<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-1282/2016</Ref><Date>22.11.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar ir-relazzjonijiet UE-Turkija</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2993(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96838">Cristian Dan Preda</Author>, <Author id="4282">Renate Sommer</Author>, <Author id="1263">Elmar Brok</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE593.716v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-1282/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-relazzjonijiet UE-Turkija</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2993" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2993">2016/2993(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Turkija, b'mod partikolari dik tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sitwazzjoni tal-ġurnalisti fit-Turkija<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0423" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0423/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0423</ANCHOR>.</p>
</footnote>:</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Qafas ta' Negozjar għat-Turkija tat-3 ta' Ottubru 2005,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-2016 dwar it-Turkija tad-9 ta' Novembru 2016 (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/SWD-2016-0366" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/SWD-2016-0366">SWD(2016)0366</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 77, 15.3.2014, p. 11.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew ikkundannaw bil-qawwa l-kolp ta' stat militari fallut fit-Turkija u rrikonoxxew ir-responsabbiltà leġittima tal-awtoritajiet Torok li jressqu quddiem il-ġustizzja lil dawk responsabbli u involuti f'dan l-attentat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-miżuri ripressivi tal-awtoritajiet Torok kontra partiti tal-oppożizzjoni, inkluż l-arrest ta' mexxejja tal-oppożizzjoni u ta' membri tal-Gran Assemblea Nazzjonali Torka, ta' ġurnalisti u oħrajn, huma sproporzjonati u jmorru kontra l-leġiżlazzjoni nazzjonali Torka, bi ksur tal-impenji meħuda minn stat membru tal-Kunsill tal-Ewropa u kontra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-President Erdogan u membri tal-Gvern Tork ripetutament għamlu dikjarazzjonijiet dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-piena tal-mewt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi hemm tħassib serju dwar il-kundizzjonijiet ta' dawk li sfaw detenuti u arrestati wara l-kolp ta' stat, dwar it-tkeċċija ta' għadd kbir ta' uffiċjali tal-istat, u dwar ir-restrizzjonijiet severi fuq il-libertà tal-espressjoni u restrizzjonijiet fuq l-istampa u l-midja fit-Turkija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-paragrafu 5 tal-Qafas ta' Negozjar jistipula li fil-każ ta' ksur serju u persistenti fit-Turkija tal-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt li fuqhom l-Unjoni hija msejsa, il-Kummissjoni, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta' terz mill-Istati Membri, se tirrakkomanda s-sospensjoni tan-negozjati u tipproponi l-kundizzjonijiet biex eventwalment dawn jerġgħu jinbdew.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jikkundanna bil-qawwa l-miżuri ripressivi sproporzjonati meħuda fit-Turkija mit-tentattiv ta' kolp ta' stat militari fallut f'Lulju 2016, li l-Parlament ikkundanna wkoll; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipproċedu għal posponiment temporanju tan-negozjati li għaddejjin bħalissa mat-Turkija, għall-inqas skont il-kundizzjonijiet attwali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jinnota li l-approfondiment tal-unjoni doganali huwa importanti għat-Turkija; jenfasizza li s-sospensjoni tal-ħidma fuq l-approfondiment tal-unjoni doganali għandha konsegwenzi ekonomiċi serji għall-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jissottolinja li l-introduzzjoni mill-ġdid tal-piena kapitali tista' twassal għat-tmiem tan-negozjati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jirrikonoxxi li t-Turkija hija f'sitwazzjoni diffiċli ta' sigurtà b'theddid għall-istabilità tagħha kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra, iżda jtenni li dan ma jistax jiġġustifika arresti b'motivazzjoni politika ta' persuni innoċenti, inkluża d-detenzjoni ta' ċittadini barranin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jinnota li sal-lum it-Turkija ma wettqitx sebgħa minn 72 punt ta' riferiment tal-pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viża, li wħud minnhom huma ta' importanza partikolari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi punti ta' riferiment ċari biex jerġa' jingħata bidu għan-negozjati, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kriterji ta' Copenhagen u l-obbligi tat-Turkija bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jitlob lill-Kummissjoni tqis is-sospensjoni temporanja tal-finanzjament ipprovdut fil-qafas tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II); jissottolinja li parti mill-finanzjament tal-IPA tista' tiġi indirizzata lejn żieda fis-sostenn għar-rifuġjati u l-migranti fit-Turkija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Kummissjoni ta' Venezja biex joffru assistenza ġudizzjarja addizzjonali lill-awtoritajiet Torok, bil-għan li jissalvagwardjaw proċedimenti legali sodi u kundizzjonijiet ta' detenzjoni adegwati u sikuri għal dawk arrestati u akkużati bl-involviment fl-attentat ta' kolp ta' stat militari tal-15 ta' Lulju 2016;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jissottolinja l-importanza strateġika tar-relazzjonijiet UE-Turkija għaż-żewġ naħat; jinnota li l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà indikat fl-14 ta' Novembru 2016 li l-Ministri tal-Affarijiet Barranin qablu li qabel kollox ikomplu jkollhom pożizzjoni b'saħħitha u magħquda bħala 28 Stat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Istati Membri, u lill-Gvern u l-Parlament tat-Turkija.</p>
</Section></Motion>