<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0146/2017</Ref><Date>8.2.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-konklużjoni tas-CETA UE-Kanada</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2525(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28229">Manfred Weber</Author>, <Author id="124743">Artis Pabriks</Author>, <Author id="28219">Daniel Caspary</Author>, <Author id="124854">Salvatore Cicu</Author>, <Author id="28126">Christofer Fjellner</Author>, <Author id="96779">Danuta Maria Hübner</Author>, <Author id="108080">Franck Proust</Author>, <Author id="1055">Godelieve Quisthoudt-Rowohl</Author>, <Author id="1185">Viviane Reding</Author>, <Author id="124730">Fernando Ruas</Author>, <Author id="4345">Tokia Saïfi</Author>, <Author id="2002">José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra</Author>, <Author id="96774">Jarosław Wałęsa</Author>, <Author id="96764">Hermann Winkler</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96912">David Campbell Bannerman</Author>, <Author id="96919">Emma McClarkin</Author>, <Author id="128717">Sander Loones</Author>, <Author id="23712">Jan Zahradil</Author>, <Author id="124827">Joachim Starbatty</Author>, <Author id="28353">Anna Elżbieta Fotyga</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4271"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="97058">Guy Verhofstadt</Author>, <Author id="96945">Marietje Schaake</Author>, <Author id="97203">Ramon Tremosa i Balcells</Author>, <Author id="28316">Hannu Takkula</Author>, <Author id="124708">Dita Charanzová</Author>, <Author id="4253">Frédérique Ries</Author>, <Author id="96937">Johannes Cornelis van Baalen</Author>, <Author id="97137">Sylvie Goulard</Author>, <Author id="96709">Morten Løkkegaard</Author>, <Author id="28242">Alexander Graf Lambsdorff</Author>, <Author id="124989">Fredrick Federley</Author>, <Author id="114268">Nils Torvalds</Author>, <Author id="125026">Angelika Mlinar</Author>, <Author id="130100">Hilde Vautmans</Author>, <Author id="96870">Gesine Meissner</Author>, <Author id="96677">Cecilia Wikström</Author>, Sophia in ‘t Veld, <Author id="124766">Petras Auštrevičius</Author>, <Author id="112753">Jozo Radoš</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE598.472v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0146/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-konklużjoni tas-CETA UE-Kanada</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2525" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2525">2017/2525(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-direttivi ta' negozjati tal-24 ta' April 2009 maħruġa mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll ir-Rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2010 dwar il-modifika tad-direttivi ta' negozjati u l-modifika sussegwenti mill-Kunsill tal-14 ta' Lulju 2011,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-relazzjonijiet UE-Kanada<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 380E, 11.12.2012, p. 20.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-opinjoni ġuridika 259/16 mis-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2016 dwar il-kompatibilità mat-Trattati tad-dispożizzjonijiet dwar ir-riżoluzzjoni tat-tilwim fil-ftehimiet kummerċjali nnegozjati mill-Unjoni Ewropea, b'referenza b'mod partikolari għas-CETA,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2016 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tas-CETA bħala ftehim ''imħallat'',</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Ottubru 2016 dwar l-applikazzjoni proviżorja tas-CETA,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Istrument Interpretattiv Konġunt UE-Kanada dwar is-CETA, approvat mill-Kunsill fil-mument tal-iffirmar fit-28 ta' Ottubru 2016, li jipprovdi interpretazzjoni vinkolanti tas-CETA skont l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra it-38 Stqarrija u Dikjarazzjoni li ddaħħlu fil-minuti tal-Kunsill fl-okkażjoni tal-adozzjoni mill-Kunsill tad-deċiżjoni li tawtorizza l-iffirmar tas-CETA,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi ftehimiet kummerċjali tajbin, li jiddefinixxu regoli ċari għall-flussi tal-kummerċ u tal-investiment, għandhom isawru l-istandards globali sabiex joffru benefiċċji liċ-ċittadini permezz tal-impjiegi u t-tkabbir għall-ekonomija tagħna, u jgħinu biex isostnu futur prosperu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi fi żmien meta l-ftehimiet kummerċjali multilaterali huma diffiċli li jintlaħqu, il-ftehimiet bilaterali għandhom rwol importanti fil-ġenerazzjoni ta' tkabbir ekonomiku u ta' impjiegi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-UE trid taħdem ma' pajjiżi tal-istess fehma biex issaħħaħ is-sistema globali bbażata fuq ir-regoli, b'mod speċjali peress li s-sistema multilaterali hija dejjem aktar taħt pressjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-Kanada u l-UE huma sħab u alleati kruċjali, għandhom valuri komuni, u jemmnu t-tnejn li huma f'soċjetajiet miftuħa, demokratiċi u liberali u fl-importanza ta' kummerċ ibbażat fuq ir-regoli, u jaqblu li jintensifikaw il-kooperazzjoni multilaterali u bilaterali tagħhom fil-politika barranija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi s-CETA huwa l-aktar ftehim kummerċjali modern, progressiv u estensiv li l-UE nnegozjat sa issa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-prijoritajiet stabbiliti fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 huma riflessi fl-eżitu tan-negozjati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi n-negozjati tas-CETA bdew fl-2009 fuq il-bażi ta' mandat unanimu mill-Istati Membri kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi s-CETA jippermetti aċċess għal swieq ġodda, għażliet usa' tal-konsumatur u opportunitajiet ta' investiment, filwaqt li fl-istess ħin jissalvagwardja standards għoljin kemm fil-Kanada u kemm fl-UE, jimminimizza l-ostakoli mhux meħtieġa għall-kummerċ u jiżgura d-dritt għar-regolamentazzjoni biex jintlaħqu objettivi leġittimi tal-politika pubblika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi, fost affarijiet oħra, is-CETA jelimina t-tariffi, jagħti lill-kumpaniji Ewropej aċċess għas-suq tal-akkwist pubbliku Kanadiż, jipproteġi 145 Indikazzjoni Ġeografika Ewropea u jtejjeb it-trasparenza fi proċeduri amministrattivi u doganali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi s-CETA jista' jiżviluppa ulterjorment l-istandards internazzjonali tax-xogħol u tal-ambjent, b'mod partikolari billi jistabbilixxi regoli dwar l-iżvilupp sostenibbli u l-protezzjoni tal-klima;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi, wara t-tħassib li tqajjem mis-soċjetà ċivili u l-Parlament Ewropew dwar soluzzjoni ta' tilwim bejn investituri u stati (ISDS), il-Partijiet qablu li dan jitneħħa mit-test u minfloku jitpoġġa mudell ġdid għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar l-investiment – is-Sistema ta' Qorti tal-Investiment (ICS);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi n-negozjati tas-CETA kkontribwew b'mod sinifikanti lejn il-liberalizzazzjoni tal-viża għaċ-ċittadini tar-Rumanija u l-Bulgarija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi n-negozjati tas-CETA wrew li proċess aktar inklużiv jista' jagħti riżultati aħjar, u b'hekk iwassal għal konklużjonijiet importanti dwar il-ħtieġa għal trasparenza akbar fin-negozjati kummerċjali b'mod ġenerali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv mal-Kanada bħala l-aktar ftehim kummerċjali modern, estensiv u ambizzjuż li l-UE qatt innegozjat sa issa, li għandu l-potenzjal joħloq benefiċċji sinifikanti għaċ-ċittadini u l-kumpaniji, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jitlob proċess ta' ratifika malajr min-naħa tal-parlamenti nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri sabiex ikun żgurat li ċ-ċittadini Ewropej u Kanadiżi jesperjenzaw il-benefiċċji tas-CETA mill-iktar fis possibbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jisħaq fuq il-fatt li dan il-ftehim huwa opportunità biex jiġu stabbiliti r-regoli u l-istandards għall-kummerċ globali flimkien mal-aqwa sieħeb tagħna, filwaqt li jiġi żgurat li l-istandards soċjali, tax-xogħol u ambjentali ma jiġux ipperikolati meta jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għat-tkabbir u l-impjiegi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jemmen li s-CETA jibgħat sinjal importanti lil partijiet kummerċjali oħra dwar kif l-UE tixtieq tistabbilixxi regoli u standards globali u li l-UE tibqa' impenjata għal swieq miftuħa u kummerċ  ibbażat fuq ir-regoli, speċjalment fi żmien ta' inċertezza fil-qasam tal-politika kummerċjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jisħaq li, bħal fil-każ tas-CETA, il-ftehimiet kummerċjali futuri kollha jenħtieġ li jinkludu miżuri adegwati għal prodotti sensittivi, inklużi prodotti agrikoli, kif ukoll klawżoli ta' salvagwardja li għandhom jiġu applikati f'każ ta' tfixkil fis-suq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Ifakkar li s-CETA ma jitlobx li l-gvernijiet jipprivatizzaw kwalunkwe servizz pubbliku, u lanqas ma jipprevjeni li servizzi li qabel kienu ġew privatizzati jerġgħu lura għal sjieda jew amministrazzjoni pubblika jew għal kwalunkwe forma oħra ta' kontroll;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jilqa' l-mudell il-ġdid tal-Kummissjoni għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar l-investiment, l-ICS, li jirrappreżenta bidla fundamentali meta mqabbel mal-ISDS billi jiżgura l-istabbiliment ta' tribunal permanenti b'imħallfin pubbliċi allokati b'mod każwali għal kull każ, tribunal tal-appell permanenti, regoli stretti dwar il-kunflitt ta' interess, kodiċi ta' kondotta infurzabbli mill-President tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja u dispożizzjonijiet tat-trasparenza msaħħa sabiex it-tilwim ma jibqax jiġi solvut ''bil-magħluq'';</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jilqa' l-fatt li mistoqsijiet dwar is-CETA twieġbu permezz ta' sensibilizzazzjoni, involviment u kjarifiki oħra dwar il-kontenut tal-Ftehim, bħalma huma l-Istrument Interpretattiv Konġunt, min-naħa tal-UE u l-Kanada;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jenfasizza l-importanza tal-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli fis-CETA, u l-impenji rilevanti meħuda mill-Partijiet fl-istrument interpretattiv konġunt biex jissaħħu d-dispożizzjonijiet tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jitlob l-involviment sħiħ tal-Parlament fl-implimentazzjoni tal-Ftehim u jistieden lill-Kummissjoni taġġorna regolarment lill-Parlament dwar l-applikazzjoni proviżorja tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid it-trasparenza tan-negozjati kummerċjali attwali u futuri biex tinteraġixxi maċ-ċittadini u l-partijiet interessati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-gvern u lill-parlament tal-Kanada.</p>
</Section></Motion>