<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0141/2017</Ref><Date>8.2.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-konklużjoni tas-CETA UE-Kanada</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2525(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124767">Edouard Ferrand</Author>, <Author id="125025">Marcel de Graaff</Author>, <Author id="28210">Marine Le Pen</Author>, <Author id="38511">Georg Mayer</Author>, <Author id="96981">Franz Obermayr</Author>, <Author id="28404">Matteo Salvini</Author>, <Author id="125001">Harald Vilimsky</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4907"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ENF</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE598.465v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0141/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-konklużjoni tas-CETA UE-Kanada</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2525" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2525">2017/2525(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-prinċipju ta' prekawzjoni bħala wieħed mill-pilastri komuni tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u tal-ambjent kif previst fl-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> EMPL_AD(2016)593983.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-diversi inizjattivi li ttieħdu minn ċittadini Ewropej u Kanadiżi kontra l-Ftehim,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Frar 2017 dwar il-konklużjoni tas-CETA UE-Kanada,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi r-rawnds tan-negozjati dwar is-CETA kienu kkaratterizzati, sa mill-bidu tagħhom, minn nuqqas serju ta' trasparenza, u dan għamilha diffiċli għall-pubbliku u għar-rappreżentanti tagħhom eletti demokratikament biex isegwu b'mod attiv it-taħditiet li jkunu għaddejjin;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-implimentazzjoni furzata tal-proċedura tas-soluzzjoni ta' tilwim bejn investituri u stati (ISDS) għadha problema serja peress li din tagħti lok għal sistema ta' ġustizzja parallela, li tippermetti intrapriżi b'saħħithom jattakkaw wieħed mill-pilastri fundamentali għas-sovranità tal-Istati Membri: l-istat tad-dritt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-infurzar tal-prinċipju ta' prekawzjoni fil-qafas tas-CETA ma jistax jiġi żgurat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-ispejjeż tal-produzzjoni ta' diversi fergħat tal-agrikoltura Kanadiża huma ferm aktar baxxi minn dawk tal-produtturi Ewropej, bħal fil-każ ta' produtturi li joperaw fil-qasam tat-trobbija tal-bhejjem, u b'hekk dan jhedded l-eżistenza tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-istituzzjonijiet li jenħtieġ li jiġu stabbiliti skont il-ftehim CETA huma ta' karattru supranazzjonali u mhumiex suġġetti għal kontroll demokratiku miċ-ċittadini tal-UE, kif enfasizzat mill-Qorti Kostituzzjonali Federali Ġermaniża fir-rigward tal-Kumitat Konġunt tas-CETA;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jikkunsidra li ma jagħtix il-kunsens tiegħu għas-CETA;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jenfasizza bil-qawwa l-ħtieġa għal dibattitu pubbliku qabel ma jibdew xi negozjati kummerċjali ulterjuri oħra, flimkien ma' definizzjoni ċara ta' standards indisputabbli, bil-prinċipju ta' prekawzjoni jikkostitwixxi biss eżempju wieħed;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-parlament u l-gvern tal-Kanada.</p>
</Section></Motion>