<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-1283/2016</Ref><Date>22.11.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar ir-Relazzjonijiet UE-Turkija</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2993(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold"><Author id="4436">Gianni Pittella</Author>, <Author id="37229">Kati Piri</Author>, <Author id="96840">Knut Fleckenstein</Author>, <Author id="125110">Nikos Androulakis</Author>, <Author id="96680">Zigmantas Balčytis</Author>, <Author id="124867">Brando Benifei</Author>, <Author id="125044">José Blanco López</Author>, <Author id="96681">Vilija Blinkevičiūtė</Author>, <Author id="124851">Nicola Caputo</Author>, <Author id="124821">Nicola Danti</Author>, <Author id="124803">Isabella De Monte</Author>, <Author id="94282">Jean-Paul Denanot</Author>, <Author id="124790">Doru-Claudian Frunzulică</Author>, <Author id="28377">Lidia Joanna Geringer de Oedenberg</Author>, <Author id="96952">Sylvie Guillaume</Author>, <Author id="96684">Liisa Jaakonsaari</Author>, <Author id="125021">Agnes Jongerius</Author>, <Author id="125109">Eva Kaili</Author>, <Author id="124735">Miapetra Kumpula-Natri</Author>, <Author id="124801">Cécile Kashetu Kyenge</Author>, <Author id="124698">Marju Lauristin</Author>, <Author id="124883">Krystyna Łybacka</Author>, <Author id="124691">Costas Mavrides</Author>, <Author id="124868">Alessia Maria Mosca</Author>, <Author id="124692">Demetris Papadakis</Author>, <Author id="129256">Emilian Pavel</Author>, <Author id="124846">Pina Picierno</Author>, <Author id="124699">Miroslav Poche</Author>, <Author id="124888">Gabriele Preuß</Author>, <Author id="96655">Monika Smolková</Author>, <Author id="124703">Tibor Szanyi</Author>, <Author id="125020">Paul Tang</Author>, <Author id="29579">Marc Tarabella</Author>, <Author id="4334">Elena Valenciano</Author></span></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-70.9pt"><ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-1283" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-1283">B8-1283/2016</ANCHOR></p>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE593.717v01-00</Num-PE></Cover><Section><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-Relazzjonijiet UE-Turkija</span></span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2993" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2993">2016/2993(RSP)</ANCHOR>)</span></span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari dawk tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sitwazzjoni tal-ġurnalisti fit-Turkija<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">  Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0423" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0423/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0423</ANCHOR>.</p>
</footnote> u tal-14 ta' April 2016 dwar ir-rapport 2015 dwar it-Turkija<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">  Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0133" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0133/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0133</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Qafas ta' Negozjar tal-UE għat-Turkija tat-3 ta' Ottubru 2005,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport ta' progress annwali dwar it-Turkija għall-2016, ippubblikat mill-Kummissjoni fid-9 ta' Novembru 2016 (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/SWD-2016-0366" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/SWD-2016-0366">SWD(2016)0366</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-Turkija tat-18 ta' Lulju 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">  ĠU L 77, 15.3.2014, p. 11.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dritt għal-libertà ta' espressjoni li minqux fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li tagħhom it-Turkija hija stat parti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew ikkundannaw bil-qawwa l-kolp ta' stat militari fallut fit-Turkija u rrikonoxxew ir-responsabbiltà leġittima tal-awtoritajiet Torok li jipprosegwixxu lil dawk responsabbli u involuti f'dan l-attentat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi t-Turkija hija pajjiż kandidat għall-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea; billi l-miżuri repressivi tal-Gvern Tork taħt l-istat ta' emerġenza huma sproporzjonati u jmorru kontra d-drittijiet u l-libertajiet bażiċi protetti mill-Kostituzzjoni Torka, jiksru l-valuri demokratiċi li fuqhom tissejjes l-Unjoni Ewropea, u jiksru l-ICCPR; billi, mill-kolp 'il hawn, l-awtoritajiet arrestaw 10 membri tal-Gran Assemblea Nazzjonali Torka u madwar 150 ġurnalist — l-akbar għadd fid-dinja; billi 2 386 imħallef u prosekutur u 40 000 persuna oħra ġew detenuti, li minnhom aktar minn 31 000 għadhom arrestati; billi 129 000 impjegat pubbliku għadhom jew sospiżi [66 000] jew tkeċċew (63 000), u billi l-parti l-kbira ta' dawn sal-lum għadha ma saritilhom l-ebda akkuża formali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-President Erdoğan u l-Gvern Tork għamlu dikjarazzjonijiet ripetuti dwar ir-reintroduzzjoni tal-piena tal-mewt; billi l-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 ta' Lulju 2016 dwar it-Turkija fakkar li r-rifjut inekwivoku tal-piena tal-mewt huwa element essenzjali tal-acquis tal-Unjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi tqajjem tħassib serju dwar il-kundizzjonijiet ta' dawk li sfaw detenuti u arrestati wara l-kolp, b'allegazzjonijiet ta' tortura u maltrattament, dwar it-tkeċċija ta' għadd kbir ta' uffiċjali tal-istat, li għadhom qed jistennew li jsirilhom proċess ġust, u dwar ir-restrizzjonijiet severi fuq il-libertà tal-espressjoni u restrizzjonijiet fuq l-istampa u l-midja fit-Turkija, hekk li ftit li xejn għad baqa' midja indipendenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-paragrafu 5 tal-Qafas ta' Negozjar għan-Negozjati ta' Adeżjoni mat-Turkija jistipula li l-Kummissjoni, "fil-każ ta' ksur serju u persistenti tal-prinċipji tal-libertà, tad-demokrazija, tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertajiet fundamentali u tal-istat tad-dritt, se tirrakkomanda li n-negozjati jiġu sospiżi u tipproponi l-kundizzjonijiet biex jiġu ssuktati"; billi t-Turkija m'għadhiex biżżejjed konformi mal-kriterji ta' Copenhagen ladarba ma tirrispettax il-valuri tal-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; billi waqfien temporanju tan-negozjati jkun ifisser li t-taħditiet kurrenti jiġu ffriżati, li ma jinfetaħ l-ebda kapitolu ġdid u li ma tittieħed l-ebda inizjattiva ġdida bi rbit mal-adeżjoni tat-Turkija mal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jikkundanna bil-qawwa l-miżuri repressivi sproporzjonati li ilhom jittieħdu fit-Turkija mill-falliment tal-kolp ta' stat militari f'Lulju; jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħtu bidu għal iffriżar temporanju tan-negozjati tal-adeżjoni li jinsabu għaddejjin sa ma l-Gvern Tork jerġa' jaqbad it-triq tar-rispett tal-istat tad-dritt u tad-drittijijet tal-bniedem; jibqa' impenjat, madankollu, li jżomm lit-Turkija ankrata mal-UE, u huwa konvint li post it-Turkija demokratika huwa fi ħdan l-UE; itenni l-impenn tal-UE favur kooperazzjoni pożittiva u strateġika mat-Turkija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jimpenja ruħu li jirrevedi l-pożizzjoni tiegħu rigward friża temporanja tat-taħditiet ta' adeżjoni meta jitneħħa l-istat ta' emerġenza fit-Turkija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Itenni li reintroduzzjoni tal-piena tal-mewt mill-Gvern Tork twassal għal sospensjoni formali tal-proċess ta' adeżjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jissottolinja li x-xogħol fuq il-liberalizzazzjoni tal-viża jsir biss meta t-Turkija tissodisfa adegwatament il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-aġenda għal-liberalizzazzjoni tal-viża; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jitlob li l-Kummissjoni tikkunsidra l-implikazzjonijiet ta' sospensjoni tal-finanzjament ipprovdut lit-Turkija taħt l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), b'qies ukoll tal-influwenza ta' din id-deċiżjoni fuq is-soċjetà ċivili tal-pajjiż; jitlob li l-Kummissjoni tirrifletti wkoll fuq l-aħħar żviluppi fit-Turkija fir-rapport ta' nofs it-terminu tal-IPA, li huwa previst għall-2017; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvern u lill-Parlament tat-Turkija, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.</p>
</Section></Motion>