<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-1279/2016</Ref><Date>22.11.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar ir-relazzjonijiet UE-Turkija</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2993(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold"><Author id="28210">Marine Le Pen</Author>, <Author id="125025">Marcel de Graaff</Author>, <Author id="125001">Harald Vilimsky</Author>, Mireille D’Ornano, <Author id="124767">Edouard Ferrand</Author>, <Author id="21817">Mario Borghezio</Author>, <Author id="124973">Gerolf Annemans</Author>, <Author id="124938">Janice Atkinson</Author>, <Author id="124830">Marcus Pretzell</Author>, <Author id="124755">Jean-Luc Schaffhauser</Author>, <Author id="124792">Laurenţiu Rebega</Author>, <Author id="124894">Michał Marusik</Author>, <Author id="28404">Matteo Salvini</Author></span></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4907"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ENF</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE593.713v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-1279/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-relazzjonijiet UE-Turkija</span></span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2993" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2993">2016/2993(RSP)</ANCHOR>)</span></span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tat-22 ta' Novembru 2016 tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar ir-relazzjonijiet UE-Turkija,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi s-sitwazzjoni fit-Turkija fir-rigward tad-demokrazija u d-drittijiet fundamentali ddeterjorat b'mod konsiderevoli minn mindu bdew in-negozjati għall-adeżjoni fl-2005;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-Gvern Tork qed jabbuża mill-istat ta' emerġenza u mill-attentat ta' kolp ta' stat fallut tal-15 ta' Lulju 2016 biex jillimita serjament il-libertà tal-kelma, il-libertà tal-midja u d-drittijiet demokratiċi b'mod ġenerali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi, skont Reporters Mingħajr Fruntieri, 89 ġurnalist ġew arrestati matul l-ewwel sitt ġimgħat tal-istat ta' emerġenza, 104 stabbilimenti tal-midja sfaw magħluqa, u aktar minn 2 300 ġurnalist sussegwentement tilfu l-impjieg tagħhom u l-akkreditazzjoni tal-istampa ta' mill-anqas 330 ġurnalist ġiet revokata; billi għadd enormi ta' ġurnalisti oħrajn huma attwalment detenuti fiċ-ċelel ta' kustodja tal-pulizija, ġew detenuti u rilaxxati mingħajr akkuża, jew għadhom ma ġewx detenuti iżda nħareġ mandat ta' detenzjoni kontrihom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi seħħew ukoll diversi każijiet ta' ksur sistematiku tal-libertà tal-istampa qabel l-attentat ta' kolp ta' stat fallut u l-istat ta' emerġenza sussegwenti, li l-aktar notorji fosthom kienu l-investigazzjoni li saret f'Mejju 2015 minħabba terroriżmu u spjunaġġ fil-konfront tal-gazzetta <span font-style="italic">Cumhuriyet</span> talli ppubblikat filmat u rapport tal-aħbarijiet li juru trakkijiet b'tagħbija ta' armi ddestinati għall-ġiħadisti fis-Sirja, l-arrest tal-editur ta' din il-gazzetta Can Dündar u tal-ġurnalist Erdem Gül f'Novembru, ir-rejd tal-pulizija fuq l-istazzjonijiet televiżivi u l-gazzetti tal-grupp medjatiku Ipek u t-tkeċċija tal-ġurnalisti ta' ta' dal-grupp f'Ottubru 2015, u l-gvern li ħa l-kontroll tal-gazzetta <span font-style="italic">Zaman</span> f'Marzu 2016;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-ksur min-naħa tat-Torok tal-libertajiet tal-midja affettwaw ukoll liċ-ċittadini ta' pajjiżi Ewropej bħalma huma s-satirist Ġermaniż Jan Böhmermann u l-ġurnalist Netherlandiż Ebru Umar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi eluf ta' siti fuq l-internet bħalissa qed jiġu mblokkati fit-Turkija; billi, skont l-organizzazzjoni Human Rights Watch, l-awtoritajiet Torok kienu responsabbli għal kważi tliet kwarti tat-talbiet li saru minn madwar id-dinja lil Twitter biex ineħħi tweets u jimblokka kontijiet fl-ewwel sitt xhur tal-2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi Selahattin Demirtaş u Figen Yüksekdağ, il-mexxejja konġunti tal-partit HDP fl-oppożizzjoni, ġew arrestati, flimkien ma' għaxar deputati oħra tal-parlament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-arrest u s-sospensjoni ta' eluf ta' mħallfin u prosekuturi kkompromettew serjament l-indipendenza tal-ġudikatura u s-separazzjoni tal-poteri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi t-Turkija qed tirrifjuta li tikkunsidra mill-ġdid l-okkupazzjoni militari illegali tagħha tal-parti tat-Tramuntana ta' Ċipru li ilha għaddejja mill-1974; billi t-Turkija qed tirrifjuta li tirrikonoxxi lir-Repubblika ta' Ċipru jew li tissodisfa l-obbligi tagħha fir-rigward tal-Protokoll ta' Ankara;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi qed ikun hemm persekuzzjoni u diskriminazzjoni sistematiċi kontra l-minoranzi reliġjużi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi l-Gvern Tork iddeċieda li jiddelega l-poteri deċiżjonali lill-Prim Ministru fir-rigward tal-ħatra tal-kanċilliera tal-universitajiet pubbliċi u privati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi l-Gvern Tork ipprovda u għadu jipprovdi għajnuna u armi lill-gruppi ġiħadisti fis-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi l-Gvern Tork qed jhedded li jħalli tliet miljun migrant jidħlu fl-UE bl-objettiv li jikseb eżenzjoni mill-viża għaċ-ċittadini Torok;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi t-Turkija rċeviet total ta' kważi EUR 10 biljun fil-qafas tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni bejn l-2005 u l-2016;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi stħarriġ tal-opinjoni li sar diversi drabi fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jindika li maġġoranza predominanti huma kontra l-adeżjoni tat-Turkija fl-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jappella lill-Kunsill biex itemm in-negozjati dwar l-adeżjoni tat-Turkija fl-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jappella lill-Kunsill biex itemm minnufih il-pagamenti kollha lit-Turkija fil-qafas tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jappella lill-Istati Membri biex jiddefinixxu r-relazzjoni individwali tagħhom mat-Turkija għall-ġejjieni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Gvern tat-Turkija.</p>
</Section></Motion>