<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0140/2017</Ref><Date>8.2.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-1821" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-1821">B8-1821/2016</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar pestiċidi b'riskju baxx ta' oriġini bijoloġika</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2903(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96787">Herbert Dorfmann</Author>, <Author id="96715">Pavel Poc</Author>, <Author id="96956">Julie Girling</Author>, <Author id="4253">Frédérique Ries</Author>, <Author id="124984">Lynn Boylan</Author>, <Author id="4751">Bart Staes</Author>, <Author id="124779">Eleonora Evi</Author>, Mireille D’Ornano</span></p>
</Blk-Author><Body type="OTHER"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE598.464v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0140/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar pestiċidi b'riskju baxx ta' oriġini bijoloġika</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2903" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2903">2016/2903(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.</p>
</footnote> u 91/414/KEE, u b'mod partikolari l-Artikoli 22 u 47, l-Artikolu 66(2) u l-Anness II(5) tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta1-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71.</p>
</footnote>, u b'mod partikolari l-Artikoli 12 u 14 tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fir-rigward il-kriterji għall-approvazzjoni ta' sustanzi attivi b'riskju baxx (D046260/01);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar soluzzjonijiet teknoloġiċi għal agrikoltura sostenibbli<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0251" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0251/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0251</ANCHOR>.</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar it-tisħiħ tal-innovazzjoni u tal-iżvilupp ekonomiku fil-ġestjoni futura tal-farms Ewropej<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0252" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0252/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0252</ANCHOR>.</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-"pjan ta' implimentazzjoni biex iżżid id-disponibbiltà tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx u tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara fi Stati Membri" żviluppat mill-Grupp ta' Esperti dwar il-protezzjoni tal-pjanti u approvata mill-Kunsill fit-28 ta' Ġunju 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni kontra t-theddid li qed jiżdied ta’ Reżistenza Antimikrobika (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2011-0748" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2011-0748">COM(2011)0748</ANCHOR>), u l-Pjan segwenti dwar ir-Reżistenza Antimikrobika (AMR) Pjan ta’ Azzjoni li se jiġi mniedi mill-Kummissjoni fl-2017,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-pestiċidi bijoloġiċi b'riskju baxx (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-8-2016-000147" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-8-2016-000147">O-000147/2016</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2016-1821" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2016-1821">B8-1821/2016</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni mressqa mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti konvenzjonali huwa dejjem aktar suġġet għal dibattitu pubbliku, minħabba r-riskji li dawn jippreżentaw għas-saħħa tal-bniedem, għall-annimali u għall-ambjent;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi n-numru ta' sustanzi attivi disponibbli fis-suq tal-UE li jintużaw għall-protezzjoni tal-pjanti qiegħed jonqos; billi l-bdiewa tal-UE għadhom jeħtieġu varjetà ta' għodod għall-ħarsien tal-għelejjel;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C  billi huwa importanti li jiġi promoss l-iżvilupp ta' proċeduri jew tekniki alternattivi biex titnaqqas id-dipendenza fuq il-pestiċidi konvenzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-evitar tal-ħela tal-ikel huwa prijorità fl-UE, u l-aċċess għal soluzzjonijiet xierqa ta' protezzjoni tal-pjanti huwa essenzjali fil-prevenzjoni tal-ħsara kkawżata minn pesti u mard li tirriżulta fl-iskart tal-ikel; billi skont il-FAO, 20 % tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex fl-Ewropa jintilfu fl-għelieqi<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> FAO (2011) "Global Food Losses and Food Waste" (It-telf u l-ħela tal-ikel fil-livell globali).</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi huwa xorta possibbli li jinstabu residwi mhux mixtieqa ta' pestiċidi fil-ħamrija, fl-ilma u fl-ambjent in ġenerali, u anke ċertu perċentwal ta' prodotti agrikoli li joriġinaw mill-pjanti jew l-annimali jista' jkun fih residwi ta' pestiċidi ogħla mil-livelli massimi tar-residwi għall-pestiċidi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jiddefinixxi kriterji għall-identifikazzjoni ta' sustanzi b'riskju baxx li japplikaw indipendentement mill-oriġini tas-sustanzi u billi l-pestiċidi b'riskju baxx jistgħu jkunu ta' oriġini kemm bijoloġika kif ukoll sintetika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-pestiċidi ta' oriġini bijoloġika huma ġeneralment meqjusin bħala pestiċidi bbażati fuq mikro-organiżmi, materjali botaniċi, kimiċi derivati bijoloġikament jew semjokimiċi (bħal feromoni u diversi żjutijiet essenzjali); billi l-qafas regolatorju attwali dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Il-kunċett ta' 'pestiċidi' jkopri wkoll il-prodotti bijoċidali li għalihom ma tapplikax din ir-riżoluzzjoni.</p>
</footnote> ma jagħmilx distinzjoni bejn prodotti kimiċi bijoloġiċi u dawk sintetiċi għall-protezzjoni tal-pjanti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi studji xjentifiċi reċenti ddikjaraw li l-esponiment subletali għal ċerti erbiċidi jista' jikkawża tibdil negattiv fis-suxxettibilità antibijotika fil-batterji<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> eż. Kurenbach B, Marjoshi D, Amábile-Cuevas CF, Ferguson GC, Godsoe W, Gibson P, Heinemann JA. 2015. Sublethal exposure to commercial formulations of the herbicides dicamba, 2,4-dichlorophenoxyacetic acid, and glyphosate cause changes in antibiotic susceptibility in <span font-style="italic">Escherichia coli</span> and<span font-style="italic"> Salmonella enterica</span> serovar Typhimurium. mBio 6(2):e00009-15. doi:10.1128/mBio.00009-15.</p>
</footnote> u li l-kombinazzjoni ta' użu kbir ta' erbiċidi u antibijotiċi fil-prossimità tal-annimali u l-insetti tal-irziezet tista' twassal għal użu akbar ta' antibijotiċi billi possibilment jiġu kompromessi l-effetti terapewtiċi tal-dawn l-istess antibijotiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx ta' oriġini bijoloġika jistgħu jikkostitwixxu alternattiva vijabbli għall-prodotti konvenzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti, kemm għall-bdiewa konvenzjonali kif ukoll għal dawk organiċi, u jikkontribwixxu għal agrikoltura aktar sostenibbli; billi xi prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti ta' oriġini bijoloġika għandhom modi ġodda ta' kif jaħdmu, li huma ta' benefiċċju sabiex tevolvi r-reżistenza għall-pestiċidi konvenzjonali u tista' tillimita l-impatt fuq l-organiżmi li mhumiex fil-mira; billi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b’riskju baxx ta’ oriġini bijoloġika għandhom ikunu fost l-alternattivi ppreferuti għal utenti mhux professjonali u għal ġonna tad-dar, flimkien ma’ metodi ta’ kontroll jew ta’ prevenzjoni mhux kimiċi oħrajn;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi, sabiex jintlaħqu b'mod adegwat il-ħtiġijiet alimentari u tal-għalf, l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti huwa neċessarju u billi l-prinċipju ta' prekawzjoni<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> L-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.</p>
</footnote> huwa applikat fil-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta' tali prodotti u tas-sustanzi attivi tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi l-proċess twil ta' approvazzjoni u ta' reġistrazzjoni qabel ma jiġu kummerċjalizzati l-pestiċidi bijoloġiċi b'riskju baxx jirrappreżenta ostakolu ekonomiku importanti għall-manifatturi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi l-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara hija obbligatorja fl-Unjoni skont id-Direttiva 2009/128/KE; billi l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali għandhom ipoġġu aktar enfasi fuq l-użu sostenibbli ta’ pestiċidi għall-protezzjoni tal-pjanti b’riskju baxx, inklużi alternattivi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, is-sustanzi attivi huma approvati fil-livell tal-Unjoni, filwaqt li l-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom dawn is-sustanzi attivi huma f'idejn l-Istati Membri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jippermetti li sustanzi attivi jiġu approvati bħala sustanzi attivi b'riskju baxx fejn dawn jissodisfaw il-kriterji ġenerali u dawk speċifiċi tal-approvazzjoni u ta' riskju baxx speċifikati fl-Anness II, punt 5; billi l-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jiddisponi li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom biss sustanzi attivi b'riskju baxx, li ma jkunx fihom sustanza ta' tħassib, ma jeħtiġux miżuri speċifiċi għat-taffija tar-riskji u jkunu effettivi biżżejjed għandhom jiġu awtorizzati bħala prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi, fil-preżent, huma biss sebgħa s-sustanzi attivi kklassifikati bħala "riskju baxx", li minnhom sitta huma sustanzi attivi ta’ oriġini bijoloġika, li huma approvati fl-Unjoni; billi l-Kummissjoni tagħti prijorità għall-valutazzjoni ta' sustanzi attivi b'riskju baxx preżunt fil-programm għat-tiġdid tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.  billi l-pestiċidi bijoloġiċi b'riskju baxx ġew irrifjutati l-awtorizzazzjoni minn ċertu numru ta' Stati Membri minħabba l-perċezzjoni tal-effikaċja iktar baxxa tagħhom meta mqabbla ma' pestiċidi kimiċi sintetiċi, bla ebda kunsiderazzjoni tal-innovazzjoni li għaddejja fis-settur tal-pestiċidi bijoloġiċi b'riskju baxx, bla kunsiderazzjoni tal-benefiċċji tal-effiċjenza tar-riżorsi għall-biedja organika u bla kunsiderazzjoni tal-ispejjeż agrikoli u ambjentali ta' ċerti prodotti oħra għall-protezzjoni tal-pjanti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Q.  billi l-qafas regolatorju attwali jiddisponi ċerti inċentivi għal sustanzi attivi b'riskju baxx u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx, jiġifieri l-ewwel perjodu ta' approvazzjoni itwal għal sustanzi attivi b'riskju baxx ta' 15 snin skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u inqas minn 120 jum għall-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx skont l-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009; billi, madankollu, dawn l-inċentivi regolatorji japplikaw biss fi tmiem il-proċedura tal-approvazzjoni, ladarba sustanza attiva tiġi kklassifikata bħala ta' riskju baxx;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">R.  billi l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/128/KE jistipula li l-użu ta' pestiċidi għandu jkun minimizzat u projbit f'ċerti żoni speċifiċi, bħal żoni użati mill-pubbliku ġenerali u żoni protetti; billi f'tali każi għandhom jittieħdu miżuri xierqa għall-ġestjoni tar-riskju u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx u miżuri ta’ kontroll bijoloġiku għandu jitqies qabel kollox; billi xi Stati Membri għal żmien twil ipprojbixxew l-użu tal-pestiċidi f'tali żoni speċifiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">S.  billi l-Kummissjoni ssottomettiet lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (Kumitat dwar il-PAFF) abbozz ta’ regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 rigward il-kriterji għall-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi b’riskju baxx; billi dan l-abbozz jipprovdi preżunzjoni ta' status ta' riskju baxx għas-sustanzi attivi li huma mikro-organiżmi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Kunsiderazzjonijiet ġenerali</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied id-disponibbiltà ta' pestiċidji b'riskju baxx ta' oriġini bijoloġika mingħajr fl-Unjoni, u dan mingħajr aktar dewmien;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jenfasizza l-fatt li l-bdiewa għandu jkollhom aktar għodod disponibbli għalihom biex jipproteġu l-għelejjel tagħhom u biex jiddeċiedu liema miżura tipproteġi l-għelejjel tagħhom bl-aħjar mod u bl-aktar mod sostenibbli; jinkoraġġixxi, għaldaqstant, użu usa' ta' għodod differenti inklużi pestiċidi bijoloġiċi b'riskju baxx, b'osservanza tal-prinċipju ta' ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiżied id-disponibilità ta’ għodod ta’ ġestjoni tal-organiżmi ta’ ħsara għal biedja organika li jikkonformaw mar-rekwiżiti kemm tal-biedja organika, kif ukoll tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jenfasizza li d-domanda tal-konsumaturi għal ikel sikur li jkun kemm li wieħed jiflaħ iħallsu kif ukoll prodott b'mod sostenibbli għandha tiġi sodisfatta;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jenfasizza li, sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ta' pestiċidi bijoloġiċi ġodda ta' riskju baxx, l-evalwazzjoni tal-effikaċja u tar-riskji tagħhom, kif ukoll dik tal-kapaċità tagħhom biex jaqdu l-bżonnijiet ambjentali, sanitarji u ekonomiċi tal-agrikoltura, meta mqabbla ma' pestiċidi kimiċi sintetiċi eżistenti għandha tkun imfassla b'tali mod li ma tfixkilx l-iżvilupp u d-dħul fis-suq taghhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jenfasizza l-importanza ta’ dibattitu pubbliku dwar id-disponibbiltà ta’ alternattivi konvenzjonali dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għażla usa’ ta’ sustanzi disponibbli għall-bdiewa u l-produtturi agrikoli, inklużi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b’riskju baxx ta’ oriġini bijoloġika u miżuri ta’ kontroll bijoloġiku oħra, sabiex jinstabu soluzzjonijiet li huma l-aktar vijabbli f’termini ekonomiċi, ambjentali u tas-saħħa; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati s-sostenibbiltà tal-protezzjoni tal-għelejjel; jinkoraġġixxi aktar riċerka u innovazzjoni dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b’riskju baxx ta’ oriġini bijoloġika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jilqa' l-"pjan ta' implimentazzjoni biex iżżid id-disponibbiltà tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx u tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara fl-Istati Membri" kif approvat mill-Kunsill; jistieden lill-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti (EPPO) biex isegwu l-implimentazzjoni ta' dan il-pjan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Azzjoni immedjata</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jitlob li jkun hemm adozzjoni rapida tal-abbozz ta’ Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 rigward il-kriterji għall-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi b’riskju baxx li l-Kummissjoni ssottomettiet lill-Kumitat dwar il-PAFF; jistieden lill-Kummissjoni taġġorna b'mod kontinwu l-kriterji b'konformità mal-għarfien xjentifiku l-iktar aġġornat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-evalwazzjoni bijoloġika, l-awtorizzazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b'riskju baxx, filwaqt li jżommu livell għoli ta' valutazzjoni tar-riskju;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10  Jistieden lill-Istati Membri jinkludu l-użu ta' pestiċidi bijoloġiċi b'riskju baxx fil-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tagħhom dwar il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  jinkoraġġixxi skambju ta' informazzjoni u ta' prattiki tajbin bejn l-Istati Membri dwar ir-riżultati tar-riċerka fil-ġlieda kontra l-organiżmi ta' ħsara, ħaġa li tippermetti li jinstabu soluzzjonijiet alternattivi vijabbli fil-qasam ambjentali, tas-saħħa u dak ekonomiku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika s-sustanzi b'riskju baxx li diġà jinsabu fis-suq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="12pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jilqa' l-inizjattiva REFIT tal-Kummissjoni għall-2016 li twettaq evalwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009; jenfasizza li l-proċess REFIT m'għandux iwassal biex jitbaxxew l-istandards ta' sikurezza tal-ikel u tal-protezzjoni tal-ambjent; Huwa konxju mill-fatt li r-reviżjoni ġenerali tar-Regolament sħiħ (KE) Nru 1107/2009 b'konnessjoni mal-evalwazzjoni REFIT tiegħu tista' tieħu bosta snin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi rivedut ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 sabiex jitrawwem l-iżvilupp, l-awtorizzazzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-UE ta' pestiċidi bijoloġiċi b'riskju baxx; jinsab imħasseb li l-proċess attwali ta' awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti huwa subottimali fil-każ tal-pestiċidi b'riskju baxx ta' oriġini bijoloġika; josserva li l-proċess attwali ta' reġistrazzjoni tas-sustanzi bażiċi b'riskju baxx xi kultant fil-prattika jiġi kkonfigurat bħala tip ta' privattiva, ħaġa li tagħmilha diffiċli li prodott ibbażat fuq l-istess sustanza mhux reġistrata jintuża fi Stat Membru ieħor;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tissottometti, qabel tmiem l-2018, proposta leġiżlattiva speċifika li temenda r-Regolament (KE) Nru 1107/2009, barra r-reviżjoni ġenerali b’rabta inizjattiva REFIT, bil-ħsieb li tiġi stabbilita proċedura mgħaġġla, valutazzjoni, awtorizzazzjoni tar-reġistrazzjoni għal pestiċidi b’riskju baxx ta’ oriġini bijoloġika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm definizzjoni ta' "prodott ta' protezzjoni tal-pjanti ta' oriġini bijoloġika", li tkopri l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, sustanza attiva li hija mikro-organiżmu jew molekula li teżisti fin-natura, jew miksuba minn proċess naturali jew identiku għal dak naturali kif sintetizzat b'mod identiku għall-molekula naturali, b'kuntrast ma' prodott ta' protezzjoni tal-pjanti li s-sustanza attiva tiegħu hija molekula sintetika li ma teżistix fin-natura;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center" text-indent="-28.35pt">°</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center" text-indent="-28.35pt">°  °</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
</Section></Motion>