<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0184/2017</Ref><Date>13.3.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-prijoritajiet tal-UE għas-sessjonijiet tal-UNHRC fl-2017</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2598(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96858">Marie-Christine Vergiat</Author>, <Author id="96820">Marisa Matias</Author>, <Author id="125050">Ángela Vallina</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author>, <Author id="131507">Miguel Urbán Crespo</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="135490">Xabier Benito Ziluaga</Author>, <Author id="131749">Estefanía Torres Martínez</Author>, <Author id="124689">Neoklis Sylikiotis</Author>, <Author id="96907">Takis Hadjigeorgiou</Author>, <Author id="28586">Dimitrios Papadimoulis</Author>, <Author id="125092">Kostadinka Kuneva</Author>, <Author id="130833">Stelios Kouloglou</Author>, <Author id="125061">Kostas Chrysogonos</Author>, <Author id="124810">Barbara Spinelli</Author>, <Author id="125049">Maria Lidia Senra Rodríguez</Author>, <Author id="125997">Javier Couso Permuy</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE598.537v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0184/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-prijoritajiet tal-UE għas-sessjonijiet tal-UNHRC fl-2017</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2598" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2598">2017/2598(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew,</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHRC),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-34 sessjoni tal-UNHRC, li se ssir mis-27 ta' Frar sal-24 ta' Marzu 2017,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandhom jiggarantixxu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-politiki tagħhom kollha, kemm interni kif ukoll esterni, u jiżguraw il-konsistenza ta' tali politiki, sabiex isaħħu l-pożizzjoni tal-UE u tal-Istati Membri tagħha fi ħdan il-UNHRC u jagħmluha aktar kredibbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-UNHRC se jżomm l-34 sessjoni ordinarja tiegħu mis-27 ta' Frar sal-24 ta' Marzu 2017; billi delegazzjoni mis-Sottokumitat tal-Parlament Ewropew għad-Drittijiet tal-Bniedem se tmur Ġinevra matul din l-34 sessjoni tal-UNHRC, kif kien il-każ fis-snin preċedenti għas-sessjonijiet preċedenti tal-UNHRC; billi żewġ sessjonijiet oħra tal-UNHRC se jsiru fl-2017;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi llum il-ġurnata seba' Stati Membri għandhom siġġu fil-UNHRC, jiġifieri: il-Ġermanja (sal-2018), il-Belġju (sal-2018), il-Latvja (sal-2017), in-Netherlands (sal-2017), il-Portugall (sal-2017), ir-Renju Unit (sal-2017) u s-Slovenja (sal-2018);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-ħidma tal-UE u tal-Istati Membri tagħha mal-UNHRC u fi ħdanu, kif ukoll mal-korpi kollha tan-NU, trid tkun ikkoordinata aħjar u trid tissaħħaħ biex tqis u timplimenta aħjar ir-rakkomandazzjonijiet tal-UNHRC fil-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, kemm fil-livell intern kif ukoll f'dak estern; billi, wisq ta' spiss, id-delegazzjonijiet tal-UE fil-UNHRC jikkuntentaw ruħhom li jmorru bil-prijoritajiet tagħhom stess mingħajr ma jqisu l-ħidma tan-NU u tal-UNHRC fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Ix-xogħol u l-organizzazzjoni tal-UNHRC</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jistieden mill-ġdid lill-Istati Membri tal-UE biex jopponu attivament kull tentattiv li jhedded il-kunċetti tal-universalità, l-indiviżibbiltà u l-interdipendenza tad-drittijiet tal-bniedem, u biex iħeġġu attivament lill-UNHRC jiġġieled bl-istess mod il-forom kollha ta' diskriminazzjoni, tkun xi tkun il-bażi tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Iwissi kontra l-istrumentalizzazzjoni tal-UNHRC; jissottolinja l-importanza tar-riżoluzzjonijiet tiegħu li jirreferu għal pajjiżi speċifiċi biex jiġu indirizzati l-każijiet serji ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem issir b'mod oġġettiv, trasparenti, mhux selettiv, kostruttiv, mhux kunfliġġenti, abbażi ta' informazzjoni affidabbli, bħala frott ta' djalogu interattiv u f'kundizzjonijiet ta' universalità u ta' trattament ugwali tal-Istati kollha; jistieden lill-Istati Membri jieħdu sehem attiv fl-implimentazzjoni ta' dawn il-prinċipji li kien hemm qbil dwarhom fir-rigward tal-UNHRC;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jissottolinja l-importanza, sabiex jiġi żgurat ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, li jiġu indirizzati l-kawżi profondi tal-instabbiltà politika f'għadd ta' pajjiżi permezz ta' politiki ta' żvilupp li jkunu konformi mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u miżuri soċjoekonomiċi, politiċi u kulturali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jikkonstata li l-Arabja Sawdija hija membru tal-UNHRC sal-2019; jikkundanna bil-qawwa l-ksur mifrux tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mir-Renju tal-Arabja Sawdija, li juża l-mandat tiegħu biex jimblokka t-talbiet mir-Rapporteurs Speċjali tan-NU maħtura biex iwettqu investigazzjonijiet ta' stabbiliment tal-fatti relatati mat-tortura, mal-libertà ta' espressjoni u ta' opinjoni, kif ukoll ma' eżekuzzjonijiet, bl-istess mod li jxekkel kull tentattiv ta' inkjesta indipendenti dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen; jikkundanna l-fatt li, waqt it-33 sessjoni tal-UNHRC, ir-Renju tal-Arabja Sawdija, għat-tieni sena konsekuttiva, irnexxielu jimblokka riżoluzzjoni tal-UE li kellha l-għan li jiġi stabbilit mandat biex titwettaq inkjesta internazzjonali; jitlob lill-UE tipproponi din ir-riżoluzzjoni mill-ġdid wara l-kritika fformulata mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Kate Gilmore, dwar il-fatt li l-kummissjoni nazzjonali Jemenita – li ġiet stabbilita wara l-falliment tas-sejħa għall-ħolqien ta' kummissjoni internazzjonali – mhijiex imparzjali u naqset milli tirrispetta l-istandards fundamentali ta' protezzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jilqa' r-rapporti annwali tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u, b'mod partikolari, l-attenzjoni mogħtija lis-sitwazzjonijiet tal-Honduras, il-Kolombja, il-Gwatemala, Ċipru, l-Iran, is-Sri Lanka, il-Jemen, it-territorju Palestinjan okkupat, inkluża Ġerusalemm tal-Lvant, l-Għoljiet ta' Golan Sirjani okkupati, l-Afganistan u l-Guinea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jopponi l-użu tal-kunċett ta' "responsabbiltà ta' protezzjoni", billi dan il-kunċett jikser il-liġi internazzjonali u ma joffrix bażi ġuridika suffiċjenti biex l-użu unilaterali tal-forza jkun iġġustifikat; jikkundanna r-rwol ta' għassiesa dinjin li jieħdu f'idejhom Stati bħall-Istati Uniti u Franza jew organizzazzjonijiet bħan-NATO, inkluż barra mill-mandati tan-NU jew lil hinn minn tali mandati; jikkundanna wkoll l-hekk imsejħa "attakki mill-ajru mmirati" u l-introduzzjoni ta' truppi barranin fit-territorju ta' ċerti Stati; jiddenunzja l-interventi tan-NATO li jieħdu post il-kompiti ta' paċifikazzjoni u ta' stabbilizzazzjoni meta dawn ma jkunux jistgħu jiġu implimentati b'kunsens wiesa' fil-qafas tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="justify"><span font-style="italic" font-weight="bold">Drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jilqa' l-importanza mogħtija mill-UNHRC lill-promozzjoni u lill-protezzjoni tad-drittijiet ekonomiċi u soċjali, kif ukoll lill-kwistjoni tal-interdipendenza u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem; jissottolinja mill-ġdid il-ħtieġa li d-drittijiet ekonomiċi, soċjali, kulturali, ċiviċi u politiċi jiġu trattati bl-istess mod; jinsisti fuq il-fatt li r-rati għoljin ta' qgħad, iż-żieda fil-faqar u fl-esklużjoni soċjali, l-aċċess dejjem aktar diffiċli għal servizzi fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni, id-djar, it-trasport u l-kultura u d-deterjorament tal-kwalità ta' dawn is-servizzi jirrappreżentaw sfidi kbar; jilqa' r-rwol ewlieni li jiżvolġu s-servizzi pubbliċi f'dan il-qasam u jikkonstata li l-privatizzazzjoni u l-liberalizzazzjoni tagħhom ikkontribwew għad-deterjorament tal-aċċess għal uħud minn dawn id-drittijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jissottolinja, barra minn hekk, li l-introduzzjoni ta' klawsoli dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet ta' kummerċ ħieles iffirmati mill-UE ma titteħidx biżżejjed inkunsiderazzjoni u għalhekk tirrappreżenta falliment, peress li dawn il-ftehimiet ta' kummerċ ħieles wasslu saħansitra għal tnaqqis, jew addirittura għal ksur tad-drittijiet fundamentali, speċjalment ekonomiċi u soċjali, għat-tfaqqir tal-popolazzjonijiet ikkonċernati u għall-monopolizzazzjoni tar-riżorsi minn kumpaniji multinazzjonali; iqis li jeħtieġ li jiġu implimentati forom ġodda ta' kooperazzjoni sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi terzi abbażi tal-bżonnijiet tal-popli tagħhom; iqis li, minbarra l-impatt tal-pjanijiet ta' awsterità fuq id-drittijiet tal-bniedem, il-UNHRC għandu wkoll ifittex li janalizza u jiddenunzja l-impatti tal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles u b'mod partikolari tar-riskji u l-konsegwenzi tal-ftehimiet ta' sħubija ekonomika mal-pajjiżi AKP; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Iqis li l-kwistjoni tat-tqassim tal-ġid fid-dinja għandha tkun prijorità ewlenija tas-sessjonijiet tal-UNHRC fl-2017, peress li hija tirrappreżenta l-ostakolu prinċipali għat-twettiq tad-drittijiet ekonomiċi u soċjali u li d-delegazzjoni tal-UE u dawk tal-Istati Membri tagħha għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jintlaħaq dan il-għan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jissottolinja l-importanza tar-rapport dwar l-aċċess għall-mediċini fil-kuntest tad-dritt ta' kull persuna li tgawdi l-aħjar stat possibbli ta' saħħa fiżika u mentali; jitlob lid-delegazzjoni tal-UE u lil dawk tal-Istati Membri tagħha biex jippromwovu l-aċċess għall-mediċini u għal servizzi pubbliċi tas-saħħa li jkunu ta' kwalità għolja u aċċessibbli għal kulħadd, u biex jipproponu inkjesta dwar ir-rwol tal-industriji farmaċewtiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Iqis li r-rapport dwar akkomodazzjoni xierqa bħala element tad-dritt għal livell ta' għajxien adegwat huwa importanti wkoll; jitlob lid-delegazzjoni tal-UE u lil dawk tal-Istati Membri tagħha biex jippromwovu l-aċċess għal akkomodazzjoni ta' kwalità għolja għal kulħadd, mingħajr diskriminazzjoni, bħala dritt fundamentali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jilqa' bl-istess mod ir-rapport dwar id-dritt għall-ikel; jissottolinja li l-Istati li huma membri tan-Nazzjonijiet Uniti għandhom jippromwovu aktar l-aċċess għar-riżorsi naturali u vitali, l-aċċess għall-art kif ukoll għas-sovranità u s-sikurezza tal-ikel bħala strument biex jitnaqqsu l-faqar u l-qgħad; jiddeplora l-fatt li għadd sinifikanti ta' persuni m'għandhomx, jew ma baqgħalhomx, aċċess għal ċerti riżorsi, inklużi beni fundamentali bħall-ilma, minħabba li dawn jiġu akkapparrati speċjalment minn intrapriżi jew entitajiet privati, li jgawdu appoġġ mill-awtoritajiet politiċi tal-Istati kkonċernati, aġir li jikkaġuna b'mod partikolari skarsezza ta' ikel u żieda fil-prezzijiet tal-oġġetti tal-ikel; jitlob, għaldaqstant, lid-delegazzjoni tal-UE u lil dawk tal-Istati Membri tagħha biex jippromwovu proposti lill-UNHRC u, b'mod aktar wiesa', fil-fora u l-konferenzi internazzjonali u reġjonali (il-Bank Dinji, id-WTO, il-UNCTAD, l-FMI, l-OECD, eċċ.) għar-rikonoxximent tal-beni pubbliċi fundamentali u l-inklużjoni tagħhom f'konvenzjoni speċifika tan-NU; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jissottolinja l-importanza tad-diskussjoni dwar l-effetti tad-dejn estern u tal-obbligi finanzjarji internazzjonali marbuta tal-Istati fuq it-tgawdija sħiħa tad-drittijiet kollha tal-bniedem, billi tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-ħlas "tal-imgħax fuq id-dejn" tal-Istati llum jolqot il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi u qed iservi bħala skuża biex jiġu stabbiliti pjanijiet ta' awsterità msejħa "pjanijiet ta' aġġustament strutturali" li jiksru d-drittijiet fundamentali inklużi fl-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Drittijiet ċivili u politiċi</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jistieden lill-Istati kollha jiġġieldu kontra t-tortura, inkluż fi ħdan l-Istati Membri; jitlob lid-delegazzjoni tal-UE u lil dawk tal-Istati Membri tagħha biex, fid-diskussjoni dwar it-tortura u pieni u trattamenti diżumani u degradanti oħra, jinkludu l-kwistjoni tal-projbizzjoni tal-kummerċ ta' prodotti li jafu jservu għal finijiet ta' tortura, kemm ġewwa u kemm barra l-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jistieden lid-delegazzjoni tal-UE u lil dawk tal-Istati Membri tagħha biex isostnu mill-ġdid il-pożizzjoni tagħhom kontra l-piena tal-mewt, favur l-abolizzjoni universali tagħha u favur il-ħolqien ta' moratorju immedjat fil-pajjiżi fejn għadha teżisti; jinsab imħasseb minħabba li għadd ta' pajjiżi li kienu ssospendew il-piena kapitali reġgħu bdew l-eżekuzzjonijiet kapitali, jew saħansitra reġgħu daħħlu l-piena tal-mewt, b'mod partikolari minħabba l-ġlieda kontra t-terroriżmu u bħala parti mill-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jinsisti fuq il-ħtieġa li, matul din is-sessjoni tal-UNHRC, jiġu trattati l-kwistjoni tal-libertà ta' assoċjazzjoni u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' ripressjoni, inkluż l-omiċidju ta' sindakalisti, ta' attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili, ta' artisti u ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Jieħu nota tal-importanza mogħtija waqt il-31 sessjoni lil-libertà ta' reliġjon jew twemmin u jtenni li din timplika kemm id-dritt li wieħed jemmen u li ma jemminx kif ukoll id-dritt għall-promozzjoni tat-twemmin reliġjuż u d-dritt li wieħed jibdel it-twemmin reliġjuż tiegħu; jissottolinja mill-ġdid ir-rabta tiegħu mas-sekulariżmu bħala karatteristika fundamentali ta' Stat demokratiku, definit bħala s-separazzjoni stretta bejn l-awtoritajiet politiċi u reliġjużi, li timplika r-rifjut ta' kull tip ta' ndħil reliġjuż fil-funzjonament tal-affarijiet pubbliċi u ta' kull tip ta' ndħil politiku fl-affarijiet reliġjużi, ħlief għal skopijiet ta' osservanza tar-regoli tas-sigurtà u tal-ordni pubbliku (inkluż ir-rispett għal-libertà tal-oħrajn) u għal skopijiet ta' garanzija tal-istess libertà ta' kuxjenza u l-espressjoni pubblika tat-twemmin għal kulħadd (sew dawk li jemmnu, sew l-anjostiċi u sew l-atei);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.  Jikkunsidra li r-rapport dwar id-dritt għall-privatezza fl-era diġitali huwa partikolarment importanti; jiddeplora li t-teknoloġiji, inklużi dawk Ewropej, jintużaw biex jiksru d-drittijiet tal-bniedem, speċjalment permezz taċ-ċensura u s-sorveljanza tal-massa; jikkundanna bl-istess mod l-ispjunaġġ tal-massa mwettaq fuq miljuni ta' persuni, b'mod speċjali min-National Security Agency tal-Istati Uniti; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-tixrid tat-teknoloġiji ta' sorveljanza u ta' filtrazzjoni, li jirrappreżenta theddida dejjem akbar għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u spiss jippreġudika d-dritt għall-privatezza; jitlob li dawn il-preokkupazzjonijiet jittieħdu inkunsiderazzjoni meta dan il-punt jiġi diskuss waqt is-sessjoni; jiddispjaċih li l-komunità internazzjonali għadha ma nedietx negozjati għall-konklużjoni ta' ftehim internazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data personali, li jista' jitnebbaħ mill-Konvenzjoni 108 tal-Kunsill tal-Ewropa, u jistieden lid-delegazzjoni tal-UE u lil dawk tal-Istati Membri tagħha biex jaħdmu għat-tħejjija ta' tali qafas, b'kollaborazzjoni mal-kontropartijiet internazzjonali tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19  Jikkundanna l-esternalizzazzjoni dejjem tikber tal-kompiti ta' sigurtà, inklużi dawk militari, f'idejn organizzazzjonijiet u impriżi privati għad li din hija kwistjoni ta' kompetenzi sovrani li jaqgħu taħt l-awtorità esklużiva tal-Istati, u jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex itemmu dawn il-prattiki; iqis li r-rispett għall-istandards dwar id-drittijiet tal-bniedem għandu jibqa' responsabbiltà tal-Istati u jqis, għaldaqstant, li dan huwa trasferiment ta' missjonijiet tas-servizz pubbliku, u li l-Istati jeħtiġilhom jinżammu responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi umanitarja mwettaq mill-impriżi kkonċernati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.  Jinsisti fuq ir-regolamentazzjoni dgħajfa, in-nuqqas ta' trasparenza u n-nuqqas ta' kontroll fir-rigward tal-kummerċ tal-armi, li qed jikkaġunaw tbatija umana dejjem tikber fil-kuntest ta' gwerer ċivili u kunflitti armati; iqis li l-kummerċ tal-armi jsostni l-instabbiltà u l-korruzzjoni u jfixkel il-proċessi tal-paċi; jiddenunzja b'mod partikolari r-rwol tiegħu f'pajjiżi bħall-Jemen, is-Somalja, is-Sudan t'Isfel u n-Niġerja, u jtenni t-twissija dwar dawn il-pajjiżi, maħruġa mis-Segretarju Ġenerali tan-NU, fit-22 ta' Frar li għadda; jinsisti, għalhekk, li din il-kwistjoni trid tiġi indirizzata matul din is-sessjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Drittijiet tal-popli u ta' gruppi u individwi partikolari</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.  Jissottolinja l-importanza li jiġu rrispettati d-drittijiet fundamentali tal-popli indiġeni u tribali kif definiti fil-Konvenzjoni 169 tal-ILO u jinsab imħasseb fir-rigward tad-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-difensuri, l-attivisti, l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem li jiddenunzjaw b'mod partikolari s-sitwazzjonijiet ta' ħtif tal-art; jitlob li dawn il-kwistjonijiet ikunu s-suġġett ta' punt partikolari fuq l-aġenda tas-sessjoni tal-UNHRC;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.  Jilqa' l-importanza mogħtija lid-drittijiet tat-tfal waqt l-34 sessjoni u r-rieda, wara l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 25/6, li jitwettaq monitoraġġ mill-qrib tal-kwistjonijiet marbutin mat-traffikar u l-bejgħ tat-tfal, il-prostituzzjoni tat-tfal u l-pedopornografija; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jaħdmu bi prijorità favur azzjonijiet konkreti min-naħa tal-UNHRC maħsuba biex itemmu l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jaffettwa lill-popolazzjoni ċivili, u speċjalment lin-nisa u lit-tfal, fis-sitwazzjonijiet ta' gwerer u ta' kunflitti vjolenti; jitlob li jiġu implimentati azzjonijiet prijoritarji speċjalment biex jintemm ir-reklutaġġ ta' suldati tfal u biex tiġi żgurata l-protezzjoni tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">24.  Jiddispjaċih li l-kwistjonijiet b'rabta mad-drittijiet tal-persuni LGBTI mhumiex se jiġu diskussi fil-konferenzi tal-2017 tal-UNHRC; jikkundanna l-vjolenza u d-diskriminazzjoni li huma soġġetti għalihom il-persuni LGBTI madwar id-dinja; jikkundanna b'mod partikolari l-isterilizzazzjoni furzata tal-persuni transġeneru, li għadha tiġri f'numru ta' Stati, inkluż fl-UE, u jappella biex dan il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem jintemm minnufih; jistieden lill-komunità internazzjonali tirrifletti dwar il-mezzi kif il-liġi tal-familja tagħhom tiġi adattata għall-evoluzzjoni tal-modi u l-forom tal-familji tal-lum, inkluża l-possibbiltà ta' unjoni u ta' adozzjoni għall-persuni tal-istess sess; jissottolinja l-fatt li l-leżbjani spiss isofru diskriminazzjoni multipla (kemm bħala nisa u kemm bħala leżbjani) u li l-azzjonijiet favur l-ugwaljanza għall-persuni LGBTI jridu jmorru id f'id ma' azzjonijiet għall-ugwaljanza tan-nisa u l-bniet b'mod li jinkisbu l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni; jesprimi t-tħassib tiegħu rigward iż-żieda reċenti ta' liġijiet, prattiki u atti ta' vjolenza indirizzati kontra individwi abbażi tal-orjentament sesswali u s-sess tagħhom; jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għat-tkomplija tal-ħidma tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet kollha tal-bniedem mill-persuni LGBTI, b'mod partikolari permezz ta' dikjarazzjonijiet, rapporti u l-kampanja "Libertà u Ugwaljanza"; jinkoraġġixxi lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti jkompli l-ġlieda kontra l-liġijiet u l-prattiki diskriminatorji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">25.  Jilqa' r-rapport dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti; jikkundanna l-impatt tal-politiki ta' esternalizzazzjoni tal-fruntieri tal-Unjoni Ewropea fuq it-teħid ta' riskju akbar għall-persuni li jivvjaġġaw lejn l-Ewropa fit-tfittxija għas-sigurtà, li wasslet għal żieda fl-għadd ta' mwiet fuq il-baħar u fuq l-art ta' persuni fi triqithom lejn l-Ewropa; jissottolinja l-ħtieġa li l-UE tibbaża l-politiki kollha tal-migrazzjoni, inklużi l-politiki tal-kontroll tal-fruntieri, fuq approċċ konsistenti bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem f'konformità mal-impenji internazzjonali tagħha; jikkundanna, f'dan ir-rigward, il-"Proċess ta' Khartoum", li jinvolvi kooperazzjoni, b'mod partikolari, mar-reġimi tal-Eritrea u tas-Sudan fil-qasam tal-"ġestjoni tal-migrazzjoni"; jistieden għal darb'oħra lill-Istati Membri tal-UE jimplimentaw il-klawsoli dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet internazzjonali kollha, tkun xi tkun in-natura tagħhom, u jiggarantixxu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-politiki interni u esterni tagħhom stess, peress li n-nuqqas ta' dan idgħajjef il-pożizzjoni tal-UE fi ħdan il-UNHRC u f'kull forum internazzjonali ieħor li jindirizza d-drittijiet tal-bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Interdipendenza tad-drittijiet tal-bniedem u tal-kwistjonijiet tematiċi marbutin mad-drittijiet tal-bniedem</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">26.  Jieħu nota tal-importanza mogħtija lir-rabta bejn it-terroriżmu u d-drittijiet tal-bniedem u tar-rapport dwar l-effetti dannużi tat-terroriżmu fuq it-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha, b'mod partikolari d-dritt għall-ħajja, għal-libertà u għas-sikurezza tal-persuna, waqt din l-34 sessjoni; jissottolinja l-fatt li l-ġlieda kontra t-terroriżmu fl-ebda każ ma trid tintuża bħala skuża biex jiġu limitati l-libertajiet individwali u d-drittijiet fundamentali; iqis li r-rispons ta' "gwerra" pprovdut minn ċerti pajjiżi tal-Punent, minflok inaqqas it-theddida terroristika, iżid il-mewġa ta' vjolenza; jissottolinja għal darb' oħra l-fatt li pjan effettiv tal-ġlieda kontra t-terroriżmu jista' jiġi implimentat biss meta jiġi newtralizzat il-finanzjament tal-organizzazzjonijiet terroristiċi, b'mod partikolari billi jiġi sospiż kull ftehim kummerċjali u kull ftehim ta' sħubija mal-pajjiżi li jappoġġjaw dawn l-organizzazzjonijiet; jissottolinja, barra minn hekk, l-importanza li jissaħħu s-servizzi pubbliċi tal-<span font-style="italic">intelligence</span>, tas-sigurtà u tal-ġustizzja, iżda wkoll il-ħtieġa li jinħolqu programmi ta' prevenzjoni u ċentri ffinanzjati mill-awtoritajiet pubbliċi biex jidentifikaw b'mod proattiv il-metodi ta' reklutaġġ tal-organizzazzjonijiet terroristiċi, jimpedixxu r-reklutaġġ u jippermettu l-integrazzjoni mill-ġdid tal-persuni reklutati; ifakkar li d-drittijiet, mhux biss għas-sigurtà iżda wkoll għas-sikurezza, huma fundamentali u jikkundanna kull politika pubblika li tiddiskrimina kontra parti mill-popolazzjoni abbażi tal-oriġini jew tar-reliġjon tagħha, kemm reali kif ukoll allegati; jemmen, f'dan il-kuntest, li l-punt dwar l-impatt tat-terroriżmu fuq it-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem huwa tal-ogħla importanza; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">27.  Iqis bħala fundamentali l-punt dwar l-iżvilupp ta' strument internazzjonali ġuridikament vinkolanti b'rabta mal-kumpaniji transnazzjonali u impriżi oħrajn u d-drittijiet tal-bniedem; jappoġġja l-ħidma tal-grupp ta' ħidma intergovernattiv tan-NU dwar dan is-suġġett u jitlob b'insistenza lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri biex jikkonformaw mar-riżoluzzjonijiet dwar dan is-suġġett u jaħdmu bis-sħiħ favur dan l-objettiv;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">28.  Jikkunsidra, bl-istess mod, li l-punt dwar id-drittijiet tal-bniedem u dwar l-ambjent huwa tal-ogħla importanza u jqis li dan huwa marbut intrinsikament mad-drittijiet tal-popli li jagħmlu użu mir-riżorsi naturali proprji, mill-artijiet tagħhom u minn sistema ambjentali sostenibbli; iqis, għaldaqstant, li huwa fundamentali li jiġu ratifikati u implimentati minn kulħadd il-proċess ta' Kjoto, kif ukoll konvenzjonijiet internazzjonali oħra li jippermettu t-tgawdija effettiva ta' dawn id-drittijiet; iqis li l-ftehimiet konklużi fil-COP 21 f'Pariġi għadhom mhumiex biżżejjed biex jitwaqqaf it-tibdil fil-klima u biex jiġu mħarsa d-drittijiet soċjali u ambjentali tal-popli; jistieden lid-delegazzjoni tal-UE u lir-rappreżentanti tal-Istati Membri biex, fi ħdan il-UNHCR, jappoġġjaw il-proposta għall-ħolqien ta' qorti internazzjonali tal-ġustizzja ambjentali taħt il-patroċinju tan-NU u biex jistinkaw għall-istabbiliment ta' strument ġuridiku vinkolanti bil-għan li jiġu ssanzjonati l-Istati u l-impriżi li jniġġsu l-aktar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">29.  Jissottolinja li, skont stima tan-NU, 200 miljun persuna se jiġu spostati għal raġunijiet klimatiċi minn issa sal-2050; jissottolinja l-ħtieġa ta' approċċ komprensiv li jindirizza l-problemi tat-tibdil fil-klima, tal-faqar, tal-isfruttament u tal-aċċess għar-riżorsi, kif ukoll tal-ġlieda kontra l-ħtif tal-art u tal-ġid min-naħa tal-kumpaniji multinazzjonali sabiex ikunu possibbli l-iżvilupp u l-aċċess tal-popolazzjonijiet għall-prodotti, id-drittijiet u s-servizzi bażiċi; jistieden lid-delegazzjoni tal-UE fi ħdan il-UNHCR u lir-rappreżentanti tal-Istati Membri jipparteċipaw b'mod attiv fid-dibattitu dwar it-terminu "rifuġjati klimatiċi u ambjentali", bil-għan li tiġi żviluppata definizzjoni ġuridikament vinkolanti skont il-liġi internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Id-drittijiet tal-popli għall-awtodeterminazzjoni u sitwazzjonijiet b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem li jeħtieġu l-attenzjoni tal-Kunsill</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">30.  Jissottolinja mill-ġdid id-dritt inaljenabbli għall-awtodeterminazzjoni li għandhom il-popli u d-dritt li jagħżlu l-orjentazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u soċjali tagħhom mingħajr indħil minn barra; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex, fl-okkażjoni tas-sessjonijiet tal-UNHCR tal-2017, jippromwovu vigorożament dan id-dritt minflok il-politiki attwali; jirrifjuta, barra minn hekk, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet mill-UE u mill-Istati Uniti fuq pajjiżi terzi essenzjalment bil-għan li jipproteġu l-interessi ekonomiċi u ġeopolitiċi tagħhom u mhux dawk tal-popolazzjonijiet ikkonċernati, li suppost għandhom jipprevalu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">31.  Huwa mħasseb għall-aħħar minħabba d-deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fis-Sirja wara l-okkupazzjoni ta' parti sinifikanti tat-territorju min-naħa tal-organizzazzjoni msejħa "Stat Iżlamiku"; itenni l-kundanna qawwija tiegħu tal-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-organizzazzjonijiet terroristiċi; jinsab ukoll partikolarment imħasseb dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mir-reġim Sirjan, b'mod speċjali l-ksur tal-libertà ta' espressjoni, id-detenzjonijiet arbitrarji u r-ripressjoni ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jissottolinja l-importanza tal-konklużjonijiet tal-kumissjoni speċjali ta' inkjesta approfondita u indipendenti dwar l-avvenimenti li seħħew f'Aleppo sabiex, fejn ikun possibbli, jiġu identifikati dawk kollha li dwarhom hemm raġunijiet raġonevoli għaliex wieħed jemmen li huma responsabbli minn allegat ksur tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u abbużi ta' tali liġi; jissottolinja l-fatt li l-kunflitt kompla jiħrax minħabba l-kummerċ tal-armi; jikkundanna b'mod qawwi d-diversi interventi tal-Punent ta' dawn l-aħħar snin, li kellhom effetti drammatiċi fir-radikalizzazzjoni tal-individwi, speċjalment fil-Lvant Nofsani u fil-pajjiżi tal-viċinat tan-Nofsinhar; jilqa' l-isforzi għal djalogu politiku taħt il-patroċinju tan-NU biex tingħeleb il-kriżi politika fil-pajjiż u jissottolinja li sabiex ikun effettiv, irid jinkludi l-membri tal-oppożizzjoni paċifika fil-konfront tar-reġim Sirjan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">32.  Jesprimi tħassib profond rigward il-kunflitt rikorrenti fis-Sudan t'Isfel; jappella għal waqfien mill-ġlied immedjat bejn il-partijiet fil-kunflitt u jesprimi l-appoġġ tiegħu għal medjazzjoni newtrali li tippermetti l-ilħuq ta' ftehim fl-iqsar żmien possibbli; jitlob li tingħata għajnuna umanitarja aktar sinifikanti lill-popolazzjoni ċivili li tinsab maqbuda fil-ġlied jew li qed taħrab mir-reġjun; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jirrispettaw il-prinċipju ta' <span font-style="italic">non-refoulement </span>billi jiftħu l-fruntieri tagħhom lir-rifuġjati li qed jaħarbu l-kriżi li hemm fis-Sudan t'Isfel; jitlob bl-istess mod li jittieħed impenn internazzjonali biex titwaqqaf kull kunsinna ta' armi jew ta' tagħmir militari lejn is-Sudan t'Isfel u biex titwaqqaf kull esportazzjoni tal-armi lejn ir-reġjun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">33.  Jissottolinja l-importanza tad-diskussjonijiet tal-UNHCR dwar il-kriżi fil-Burundi; jiddikjara ruħu ferm imħasseb dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż u jissottolinja li din jista' jkollha konsegwenzi drammatiċi għar-reġjun kollu kemm hu; jitlob li jiġu rrispettati l-Patt dwar is-Sigurtà, l-Istabbiltà u l-Iżvilupp fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar kif ukoll il-Protokoll dwar Non-Aggressjoni u Difiża Reċiproka; huwa tal-fehma li l-kriżi attwali tista' tingħeleb biss permezz ta' djalogu politiku fil-livelli nazzjonali u reġjonali u taħt l-ebda ċirkostanza ma trid tintuża bħala skuża għal intervent militari ġdid fir-reġjun; iqis li l-problemi tal-Burundi jistgħu jissolvew biss billi jiġu garantiti l-istess drittijiet għaċ-ċittadini kollha u billi jiġu indirizzati l-problemi li jinvolvu l-kontroll tal-art agrikola għammiela, il-qgħad u l-faqar, billi jiġu miġġielda l-korruzzjoni, il-faqar, l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni, u billi jiġu promossi riformi soċjali, politiċi u ekonomiċi sabiex jinħoloq Stat liberu, demokratiku u stabbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">34.  Jikkonstata li s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran għadha tqajjem tħassib serju; jikkundanna r-ripressjoni fir-rigward tad-dimostranti u tad-dissidenti paċifiċi (inklużi l-istudenti, l-akkademiċi u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem), id-difensuri tad-drittijiet tan-nisa, il-ġuristi, il-ġurnalisti u l-bloggers, li sseħħ komunement f'dan il-pajjiż; jissottolinja r-rwol fundamentali li jeħtiġilha tiżvolġi l-komunità internazzjonali biex tiggarantixxi l-paċi; jinsab imħasseb dwar in-numru ta' priġunieri politiċi u priġunieri minħabba twemmin, in-numru kostantement għoli ta' eżekuzzjonijiet, inkluż ta' minuri, it-tortura, il-proċessi inġusti, is-somom eżorbitanti mitluba għal pleġġ u r-restrizzjonijiet qawwija fuq il-libertà fil-qasam tal-informazzjoni, tal-espressjoni, tal-għaqda, tar-reliġjon, tal-edukazzjoni u tal-moviment; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">35.  Jirrikonoxxi l-progress li sar s'issa fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma, filwaqt li jissottolinja t-triq li għad baqa', b'mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet tal-minoranzi, il-libertà ta' espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' assemblea paċifika; jikkundanna d-diskriminazzjoni u r-ripressjoni kontra l-persuni Rohingya, aggravati min-nuqqas ta' status legali tal-membri ta' din il-komunità u miż-żieda fid-diskors ta' mibegħda kontra min mhuwiex Buddist; jappella għal investigazzjonijiet approfonditi, trasparenti u indipendenti dwar il-ksur kollu tad-drittijiet tal-bniedem kontra l-persuni Rohingya;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">36.  Jissottolinja l-importanza tal-punt dwar l-Eritrea matul din is-sessjoni; jikkundanna bil-qawwa l-ksur sistematiku u dejjem jiżdied tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eritrea; jinsab imħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-popolazzjoni kollha tal-Eritrea u dik tar-rifuġjati fil-pajjiżi ġirien; jikkundanna t-theddid huma kontinwament soġġetti għalih l-emigranti tad-dijaspora Eritreana, inkluża "t-taxxa għall-irkupru u r-rikostruzzjoni"; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">37.  Jilqa' r-rapport dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja, inkluż f'dak li jirrigwarda b'mod partikolari l-effettività ta' miżuri ta' assistenza teknika u miżuri ta' bini tal-kapaċità li "l-gvern" Libjan ibbenefika minnhom, kif ukoll evalwazzjoni tal-appoġġ jew assistenza teknika komplementari meħtieġa sabiex jiġu implimentati r-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rapport ta' inkjesta tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja; iqis li dan ir-rapport irid ikun ikkunsidrat b'mod sħiħ mill-UE u mill-Istati Membri tagħha qabel ma jkomplu jikkommettu ruħhom għal kwalunkwe kooperazzjoni mal-"awtoritajiet Libjani" u jitlob li l-kwistjoni tal-protezzjoni tal-migranti u tar-rifuġjati fi tranżitu u tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja tittieħed inkunsiderazzjoni qabel kwalunkwe tħassib ieħor;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Palestina u fit-territorji Għarab okkupati l-oħra</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">38.  Jilqa' l-attenzjoni partikolari mogħtija f'dawn l-aħħar snin mill-UNHCR lis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Palestina u fit-territorji Għarab okkupati l-oħra, b'mod partikolari rigward id-dritt tal-poplu Palestinjan għall-awtodeterminazzjoni, u t-twaqqif ta' Stat indipendenti u sostenibbli fi ħdan il-fruntieri tal-1967; iħeġġeġ bil-qawwa lid-delegazzjoni tal-UE biex tikkundanna kull għamla ta' kolonjaliżmu, speċjalment fil-Palestina, kemm fix-Xatt tal-Punent kif ukoll f'Ġerusalemm tal-Lvant, fejn qed jikber b'mod kostanti; jikkundanna bl-istess mod il-vjolenza tal-kolonizzaturi kontra l-popolazzjoni Palestinjana, b'mod partikolari f'Ħebron, u l-pjanijiet tal-ispostament furzat tal-Bedwini; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">39.  Jistieden lid-delegazzjoni tal-UE fi ħdan l-UNHCR u lir-rappreżentanti tal-Istati Membri biex jagħmlu pressjoni fuq l-awtoritajiet Iżraeljani sabiex il-mandat tan-NU jkun jista' jiġi implimentat; jitlob, bl-istess mod, lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha biex jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw li l-kumpaniji li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom ma jkunux qed iwettqu jew jikkontribwixxu għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari permezz ta' attivitajiet jew ta' profitti fl-insedjamenti; iħeġġeġ, f'dan il-kuntest, lill-UE tappoġġja r-riżoluzzjonijiet tal-UNHRC dwar l-insedjamenti u l-pubblikazzjoni tal-bażi ta' data annwali tal-UNHRC dwar l-impriżi involuti fi ksur tal-liġi internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">40.  Jikkundanna l-qagħda tal-priġunieri Palestinjani fil-ħabsijiet Iżraeljani; jitlob lill-Istat ta' Iżrael biex itemm immedjatament il-prattika ta' priġunerija tal-massa, li kompliet tiżdied fl-2016, b'aktar minn 6 000 persuna fil-ħabs, fosthom minuri; jikkundanna bl-istess mod l-eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, id-detenzjonijiet amministrattivi, it-trasferimenti ta' priġunieri politiċi lil hinn mit-territorji okkupati, li jċaħħduhom minn żjajjar minn membri tal-familja, it-trattament ħażin, it-tortura u t-tmigħ furzat ta' priġunieri, iċ-ċaħda ta' trattament mediku adegwat u opportun, li kollha jikkostitwixxu ksur flagranti tal-liġi internazzjonali; jitlob lil Iżrael jiggarantixxi immedjatament il-konformità tiegħu mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra t-Tortura, li huwa parti għaliha; jiddenunzja d-detenzjoni u t-trattament ħażin tat-tfal u jesiġi l-ħelsien immedjat tat-tfal mitfugħa l-ħabs; jitlob bl-istess mod il-ħelsien immedjat tal-membri parlamentari Palestinjani li jinstabu l-ħabs; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">41.  Huwa wkoll imħasseb għall-aħħar dwar ir-restrizzjoni tal-libertajiet ċivili u politiċi f'Iżrael, u b'mod partikolari dwar id-diversi liġijiet dwar l-NGOs, li jimminaw il-libertà ta' assoċjazzjoni, ta' assemblea u ta' organizzazzjoni; jiġbed ukoll l-attenzjoni għad-diskriminazzjoni msaħħa kontra l-minoranzi fil-pajjiż, b'mod partikolari l-minoranza "Għarbija";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">42.  Jiddeplora l-fatt li l-kwistjoni tas-Saħara tal-Punent mhijiex fl-aġenda tas-sessjonijiet tal-2017 tal-UNHCR; jitlob li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali tal-popli tas-Saħara tal-Punent, inklużi l-libertà ta' assoċjazzjoni, il-libertà ta' espressjoni u d-dritt ta' għaqda; jitlob b'insistenza li jinħelsu l-priġunieri politiċi Sahrawi kollha; jitlob b'insistenza li r-rappreżentanti tan-Nazzjonijiet Uniti, il-membri parlamentari, l-osservaturi indipendenti, l-NGOs u l-istampa jingħataw aċċess għat-territorji tas-Saħara tal-Punent; iħeġġeġ lin-Nazzjonijiet Uniti jagħtu lill-missjoni Minurso mandat rigward id-drittijiet tal-bniedem, f'konformità mal-missjonijiet l-oħra kollha tan-NU għaż-żamma tal-paċi madwar id-dinja; jappoġġja soluzzjoni ġusta u dejjiema tal-kunflitt fis-Saħara tal-Punent, abbażi tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni tal-poplu Sahrawi u f'konformità mar-riżoluzzjonijiet 34/37 u 35/19 tan-Nazzjonijiet Uniti; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw it-tqegħid fl-aġenda tas-sitwazzjoni fis-Saħara tal-Punent fis-sessjonijiet li ġejjin tal-UNHRC;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Ir-razziżmu, id-diskriminazzjoni razzjali, il-ksenofobija u l-intolleranza relatata: segwitu u applikazzjoni tad-Dikjarazzjoni u tal-Programm ta' Azzjoni ta' Durban</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">43.  Jikkunsidra bħala essenzjali l-attenzjoni mogħtija fl-2017 lit-tisħiħ tal-ugwaljanza u lill-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, tkunx ibbażata fuq ir-razza, l-appartenenza għal minoranza, is-sess, l-orjentazzjoni jew l-identità sesswali, jew inkella fuq id-diżabbiltà; jissottolinja li, f'dan il-qasam ukoll, l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtiġilhom jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-UNHCR;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">44.  Jilqa' l-importanza mogħtija lill-kwistjoni tar-razziżmu u tad-diskriminazzjoni fis-sessjonijiet tal-2017 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem u, b'mod partikolari, is-sejħa dinjija għal azzjoni konkreta bil-għan tal-eliminazzjoni totali tar-razziżmu, id-diskriminazzjoni razzjali, il-ksenofobija u l-intolleranza relatata magħhom, u l-implimentazzjoni sħiħa u s-segwitu għad-Dikjarazzjoni u l-Programm ta' Azzjoni ta' Durban; jikkundanna mill-ġdid il-vjolenza razzista, antisemitika, omofobika, ksenofobika u kontra l-migranti, li laħqet livelli allarmanti f'ċerti Stati Membri; jinsab allarmat mill-mewġa dejjem tikber ta' diskors ta' mibegħda u stigmatizzazzjoni fir-rigward tal-minoranzi jew gruppi ta' nies u l-influwenza dejjem tikber ta' tali diskors f'uħud mill-midja u f'numru ta' movimenti u partiti politiċi fl-ogħla livell ta' responsabbiltà politika f'ċerti Stati Membri u li wasslu għal liġijiet restrittivi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">45.  Iqis ukoll bħala fundamentali l-kwistjoni tad-diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa; jissottolinja li l-aċċess universali għas-saħħa u għall-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva jrid jibqa' prijorità politika, inkluż l-aċċess liberu għall-edukazzjoni sesswali, għall-metodi ta' kontraċezzjoni u għad-dritt għall-abort; jissottolinja li l-eliminazzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet, kif ukoll il-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali u t-traffikar tal-bnedmin, iridu jkunu prijorità u jrid ikollhom l-objettiv tal-ugwaljanza bejn is-sessi; jitlob għalhekk lill-UNHCR u lill-komunità internazzjonali jimplimentaw il-proċessi ICPD+20, Beijing +20 u Rio +20; jissottolinja bl-istess mod l-importanza li l-Istati Membri tal-UE japplikaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-UNHCR tal-2002 dwar il-protezzjoni internazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam mal-persekuzzjoni marbuta mal-ġeneru, b'mod partikolari fil-kuntest tal-politiki ta' immigrazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center" text-indent="-28.35pt">*</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center" text-indent="-28.35pt">* *</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">46.  Jagħti l-mandat lid-delegazzjoni tiegħu għall-34, il-35 u s-36 sessjoni tal-UNHCR biex tleħħen it-tħassib espress f'din ir-riżoluzzjoni; jitlobha tirrapporta dwar iż-żjara tagħha lis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem u jikkunsidra li huwa xieraq li tibqa'tintbagħat delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għas-sessjonijiet rilevanti tal-UNHCR;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">47.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli / Viċi President tal-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, lill-President tal-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-Grupp ta' Ħidma UE-NU mwaqqaf mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>