sirja; billi l-UE għandha ssaħħaħ ir-rwol u l-influwenza tagħha f’dan ir-rigward u għandha tressaq strateġiji ġodda biex tiffaċilita t-taħditiet ta’ paċi li għadhom għaddejjin; billi l-VP/RGħ u l-Kummissjoni impenjaw ruħhom li jimplimentaw strateġija tal-UE għas-Sirja fl-ewwel kwart tal-2017; billi wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew il-VP/RGħ, taħt din l-Istrateġija, żaret l-Iran u l-Arabja Sawdija bħala parti mill-involviment ta’ atturi ewlenin fir-reġjun dwar il-futur tas-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.  billi l-partijiet kollha għandhom jerġgħu jiġu mfakkra dwar il-ħtieġa li jintemm il-kunflitt fis-Sirja permezz ta’ djalogu paċifiku u l-ħtieġa għal proċess politiku mmexxi mis-Sirjani li jwassal għal transizzjoni li tilħaq l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu Sirjan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Huwa mħasseb ħafna dwar id-diżastru umanitarju fis-Sirja u l-impass tan-negozjati ta’ paċi; itenni li l-partijiet kollha fil-kunflitt għandhom l-obbligu morali li jiżguraw b’mod sħiħ il-protezzjoni tal-ħaddiema umanitarji u tal-persuni ċivili f’kull ħin; jistieden lill-partijiet kollha biex jippermettu aċċess umanitarju mingħajr xkiel u kontinwu u l-forniment ta’ oġġetti ta’ emerġenza, b’mod partikolari liż-żoni assedjati u li diffiċli jintlaħqu; jappella għad-dikjarazzjoni ta’ żona mingħajr titjir f’Aleppo, li tippermetti l-konsenja ta’ għajnuna umanitarja u l-evakwazzjoni ta’ persuni ċivili midruba;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Iħeġġeġ lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt sabiex ikomplu u jintensifikaw in-negozjati politiċi malajr kemm jista’ jkun f’antiċipazzjoni ta’ tregwa ġdida u stabbli, li għandha tinkludi dispożizzjonijiet li jiżguraw il-ġustizzja tranżitorja wara l-kunflitti fis-Sirja; jenfasizza li dawn it-taħdidiet ta’ paċi għandhom iwasslu għal waqfien mill-ġlied u tranżizzjoni politika mmexxija mis-Sirjani u bi sjieda Sirjana; jappoġġa bis-sħiħ it-taħditiet ta’ paċi u l-isforzi tal-Mibgħut Speċjali tan-NU, Staffan de Mistura; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jistieden lir-reġim ta’ Assad u lill-President Putin biex iwaqqfu immedjatament l-attakki kollha fuq iċ-ċivili u fuq l-infrastruttura ċivili, u biex itemmu l-assedji kollha u n-nuqqas ta’ aċċess umanitarju lill-poplu Sirjan fil-bżonn; jistieden lill-President Putin biex speċifikament jastjeni minn kwalunkwe azzjoni militari u attakk indiskriminat mill-bastimenti tal-gwerra tar-Russja fil-Baħar Mediterran kontra ċ-ċivili fis-Sirja; ifakkar li l-attakki militari ma jistgħux iġibu rebħ jew jimponu l-paċi, iżda biss jestendu t-tixrid tad-demm;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jitlob li jiġu imposti sanzjonijiet fuq ir-reġim ta’ Putin fir-Russja jekk ikompli jikser ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u jekk ikompli jwettaq delitti ta’ gwerra fis-Sirja; jiddeplora serjament in-nuqqas tal-Kunsill Ewropew fl-20 ta’ Ottubru 2016 li jilħaq ftehim dwar sanzjonijiet kontra r-reġim ta’ Putin fir-Russja dovuti għall-attakki tiegħu kontra l-popolazzjoni Sirjana; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri sabiex jipprovdu appoġġ sħiħ biex in-NU u l-OPCW biex dawn ikomplu jinvestigaw l-użu u d-distruzzjoni ta’ armi kimiċi min-naħat kollha fis-Sirja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  B’urġenza jistieden lill-VP/RGħ, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill Ewropew biex b’mod espliċitu jużaw il-mezzi kollha ta’ influwenza għad-dispożizzjoni tagħhom biex jiżguraw li l-Iran ma jwettaqx ir-rwol distruttiv tiegħu fil-kunflitt Sirjan; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jistieden lill-partijiet kollha fis-Sirja b’kontroll tal-ħabsijiet u l-faċilitajiet ta’ detenzjoni biex jagħtu lil organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluż l-ICRC, aċċess bla xkiel għal dawn il-faċilitajiet u għall-persuni miżmuma jew detenuti hemmhekk; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Itenni l-kundanna qawwija tiegħu tal-atroċitajiet imwettqa mir-reġim ta’ Assad, mill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku, minn Al-Nusra u organizzazzjonijiet terroristiċi oħra, li jistgħu jitqiesu bħala delitti serji tal-gwerra u delitti kontra l-umanità; jitlob biex il-provi, diġitali jew ta’ tip ieħor, ta’ dawn id-delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità mwettqa min-naħat kollha jkunu ppreservati bħala prijorità fundamentali sabiex tiġi żgurata r-responsabilità u biex b-awturi jitressqu quddiem il-ġustizzja; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jinbeda immedjatament il-ġbir ta’ provi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jistieden lill-partijiet kollha involuti f’azzjonijiet militari biex jirrispettaw id-dritt umanitarju u d-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u jirrispettaw il-prinċipji tal-proporzjonalità u tad-distinzjoni, sabiex jitnaqqas l-ammont ta’ vittmi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jesprimi s-solidarjetà profonda tiegħu għall-persuni Sirjani li jgħixu fl-inħawi assedjati ta' Aleppo u fis-Sirja kollha, inklużi ħafna tfal, li ma għandhomx aċċess għall-provvisti umanitarji essenzjali u li jinsabu fi bżonn estrem ta' ikel, ilma nadif u provvisti mediċi; jenfasizza li r-reġim Sirjan għandu r-responsabbiltà primarja li jipproteġi l-popolazzjoni Sirjana; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jiddeplora bil-qawwa l-klima ta’ impunità għal min iwettaq delitti serji matul il-gwerra fis-Sirja; iqis li n-nuqqas ta’ responsabilità jwassal għal aktar atroċitajiet u jkompli jżid it-tbatija tal-vittmi; jiddeplora f’dan ir-rigward il-veto tar-Russja u ċ-Ċina bħala Membri Permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU kontra r-riferiment tas-sitwazzjoni tas-Sirja quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jieħdu passi ġodda biex jindirizzaw din id-diskrepanza fl-impunità, jekk ikun meħtieġ billi jwaqqfu tribunal tad-delitti tal-gwerra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jibqa’ konvint li ma jistax ikun hemm riżoluzzjoni tal-kunflitti effikaċi, rikonċiljazzjoni u paċi sostenibbli fis-Sirja mingħajr ma tittieħed responsabilità min-naħat kollha għad-delitti mwettqa matul il-kunflitt; iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex iġiegħlu lil dawk li jabbużaw jirrispondu għal għemilhom, notevolment permezz tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-ġurisdizzjoni universali u permezz tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ ċittadini tal-UE responsabbli minn delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità fis-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jagħmlu pressjoni fuq il-partijiet kollha fil-kunflitt fis-Sirja biex jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u d-dispożizzjonijiet umanitarji tar-Riżoluzzjoni 2139 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, inkluż billi jtemmu l-prattika ta’ tortura u trattament ħażin ieħor, u jitlob aċċess immedjat u mingħajr xkiel lill-osservaturi internazzjonali rikonoxxuti ta’ detenzjoni għall-persuni kollha mċaħħda mil-libertà tagħhom fis-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jilqa’ b’sodisfazzjon iż-żieda ta’ 17-il ministru u l-gvernatur tal-Bank Ċentrali tas-Sirja mal-lista ta’ dawk li jinsabu fil-mira ta’ miżuri restrittivi tal-UE, minħabba s-sehem tagħhom ta’ responsabilità fir-repressjoni tal-popolazzjoni ċivili fil-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jilqa' u jissottolinja l-importanza kritika tal-ħidma tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali u internazzjonali fid-dokumentazzjoni tal-evidenza ta' delitti tal-gwerra, ta' delitti kontra l-umanità u vjolazzjonijiet oħra; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jipprovdu aktar għajnuna u għajnuna kompluta lil dawn il-parteċipanti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jilqa’ l-prijoritajiet tas-sħubija u l-patti mal-Libanu għall-perjodu 2016–2020 u l-prijoritajiet tas-sħubija u l-patt li għad iridu jiġu konklużi mal-Ġordan għall-perjodu 2016–2018; jinnota li l-patti huma l-qafas li permezz tiegħu l-impenji reċiproċi li saru waqt il-konferenza f'Londra dwar “<span font-style="italic">Supporting Syria and the Region</span>” (Konferenza dwar l-Appoġġ għas-Sirja u r-Reġjun) tal-4 ta’ Frar 2016 jissarfu f'azzjonijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Jinsisti dwar l-importanza għall-UE u għall-Membri tagħha li jippjanaw irkupru fuq żmien twil u rikostruzzjoni tas-Sirja, inkluż permezz ta' mezzi u miżuri finanzjarji mfassla biex jippromwovu r-rikonċiljazzjoni, iħeġġu l-fiduċja u jsaħħu l-istat tad-dritt; itenni s-sostenn totali tiegħu favur l-inizjattiva umanitarja li għaddejja tal-UE għal Aleppo u jħeġġeġ lill-partijiet kollha jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.  Jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġaw il-kapaċità u l-bini ta’ soċjetà ċivili fis-Sirja, inkluż ma’ u permezz ta’ atturi li jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza, id-demokrazija u l-għoti ta’ setgħat, u, fejn possibbli, biex jibdew diġà dan il-proċess f’territorji liberati fis-Sirja u mar-rifuġjati Sirjani li jgħixu fl-asil fir-reġjun jew fl-Ewropa; jenfasizza li dan il-bini ta’ kapaċità għandu jappoġġa lill-persuni Sirjani biex jiggwidaw it-tranżizzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.  Iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew jieħu passi ġodda biex jiżgura difiża Ewropea effettiva biex jiġu indirizzati l-isfidi fir-reġjuni ġirien tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.  Jagħti istruzzjonijiet lil-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lin-Nazzjonijiet Uniti, lill-Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għas-Sirja, lill-membri tal-Grupp Internazzjonali ta' Appoġġ għas-Sirja, u lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt fis-Sirja.</p>
</Section></Motion>