<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-1320/2016</Ref><Date>28.11.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/3001(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="130100">Hilde Vautmans</Author>, <Author id="124754">Ivan Jakovčić</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE593.757v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-1320/2016</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-3001" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-3001">2016/3001(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), b'mod partikolari dawk tad-9 ta' Lulju 2015, tas-17 ta' Diċembru 2015, tal-10 ta' Marzu 2016 u tat-23 ta' Ġunju 2016 kif ukoll id-dibattiti mingħajr riżoluzzjoni tal-10 ta' Ottubru 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE tal-15 ta' Ġunju 2016 dwar is-sitwazzjoni preelettorali u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-20 ta' Settembru 2016 dwar is-sitwazzjoni fir-RDK fejn il-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE ħeġġew għall-kalma sabiex il-kriżi tissolva permezz tad-djalogu u filwaqt li titħares il-kostituzzjoni,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni / tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) u tal-kelliem tagħha dwar is-sitwazzjoni fir-RDK, b'mod partikolari d-dikjarazzjoni tat-23 ta' Novembru 2016 dwar l-isforzi li għaddejjin fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mod partikolari r-Riżoluzzjoni 2198 (2015) dwar it-tiġdid tar-reġim ta' sanzjonijiet kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-mandat tal-grupp ta' esperti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2277 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, li enfasizzat l-importanza li jintlaħaq kunsens bejn l-atturi politiċi kollha, is-soċjetà ċivili u l-komunitajiet reliġjużi u tal-prinċipji stipulati fil-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-20 ta' Settembru 2016 mill-Kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE fejn ħeġġew għall-kalma sabiex l-kriżi tissolva permezz tad-djalogu u b'rispett tal-Kostituzzjoni,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou rivedut,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ta' Ġunju 1981,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo tat-18 ta' Frar 2006,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-partit fil-gvern u l-President tar-Repubblika għandhom ir-responsabbiltà primarja għall-kunflitti rikorrenti u għall-vjolenza persistenti, minħabba x-xewqa tagħhom li jibqgħu fil-poter lil hinn mid-19 ta' Diċembru 2016, fi ksur tal-ittra u l-ispirtu tal-Kostituzzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi f'Settembru 2015 il-President Kabila ħabbar it-tnedija ta' djalogu nazzjonali li l-avversarji tiegħu fl-oppożizzjoni kkwalifikawh bħala manuvra amministrattiva u teknika biex jittardja l-elezzjonijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari, li kellhom isiru f'Novembru 2016, ġew posposti għal April 2018 bil-ftehim tat-18 ta' Ottubru 2016 konkluż bid-"djalogu politiku nazzjonali inklużiv" bejn il-maġġoranza presidenzjali u sezzjoni tal-oppożizzjoni politika u tas-soċjetà ċivili bil-medjazzjoni tas-Sur Edem Kodjo;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi dan id-djalogu inklużiv kien ibbojkottjat minn parti kbira tal-oppożizzjoni – l-Unjoni għad-Demokrazija u l-Progress Soċjali (UDPS), il-G7, l-Oppożizzjoni Dinamika u l-Moviment għal-Liberazzjoni tal-Kongo (MLK), miġbura fi ħdan il-koalizzjoni "Rassemblement"; billi din is-sitwazzjoni kkawżat żieda ta' tensjonijiet politiċi, disturbi u vjolenza fil-pajjiż kollu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-ħidma tad-"djalogu" kellha tiġi sospiża temporanjament minħabba dimostrazzjonijiet awtorizzati li ġew organizzati fid-19 u l-20 ta' Settembru 2016 mill-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili biex jitolbu li l-elezzjoni presidenzjali ssir sal-iskadenza kostituzzjonali; billi dawn id-dimostrazzjonijiet tad-19 u l-20 ta' Settembru 2016 intlaqgħu b'repressjoni vjolenta mill-forzi tal-ordni, li ħallew 37 persuna mejta, skont iċ-ċifri uffiċjali, u aktar minn 100 persuba mejta skont l-oppożizzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-ftehim tat-18 ta' Ottubru 2016 ma pproduċiex l-istabbiltà mixtieqa, minħabba n-nuqqas ta' inklużività tiegħu, it-tul tal-perjodu ta' tranżizzjoni u l-inċertezza marbuta mal-ħarsien tal-Kostituzzjoni u tal-liġi elettorali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali Indipendenti (CENI) għandha tieħu l-passi neċessarji sabiex terġa' tikseb il-kredibbiltà tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi, skont l-informazzjoni disponibbli, kien hemm żieda f'daqqa ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali min-naħa tal-membri tal-forzi armati tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (FARDC), tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Intelligence, tal-Gwardja Repubblikana u tal-Pulizija Nazzjonali Kongoliża, b'mod partikolari kontra membri tal-oppożizzjoni u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili fil-qafas tal-proċess elettorali, u dan wassal għat-tnaqqir tal-ambjent demokratiku u tal-ispettru politiku tal-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi ż-żieda kontinwa ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tal-avversarji ġabu magħhom ukoll attakk fuq il-libertà tal-istampa, kif evidenzjat bil-qtil tal-ġurnalist tar-Radio-Télévision nationale congolaise (RTNC) u t-tifi tas-sinjali ta' stazzjonijiet tar-radju bħal Radio France internationale (RFI), Voice of America, il-BBC, l-istazzjoni Belġjan frankofonu RTBF u l-istazzjoni tan-NU Radju Okapi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi wara din ir-restrizzjoni inaċċettabbli tal-libertà tal-espressjoni, fil-5 ta' Novembru 2016, il-ministru tal-komunikazzjoni ffirma digriet li jemenda r-regoli tax-xandir li japplikaw għall-midja barranija fir-RDK, u li de facto qiegħed dawn il-mezzi taħt il-kontroll dirett tal-Istat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi r-RDK hija kklassifikata fil-152 post minn 180 pajjiż skont l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa 2016 imfassal mir-Reporters Mingħajr Fruntieri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi l-livell dejjem ogħla ta' vjolenza u ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali, b'mod partikolari l-azzjonijiet immirati u l-arresti arbitrarji, qed idgħajfu l-isforzi kollha favur soluzzjoni u stabbilizzazzjoni tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi Fréderic Boyenga Bofala, mexxej ta' partit tal-oppożizzjoni, li kien daħal f'kuntatt ma' diversi membri tal-maġġoranza presidenzjali u mal-oppożizzjoni bl-għan li jenfasizza l-ħtieġa ta' djalogu aktar inklużiv, ittieħed mill-forzi tas-sigurtà flimkien mal-gwardja persunali tiegħu fis-17 ta' Novembru 2016, u billi ż-żewġt irġiel ilhom neqsin minn dak iż-żmien;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi d-diskors dwar l-istat tan-nazzjon tal-President Kabila tal-15 ta' Novembru 2016 ma kienx konvinċenti, u saħansitra ma rnexxilux jattira lill-membri tar-"Rassemblement", minkejja li huma dawk l-aktar lesti li jinvolvu ruħhom fi djalogu ġenwinament inklużiv u favur li tinstab soluzzjoni politika li tipprevedi tranżizzjoni b'garanziji serji ta' ħarsien tal-kostituzzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi l-offerta tal-Konferenza Episkopali Nazzjonali tal-Kongo (CENCO) biex tgħin ħalli jinstab kunsens wiesa' - li huwa indispensabbli - abbażi tal-ftehim tat-18 ta' Ottubru 2016, ma ġietx promossa fid-diskors tal-President Kabila;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.  billi l-ħatra ta' Prim Ministru ġdid fis-17 ta' Novembru 2016 u l-istabbiliment ta' gvern ġdid fir-RDK seħħew f'mument kritiku, ftit ġimgħat qabel l-iskadenza kostituzzjonali tad-19 ta' Diċembru 2016;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Q.  billi l-għada tad-19 ta' Diċembru, il-Gvern se jkollu, abbażi ta' struttura temporanja u inklużiva, jieħdu l-miżuri neċessarji biex jorganizza elezzjonijiet kredibbli, trasparenti u paċifiċi, u jiżgura l-ġestjoni tal-kwistjonijiet kurrenti u urġenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Ifakkar lill-awtoritajiet u, l-ewwel u qabel kollox, lill-President tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li huma għandhom id-dover li jipproteġu liċ-ċittadini madwar il-pajjiż kollu, u b'mod partikolari li jipproteġuhom kontra kwalunkwe abbuż u reat, u li jaqdu l-funzjonijiet governattivi tagħhom b'konformità stretta mal-istat tad-dritt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Itenni l-impenn u d-determinazzjoni tiegħu li jiddenunzja l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u li jiddefendi d-drittijiet u l-libertajiet, inklużi l-libertà ta' espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda kif ukoll il-libertà tal-istampa, taċ-ċittadini kollha tar-RDK; Jikkundanna bil-qawwa l-abbużi u r-repressjoni vjolenta li seħħew waqt id-dimostrazzjonijiet paċifiċi u awtorizzati tad-19 ta' Settembru 2016 u l-jum ta' wara;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jeżiġi li l-priġunieri minħabba twemmin kollha jinħelsu immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet u li l-akkużi kontrihom jaqgħu; jitlob investigazzjoni bir-reqqa, trasparenti u indipendenti dwar ir-reati u l-abbużi kollha mwettqa fil-pajjiż u jeżiġi li dawk responsabbli għal dawn ir-reati, irrispettivament mill-affiljazzjonijiet politiċi tagħhom, jitressqu quddiem il-qrati sabiex iwieġbu għal għemilhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jikkundanna l-miżuri meħuda kontra l-midja barranija u jitlob li dawn il-miżuri jitneħħew mingħajr dewmien; jitlob li jintemmu l-forom kollha ta' intimidazzjoni u fastidju kontra l-ġurnalisti kemm tar-RDK kif ukoll dawk barranin; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jistieden lill-partiti politiċi u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jadottaw approċċ prudenti sabiex jevitaw li jitfgħu lill-pajjiż fi kriżi politika iktar serja, b'riperkussjonijiet umanitarji li jistgħu jaggravaw l-instabbiltà fir-reġjun kollu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  jappoġġa bis-sħiħ l-isforzi ta' medjazzjoni tal-CENCO bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim verament inklużiv, li jkollu warajh l-approvazzjoni tal-popolazzjoni kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni 2217 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, li tenfasizza l-importanza li jinstab kunsens fost l-atturi politiċi kollha, is-soċjetà ċivili u l-komunitajiet reliġjużi; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali, b'mod partikolari lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex taġixxi b'konformità ma' din ir-riżoluzzjoni sabiex tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' ambjent politiku paċifiku, li huwa indispensabbli biex ikun hemm kooperazzjoni kostruttiva bejn il-gvern u l-oppożizzjoni tal-Kongo, bl-għan li tintemm il-kriżi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jinkuraġġixxi lill-president jieħu miżuri biex itaffi t-tensjonijiet u jaċċetta li jidħol fi djalogu politiku skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Cotonou;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Unjoni Afrikana, lill-Kunsill AKP-UE, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU kif ukoll lill-President, lill-Prim Ministru u lill-Parlament tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo.</p>
</Section></Motion>