<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-1253/2016</Ref><Date>21.11.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo>
imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà
</Title-NextTo><Title-Recueil>
skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura
dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja
(2016/2933(RSP))
</Doc-Ref><Blk-Author>
<Author id="39711">Victor Boştinaru</Author>, <Author id="125045">Clara Eugenia Aguilera García</Author>, <Author id="125110">Nikos Androulakis</Author>, <Author id="124936">Maria Arena</Author>, <Author id="96680">Zigmantas Balčytis</Author>, <Author id="125002">Hugues Bayet</Author>, <Author id="124867">Brando Benifei</Author>, <Author id="125044">José Blanco López</Author>, <Author id="96681">Vilija Blinkevičiūtė</Author>, <Author id="112748">Biljana Borzan</Author>, <Author id="125041">Soledad Cabezón Ruiz</Author>, <Author id="124851">Nicola Caputo</Author>, <Author id="96880">Andrea Cozzolino</Author>, <Author id="40224">Andi Cristea</Author>, <Author id="95281">Viorica Dăncilă</Author>, <Author id="23868">Monika Flašíková Beňová</Author>, <Author id="124790">Doru-Claudian Frunzulică</Author>, <Author id="4533">Neena Gill</Author>, <Author id="124864">Michela Giuffrida</Author>, <Author id="103488">Sergio Gutiérrez Prieto</Author>, <Author id="125109">Eva Kaili</Author>, <Author id="124735">Miapetra Kumpula-Natri</Author>, <Author id="124883">Krystyna Łybacka</Author>, <Author id="124868">Alessia Maria Mosca</Author>, <Author id="88882">Victor Negrescu</Author>, <Author id="28166">Vincent Peillon</Author>, <Author id="124846">Pina Picierno</Author>, <Author id="37229">Kati Piri</Author>, <Author id="124699">Miroslav Poche</Author>, <Author id="125099">Liliana Rodrigues</Author>, <Author id="125043">Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández</Author>, <Author id="33989">Daciana Octavia Sârbu</Author>, <Author id="124948">Siôn Simon</Author>, <Author id="124703">Tibor Szanyi</Author>, <Author id="124793">Claudia Țapardel</Author>, <Author id="4334">Elena Valenciano</Author>, <Author id="124963">Julie Ward</Author>, <Author id="124739">Carlos Zorrinho</Author>, <Author id="96840">Knut Fleckenstein</Author>, <Author id="124746">Andrejs Mamikins</Author>
</Blk-Author>
f'isem il-Grupp S&D
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE593.687v01-00</Num-PE></Cover>
<Ref>B8-1253/2016</Ref><Title-Section>
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja
(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2933" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2933">2016/2933(RSP)</ANCHOR>)
</Title-Section>
Il-Parlament Ewropew,
–  wara li kkunsidra l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,
–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-ISIS/Da'esh u l-Front al-Nusra u dawk dwar il-kunflitt fir-Repubblika Għarbija Sirjana, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet 2118 (2013), 2139 (2014), 2165 (2014), 2191 (2014), 2199 (2015), 2254 (2015), 2258 (2015) u 2268 (2016),
–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sirja, inkluża dik tas-6 ta' Ottubru 2016<footnote>
Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0382" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0382/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0382</ANCHOR>.
</footnote>,
–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-17 ta' Ottubru 2016 tal-Kunsill dwar is-Sirja,
–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-20 ta' Ottubru 2016 tal-Kunsill Ewropew dwar ir-relazzjonijiet esterni,
–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-17 ta' Novembru 2016 tal-Viċi President/Rappreżentant Għoli Federica Mogherini dwar ir-Russja u l-Qorti Kriminali Internazzjonali,
–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A.  billi l-battalji għadhom għaddej bl-istess intensità fis-Sirja u billi s-sitwazzjoni umanitarja kompliet tmur għall-agħar; billi l-popolazzjonijiet tal-Lvant ta' Aleppo u ta' bliet assedjati oħrajn qed isofru minn nuqqas kbir ta' ikel u provvisti mediċi bażiċi, fosthom il-belt ta' Zabadani li hija okkupata mir-ribelli, u l-irħula ta' Kefraya u Foua, li huma kkontrollati mill-gvern, fil-provinċja ta' Idlib;
B.  billi l-partijiet kollha fil-kunflitt wettqu vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali, inkluż l-użu ta' armi mingħajr distinzjoni, bombi inċendjarji, bombi bettija u li jkissru l-bunkers, f'żoni ċivili, kif ukoll sustanzi mniżżla bħala armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta' Armi Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom; billi ma kien hemm l-ebda rispett tal-prinċipji ta' prekawzjoni u ta' proporzjonalità; billi kien hemm żoni ċivili, skejjel, sptarijiet, ħaddiema umanitarji u kampijiet tar-rifuġjati li sfaw intenzjonalment fil-mira; billi d-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità m'għandhomx jgħaddu mingħajr ma jiġu kkastigati;
C.  billi d-dinja kienet ripetutament ixxukkjata bl-atroċitajiet imwettqa mill-ISIS/Da'esh u minn gruppi ġiħadisti oħrajn, bl-użu ta' eżekuzzjonijiet brutali, kif ukoll bil-'vjolenza sesswali, ħtif, tortura, konverżjonijiet furzati u skjavitù tan-nisa u l-bniet, li ma ssemmewx; billi tfal ġew reklutati u użati f'attakki terroristiċi; billi hemm tħassib serju dwar il-benessri tal-popolazzjoni li bħalissa tinsab taħt il-kontroll tal-ISIS/Da'esh u dwar l-użu possibbli tagħhom bħala tarki umani matul il-kampanja għall-ħelsien;
D.  billi l-atturi armati kollha, inkluża r-Russja u l-forzi l-oħra kollha involuti fl-attakki mill-ajru, jeħtieġ li jirrispettaw il-liġi umanitarja internazzjonali bis-sħiħ u ma jkollhomx fil-mira intenzjonata tagħhom in-nies ċivili u l-infrastruttura ċivili ewlenija;
E.  billi s-Sirja ffirmat, iżda ma rratifikatx, l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI); billi s-Segretarju Ġenerali tan-NU, Ban Ki-moon, kemm-il darba ħeġġeġ lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex jirreferi s-sitwazzjoni fis-Sirja lill-QKI; billi r-Russja u ċ-Ċina jimblokkaw kull progress dwar ir-responsabbiltà fis-Sirja billi jużaw il-veto tagħhom għal kull riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà li tagħti lill-Qorti l-mandat biex tinvestiga d-delitti tal-waħx imwettqa matul il-kunflitt fis-Sirja; billi dan in-nuqqas ta' responsabbiltà jagħti lok għal aktar atroċitajiet u jkompli jżid it-tbatija tal-vittmi;
1.  Jesprimi għal darb' oħra t-tħassib mill-aktar serju tiegħu dwar il-ġlied li qed ikompli fis-Sirja u s-sitwazzjoni umanitarja li marret għall-agħar; jikkundanna l-impedimenti għat-twassil ta' għajnuna umanitarja; jisħaq li l-ikkawżar intenzjonat tal-ġuħ fost il-popolazzjoni huwa pprojbit mid-dritt umanitarju internazzjonali; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jiżguraw li l-għajnuna umanitarja tilħaq lill-persuni kollha fil-bżonn fis-Sirja u biex jitħallew minnufih isiru evakwazzjonijiet mediċi mil-Lvant ta' Aleppo u mill-inħawi l-oħra assedjati kollha;
2.  Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-atroċitajiet u l-ksur fuq skala kbira tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali mwettqa mill-forzi ta' Assad bl-appoġġ tar-Russja u ta' milizzji appoġġati mill-Iran, kif ukoll l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u l-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali minn gruppi armati mhux statali, b'mod partikolari mill-ISIS/Da'esh, il-Front al-Nusra u gruppi ġiħadisti oħrajn;
3.  Huwa daqstant inkwetat, filwaqt li jtenni t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant ta' Aleppo, kif ukoll il-kundanna tiegħu għall-bumbardamenti mill-ajru mir-reġim ta' Assad u r-Russja ta' dawn l-aħħar ġimgħat, dwar l-għadd kbir ta' rokits sparati b'mod indiskriminat f'dawn l-aħħar jiem minn gruppi ta' oppożizzjoni armati fuq il-Punent ta' Aleppo u dwar il-vittmi ċivili konsegwenti; jenfasizza l-ħtieġa li l-partijiet kollha juru l-akbar attenzjoni u jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jipproteġu liċ-ċivili, irrispettivament mill-identità etnika jew mit-twemmin reliġjuż jew konfessjonali tagħhom;
4.  Jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġaw b'mod attiv l-inkjesta speċjali dwar l-avvenimenti f'Aleppo, ordnata mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem f'Ottubru 2016 u mwettqa mill-Kummissjoni Internazzjonali ta' Inkjesta dwar is-Sirja, bil-ħsieb li jiġu identifikati dawk kollha responsabbli għall-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali f'Aleppo, b'mod partikolari l-attakki faħxin kontra l-infrastruttura ċivili, l-iskejjel u l-sptarijiet;
5.  Jinsab ferm konvint li ma jista' jkun hemm l-ebda soluzzjoni militari għall-kunflitt; jappella sabiex it-taqbid jieqaf minnufih u għal waqfien mill-ġlied stabbli li jwitti t-triq biex jerġgħu jinbdew in-negozjati dwar it-transizzjoni politika tal-pajjiż; huwa mħasseb li r-Russja qed issaħħaħ ferm il-qawwa navali tagħha fil-Lvant tal-Mediterran u dwar it-tiġdid tal-attakki mill-ajru fuq skala kbira, li jistgħu jwasslu wkoll għal intensifikazzjoni ulterjuri tal-attakki fuq il-Lvant ta' Aleppo; iħeġġeġ lis-setgħat dinjin u reġjonali ewlenin kollha jeżerċitaw l-influwenza tagħhom fuq il-gvern tas-Sirja u l-oppożizzjoni Sirjana biex titwaqqaf il-gwerra ċivili, jinħolqu l-kundizzjonijiet għat-tnedija mill-ġdid tal-proċess ta' paċi, jittieħdu miżuri ta' bini ta' fiduċja, u biex jiġi ggarantit aċċess umanitarju rapidu, bla xkiel, u sikur;
6.  Jilqa' u jappoġġa bis-sħiħ l-inizjattivi diplomatiċi riċenti tal-VP/RGħ Federica Mogherini bl-għan li jġibu lura fuq il-mejda tan-negozjati lill-partijiet involuti fil-kunflitt u biex jitnieda mill-ġdid il-proċess politiku f'Ġinevra; jinnota b'interess it-taħditiet reġjonali li kellha mal-Iran u l-Arabja Sawdija, u jqis l-attivitajiet tagħha bħala ta' valur miżjud u kontribut siewi għall-isforzi tal-Mibgħut Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Staffan de Mistura; jenfasizza r-rwol li jista' jkollha l-UE fir-rikostruzzjoni u r-rikonċiljazzjoni ta' wara l-kunflitt; itenni s-sostenn totali tiegħu favur l-inizjattiva umanitarja attwali tal-UE għal Aleppo, u jħeġġeġ lill-partijiet kollha jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tagħha;
7.  Iħeġġeġ lill-partijiet kollha jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw is-sigurtà u s-sikurezza tal-persunal kollu involut f'attivitajiet ta' għajnuna umanitarja fis-Sirja; ifakkar li kull attakk intenzjonat fuq il-ħaddiema umanitarji huwa delitt tal-gwerra; jitlob li ssir inkjesta indipendenti dwar l-inċidenti kollha, u jistenna li dawk responsabbli jagħtu kont ta' għemilhom;
8.  Itenni s-sejħa drammatika tar-rappreżentant tal-UNICEF fis-Sirja, b'segwitu tal-attakki numerużi fuq skejjel u fuq faċilitajiet edukattivi oħra, fejn ħeġġeġ lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt u lil dawk li għandhom influwenza fuqhom biex jagħmlu l-protezzjoni tat-tfal prijorità u biex jirrispettaw l-obbligi tagħhom skont id-dritt umanitarju internazzjonali;
9.  Jinsab allarmat dwar l-allegazzjonijiet li l-partijiet fit-taqbida qed ikomplu jużaw sustanzi mniżżla fil-lista tal-armi kimiċi taħt il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta' Armi Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom; jinsisti bil-qawwa li dawk responsabbli għall-użu ta' armi kimiċi għandhom jinżammu responsabbli; jappoġġa l-estensjoni tal-mandat tal-Mekkaniżmu ta' Investigazzjoni Konġunt tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW), bil-ħsieb li tiġi stabbilita r-responsabbiltà għall-użu tal-armi kimiċi fis-Sirja;
10.  Jinsisti fuq il-bżonn li jiġi żgurat li min wettaq ksur u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali jagħti kont ta' għemilu; huwa tal-fehma li l-kwistjoni tar-responsabbiltà għad-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità m'għandhiex tiġi ppolitiċizzata; l-obbligu li jiġi rrispettat id-dritt umanitarju internazzjonali f'kull ċirkostanza jirreferi għall-partijiet kollha involuti fil-kunflitt; kull min iwettaq dawn id-delitti kriminali għandu jkun konxju li se jiffaċċja l-ġustizzja, f'xi mument jew ieħor;
11.  Jenfasizza li l-ħtieġa li jiġu protetti ċ-ċivili fis-Sirja hija tal-ogħla importanza għal kwalunkwe proċess politiku; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw li dawk kollha responsabbli għal vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali jiffaċjaw il-ġustizzja permezz ta' mekkaniżmi tal-ġustizzja kriminali internazzjonali jew qrati tal-ġustizzja nazzjonali li jkunu adegwati u imparzjali, skont il-prinċipju tal-ġurisdizzjoni universali; jilqa' l-ewwel investigazzjonijiet fuq il-bażi ta' dan il-prinċipju li qed iseħħu fil-Ġermanja, Franza u l-Isvezja bil-ħsieb tal-prosekuzzjoni tal-kriminali tal-gwerra li issa jgħixu fl-Ewropa, u jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni jiżviluppaw linji gwida għall-implimentazzjoni ta' dan il-prinċipju minn Stati Membri oħra wkoll; itenni l-appoġġ tiegħu għar-riferiment tal-każ tas-Sirja lill-QKI iżda, fid-dawl tal-inabilità tal-Kunsill tas-Sigurtà li jiddelibera dwar din il-kwistjoni, itenni t-talba tiegħu biex l-UE u l-Istati Membri jmexxu l-isforzi fi ħdan l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-istabbiliment ta' Rapporteur Speċjali dwar id-delitti tal-gwerra fis-Sirja, u biex jikkunsidraw li jmexxu l-idea ta' Tribunal għad-Delitti tal-Gwerra fis-Sirja, bis-sehem u l-appoġġ tal-istati kollha tan-NU li jippromwovu l-ġustizzja internazzjonali; ladarba l-kunflitt jintemm, u bil-għan li tiġi promossa r-rikonċiljazzjoni, jenfasizza l-importanza tas-sjieda Sirjana tal-proċess;
12.  Jiddeplora d-deċiżjoni tal-President Russu Vladimir Putin li jirtira mill-QKI, filwaqt li jinnota li l-Federazzjoni Russa għadha qatt ma rratifikat l-Istatut ta' Ruma u li ż-żmien li fih ittieħdet id-deċiżjoni jimmina l-kredibbiltà tal-pajjiż u jwassal biex jitfasslu konklużjonijiet dwar l-impenn tiegħu favur il-ġustizzja internazzjonali;
13.  Jesprimi tħassib dwar id-detenzjoni illegali, it-tortura, it-trattament ħażin, l-għajbien furzat u l-qtil tad-detenuti fil-ħabsijiet tar-reġim u fiċ-ċentri ta' detenzjoni sigrieta mmexxija minn milizzji appoġġati minn barra l-pajjiż; jistieden lill-awtoritajiet Sirjani li jimmaniġġjaw dawn iċ-ċentri ta' detenzjoni biex itemmu l-eżekuzzjonijiet u t-trattamenti inumani kollha u jagħtu lin-Nazzjonijiet Uniti jew xi parti newtrali oħra – bħal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (KISA) – aċċess immedjat għas-siti kollha kkonċernati, sabiex ikunu jistgħu jwettqu monitoraġġ tas-sitwazzjoni u jipprovdu informazzjoni u appoġġ lill-familji tad-detenuti;
14.  Jilqa' r-rieżami tal-miżuri restrittivi tal-UE kontra s-Sirja u individwi li jaqsmu r-responsabbiltà għar-repressjoni tal-popolazzjoni ċivili fil-pajjiż; jenfasizza li l-UE għandha tikkunsidra l-għażliet disponibbli kollha biex tiddefinixxi l-konsegwenzi għall-aktar vjolazzjonijiet u abbużi faħxin tad-drittijiet tal-bniedem mill-awturi kollha tagħhom jekk l-atroċitajiet u n-nuqqas ta' rispett sfaċċat għad-dritt umanitarju jibqgħu għaddejjin;
15.  Jenfasizza l-importanza li b'mod effikaċi jitnaqqas l-aċċess għall-iffinanzjar u l-finanzjament tal-attivitajiet ta' Da'esh, li jiġu arrestati l-ġellieda barranin u li jitwaqqaf il-fluss tal-armi lill-gruppi ġiħadisti; jistieden lill-oppożizzjoni Sirjana biex b'mod ċar titbiegħed minn dawn l-elementi u l-ideoloġiji estremisti; ifakkar li l-isforzi għandhom ikunu ffukati fuq ir-rebħa kontra d-Da'esh u gruppi oħra ddeżinjati bħala terroristiċi min-NU;
16.  Jagħti istruzzjonijiet lil-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lin-Nazzjonijiet Uniti, lill-membri tal-Grupp Internazzjonali ta' Appoġġ għas-Sirja, u lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt fis-Sirja.
</Motion>