<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-1343/2016</Ref><Date>9.12.2016</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-appoġġ għall-vittmi tat-thalidomide</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/3029(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28404">Matteo Salvini</Author>, <Author id="97198">Mara Bizzotto</Author>, <Author id="21817">Mario Borghezio</Author>, <Author id="183793">Angelo Ciocca</Author>, <Author id="96993">Lorenzo Fontana</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4907"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ENF</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE596.612v01-00</Num-PE></Cover><Section><Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">B8-xxxx/2016</span></p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-appoġġ għall-vittmi tat-thalidomide</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-3029" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-3029">2016/3029(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.8pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.8pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.8pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.8pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.8pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.8pt">–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 3, 26 u 35 tagħha,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.8pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.8pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.8pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.8pt">–  wara li kkunsidra l-mistoqsijiet bil-miktub lill-Kummissjoni <ANCHOR href="#reds:iMaQp/E-8-2014-009231" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/E-8-2014-009231">E-009231/2014</ANCHOR>, E-000540-15, E-006141-15, E-010259-15 u E-005523-16 dwar is-sitwazzjoni tal-vittmi tat-thalidomide,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.8pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.8pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.8pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.8pt">–  wara li kkunsidra l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2014-0006" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2014-0006">B8-0006/2014</ANCHOR>, <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2014-0257" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2014-0257">B8-0257/2014</ANCHOR> u <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2015-0090" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2015-0090">B8-0090/2015</ANCHOR> dwar is-sitwazzjoni tal-vittmi tat-thalidomide,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.8pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.8pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.8pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.8pt">–  wara li kkunsidra d-Digriet Irjali Spanjol 1006 tal-5 ta' Awwissu 2010, li jistabbilixxi l-prinċipji ta' kumpens u appoġġ solidali għall-vittmi tat-thalidomide fi Spanja fil-perjodu 1960-1965,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.8pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.8pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.8pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.8pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-appoġġ għall-vittmi tat-thalidomide,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="23.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-23.9pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.8pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.8pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18pt">A.billi, wara li t-thalidomide, prodott mediċinali antiemetiku maħsub anke għan-nisa tqal, tqiegħed fis-suq Ewropew min-naħa tal-kumpanija farmaċewtika Ġermaniża Chemie Grünenthal fl-1957, twieldu mill-inqas 20 000 tifel u tifla b'deformazzjonijiet fiżiċi gravi; </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.8pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18pt">B.billi dak tat-thalidomide jirrappreżenta l-aktar diżastru kollettiv gravi li qatt ġie kkawżat minn prodott mediċinali;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.8pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18pt">C.billi fl-Ewropa hemm aktar minn 4 000 superstiti tat-thalidomide, li minnhom: 2 800 fil-Ġermanja, 450 fl-Italja, 400 fir-Renju Unit, 400 fi Spanja, 103 fl-Iżvezja u madwar 90 fl-Awstrija;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18pt">D.billi l-konklużjonijiet tal-istudju tal-Università ta' Heidelberg "<span font-style="italic">Thalidomide: Enquiries to be carried out repeatedly with regard to problems,specific needs and support deficits of thalidomide victims – Summarising report of the first survey results and derivation of first action recommendations</span>" (<span font-style="italic">It-thalidomide.</span><span font-style="italic"> Stħarriġ li għandu jsir ripetutament dwar il-problemi, il-ħtiġijiet speċifiċi u d-defiċjenzi tas-sostenn tal-vittmi tat-thalidomide. </span><span font-style="italic">Rapport sommarju tal-ewwel riżultati tal-istħarriġ u l-ewwel rakkomandazzjonijiet għall-azzjoni</span>) tal-2012<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> <a text-decoration="none" href="http://www.fiftyyearfight.org/images/Heidelberg_study_ENGLISH.pdf" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://www.fiftyyearfight.org/images/Heidelberg_study_ENGLISH.pdf</span></a></p>
</footnote> u tal-istudju tad-ditta ta' konsulenza Firefly Research "<span font-style="italic">Health, Quality of Life and Employment amongst Thalidomide-affected People – Evidence from the UK" (Is-saħħa, il-kwalità tal-ħajja u l-impjiegi fost il-persuni milquta mit-thalidomide – evidenza mir-Renju Unit</span>)<span font-style="italic"> </span>tal-2015<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> <a text-decoration="none" href="http://www.thalidomidetrust.org/wp-content/uploads/2014/01/Firefly-report-March-2015.pdf" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://www.thalidomidetrust.org/wp-content/uploads/2014/01/Firefly-report-March-2015.pdf</span></a> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
</footnote>, jixħtu dawl ċar fuq il-problemi fiżiċi u psikoloġiċi dejjem akbar li, aktar ma jgħaddi żmien, iħabbtu wiċċhom magħhom il-vittmi tat-thalidomide, u dwar il-bżonnijiet mediċi, finanzjarji u soċjali speċifiċi tagħhom bħala konsegwenza ta' dan;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18pt">E. billi l-inkjesta indipendenti li saret fl-2014 mid-ditta legali internazzjonali Ince &amp; Co. ħarġet fil-beraħ b'mod ċar l-irregolaritajiet li seħħew fl-1970 matul il-proċedimenti kriminali kontra l-kumpanija farmaċewtika Grünenthal, li kkompromettew l-iżvolġiment korrett tal-kawża u ċaħħdu lill-vittmi mill-possibbiltà li jiksbu kumpens ġust fil-qrati ċivili;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.8pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18pt">F. billi l-inkjesti indipendenti tad-ditta legali internazzjonali Ince &amp; Co. xeħtu dawl ukoll fuq il-fatt li l-kumpanija ħbiet kolpevolment mill-pubbliku l-effetti kollaterali ta' dan il-prodott mediċinali fuq in-nisa tqal  u fuq in-nuqqasijiet f'termini ta' farmakoviġilanza min-naħa tal-Istati li qegħduh fis-suq tagħhom; </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.8pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18pt">G.billi, fis-27 ta' Mejju 2015, għadd ta' Membri tal-Parlament Ewropew mill-gruppi politiċi kollha organizzaw konferenza tal-aħbarijiet fil-Parlament Ewropew li fiha tennew, b'mod trażversali, ir-rieda politika u l-impenn li tingħata garanzija li l-vittmi tat-thalidomide jingħataw aċċess għal fondi u riżorsi adegwati biex jaffrontaw il-bżonnijiet dejjem akbar li għandhom rigward saħħithom<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> <a text-decoration="none" href="http://www.fiftyyearfight.org/latest/europe-speaks-loudly-with-one-voice:-press-conference" shape="rect"><span text-decoration="underline">http://www.fiftyyearfight.org/latest/europe-speaks-loudly-with-one-voice:-press-conference</span></a> </p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.8pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18pt">H. billi, matul id-dibattitu li sar fis-seduta tal-Parlament tad-9 ta' Marzu 2016, il-Kummissarju Andriukaitis saħaq fermament fuq l-importanza li s-superstiti tat-thalidomide jingħataw appoġġ finanzjarju biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-ispejjeż mediċi dejjem ogħla tagħhom, filwaqt li rrikonoxxa l-ħtieġa li tinstab soluzzjoni xierqa għas-superstiti kollha, biex jiġi żgurat li titħares il-kwalità ta' ħajjithom;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.8pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18pt">I.billi, wara kważi sittin sena, is-superstiti għadhom qed ifittxu ġustizzja u soluzzjoni kumpensatorja li tippermettilhom iħallsu għall-kura meħtieġa u għalja marbuta mal-kundizzjoni fiżika tagħhom;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18pt">J.billi l-assoċjazzjonijiet tal-vittmi tat-thalidomide kellhom rwol fundamentali fil-kundanna ta' din it-traġedja kolpevoli u fid-difiża tad-drittijiet tal-vittmi tagħha;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="16.4pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-16.4pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18pt">1.Isostni li huwa indispensabbli li t-talbiet tas-superstiti tat-thalidomide fl-Ewropa jiġu rikonoxxuti, b'tali mod li jkunulhom garantiti awtonomija, aċċess għall-kura medika u kwalità tal-ħajja xierqa;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="18pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-18pt">2.Jitlob lill-Kummissjoni tikkonkretizza l-impenji meħuda mill-Kummissarju Andriukaitis matul is-seduta plenarja tal-Parlament tad-9 ta' Marzu 2016 billi tfassal programm ta' assistenza li jikkomplementa l-azzjoni tal-Istati Membri biex tingħata għajnuna finanzjarja lill-vittmi tat-thalidomide u lill-familji tagħhom;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="14.2pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-14.2pt">3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
</Section></Motion>