<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-1304/2016</Ref><Date>24.11.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa skont l-Artikolu 108(6) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar it-talba għal opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibilità mat-Trattati tal-ftehim propost bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni personali marbuta mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/3004(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96852">Cornelia Ernst</Author>, <Author id="125048">Marina Albiol Guzmán</Author>, <Author id="23699">Kateřina Konečná</Author>, <Author id="130833">Stelios Kouloglou</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE593.741v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-1304/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-talba għal opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibilità mat-Trattati tal-ftehim propost bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni personali marbuta mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali</span></p>
<p margin-bottom="36pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-3004" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-3004">2016/3004(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni personali marbuta mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 218(11) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-opinjoni legali tiegħu tal-14 ta' Jannar 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Opinjoni 1/2016 tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni personali relatata mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"><a text-decoration="none" href="https://secure.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/Consultation/Opinions/2016/16-02-12_EU-US_Umbrella_Agreement_EN.pdf" shape="rect"><span text-decoration="underline">https://secure.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/Consultation/Opinions/2016/16-02-12_EU-US_Umbrella_Agreement_EN.pdf</span></a> </p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 dwar Ftehim Komprensiv bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerka ta' Ottubru 2016<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"><a text-decoration="none" href="http://ec.europa.eu/justice/data-protection/article-29/press-material/press-release/art29_press_material/2016/20161026_statement_of_the_wp29_on_the_eu_umbrella_agreement_en.pdf" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://ec.europa.eu/justice/data-protection/article-29/press-material/press-release/art29_press_material/2016/20161026_statement_of_the_wp29_on_the_eu_umbrella_agreement_en.pdf</span></a> </p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 16 tat-TFUE u l-Artikoli 7, 8 u 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja <span font-style="italic">Schrems vs il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data</span> tas-6 ta' Ottubru 2015 li tannulla d-Deċiżjoni dwar l-Isfera ta' Sikurezza<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> <a text-decoration="none" href="http://curia.europa.eu/juris/document/document.jsf?docid=169195&amp;doclang=mt" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://curia.europa.eu/juris/document/document.jsf?docid=169195&amp;doclang=mt</span></a> </p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Avukat Ġenerali tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar il-Ftehim dwar id-Data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) bejn l-UE u l-Kanada tat-8 ta' Settembru 2016<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> <a text-decoration="none" href="http://curia.europa.eu/jcms/upload/docs/application/pdf/2016-09/cp160089mt.pdf" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://curia.europa.eu/jcms/upload/docs/application/pdf/2016-09/cp160089mt.pdf</span></a> </p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja <span font-style="italic">il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja</span> tad-9 ta' Marzu 2010<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"><a text-decoration="none" href="http://curia.europa.eu/juris/document/document.jsf?text=&amp;docid=79752&amp;pageIndex=0&amp;doclang=mt&amp;mode=lst&amp;dir=&amp;occ=first&amp;part=1&amp;cid=1878268" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://curia.europa.eu/juris/document/document.jsf?text=&amp;docid=79752&amp;pageIndex=0&amp;doclang=mt&amp;mode=lst&amp;dir=&amp;occ=first&amp;part=1&amp;cid=1878268</span></a> </p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 108(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi, fit-3 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill adotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati dwar Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar il-protezzjoni ta' data personali meta din tkun trasferita u proċessata għall-iskop ta' prevenzjoni, investigazzjoni, identifikazzjoni jew prosekuzzjoni ta' reati, inkluż it-terroriżmu, fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali (minn hawn 'il quddiem il-"Ftehim Komprensiv");</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi t-test tal-ftehim ġie inizjalat fit-8 ta' Settembru 2015;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-KEPD u l-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 qajmu mistoqsijiet dwar il-kompatibilità tal-Ftehim Komprensiv mal-Karta u mal-leġiżlazzjoni sekondarja tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, speċjalment fir-rigward tad-dritt għal rimedju ġudizzjarju, tal-aċċess mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, il-limitazzjoni tad-drittijiet ta' aċċess għas-suġġett tad-data u l-perjodi taż-żamma tad-data;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi, skont il-KEPD, hemm tħassib li l-awtoritajiet superviżorji tal-protezzjoni tad-data (DPAs) fl-Istati Uniti ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jiġu kkunsidrati indipendenti b'mod sħiħ u b'setgħat effettivi ta' intervent, peress li hemm tħassib dwar jekk id-DPAs ikunux jistgħu jimblokkaw it-trasferimenti ta' data personali jekk dawn ma jkunux jirrispettaw il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi il-Judicial Redress Act (l-Att dwar ir-Rimedju Ġudizzjarju) tal-Istati Uniti ma tannullax l-eżenzjonijiet eżistenti għad-drittijiet tas-suġġetti tad-data li ċerti sistemi ta' reġistri fl-Istati Uniti jistgħu jipprovdu skont il-US Privacy Act (l-Att dwar il-Privatezza tal-Istati Uniti), bħad-data tal-PNR;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi s-Servizz Legali tal-Parlament ġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-Ftehim Komprensiv bejn l-UE u l-Istati Uniti (speċifikament l-Artikolu 5(3)) se jservi bħala forma ta' deċiżjoni ta' adegwatezza, u joħloq preżunzjoni legali ta' konformità "de iure" mill-Istati Uniti mal-istandards tal-protezzjoni tad-data tal-UE u potenzjalment idgħajjef il-konformità reali mal-liġi tal-UE dwar il-Protezzjoni tad-Data;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Huwa tal-fehma li hemm inċertezza tad-dritt dwar jekk l-abbozz ta' ftehim huwiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattati (l-Artikolu 16 tat-TFUE) u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (l-Artikoli 7, 8 u 52(1) fir-rigward tad-dritt tal-individiwi għall-protezzjoni tad-data personali u l-Artikolu 47 fir-rigward tad-disponibilità ta' rimedju ġudizzjarju effettiv); </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jiddeċiedi li jitlob opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibilità tal-ftehim propost mat-Trattati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jikseb l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.</p>
</Section></Motion>