<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0241/2017</Ref><Date>31.3.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dibattitu dwar in-negozjati mar-Renju Unit wara n-notifika tiegħu li biħsiebu joħroġ mill-Unjoni Ewropea</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar in-negozjati mar-Renju Unit wara n-notifika tiegħu li biħsiebu joħroġ mill-Unjoni Ewropea</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2593(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="28248">Gabriele Zimmer</Author>, <Author id="113959">Martina Anderson</Author>, <Author id="124810">Barbara Spinelli</Author>, <Author id="124984">Lynn Boylan</Author>, <Author id="124986">Matt Carthy</Author>, <Author id="124987">Liadh Ní Riada</Author>, <Author id="23699">Kateřina Konečná</Author>, <Author id="125048">Marina Albiol Guzmán</Author>, <Author id="125047">Paloma López Bermejo</Author>, <Author id="122885">Rina Ronja Kari</Author>, <Author id="96735">Patrick Le Hyaric</Author>, <Author id="120478">Martina Michels</Author>, <Author id="96852">Cornelia Ernst</Author>, <Author id="96858">Marie-Christine Vergiat</Author>, <Author id="96820">Marisa Matias</Author>, <Author id="125193">Eleonora Forenza</Author>, <Author id="125049">Maria Lidia Senra Rodríguez</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="131749">Estefanía Torres Martínez</Author>, <Author id="135490">Xabier Benito Ziluaga</Author>, <Author id="131507">Miguel Urbán Crespo</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE598.582v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0241/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar in-negozjati mar-Renju Unit wara n-notifika tiegħu li biħsiebu joħroġ mill-Unjoni Ewropea</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2593" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2593">2017/2593(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 3(5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tat-TUE,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra t-Titolu II ("Dispożizzjonijiet dwar il-Prinċipji Demokratiċi") tat-TUE,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Laqgħa Straordinarja tal-Kunsill Ewropew li saret f'Dublin fit-28 ta' April 1990,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2014 dwar il-proċess ta' paċi fl-Irlanda ta' Fuq<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 285, 5.8.2016, p. 9.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi kwalunkwe Stat Membru għandu d-dritt joħroġ mill-UE b'mezzi demokratiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi r-Renju Unit huwa stat multinazzjonali u l-popli kollha tiegħu jistħoqqilhom l-istess rispett;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-moviment liberu taċ-ċittadini Irlandiżi u Brittaniċi bejn il-gżejjer tal-Irlanda u l-Gran Brittanja kien ilu jeżisti għexieren ta' snin qabel l-adeżjoni taż-żewġ pajjiżi, fl-1973, ma' dik li kienet il-KEE; billi l-ftehimiet bilaterali bejn ir-Renju Unit u l-Irlanda jistgħu jkunu ta' għajnuna biex jinsabu soluzzjonijiet amikevoli li jikkonċernaw ir-relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-Parlament Skoċċiż ivvota favur li jsir referendum dwar l-indipendenza tal-Iskozja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-paċi fl-Irlanda tista' tkun mhedda jekk terġa' tiddaħħal xi tip ta' fruntiera bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar tal-gżira; billi l-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira jinkludi bilanċ bejn tliet aspetti – ir-relazzjonijiet fi ħdan l-Irlanda ta' Fuq, bejn Belfast u Dublin, u bejn Dublin u Londra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-ostakli għall-kummerċ, kemm dawk tariffarji kif ukoll dawk mhux tariffarji, ta' kwalunkwe natura fil-gżira tal-Irlanda jkollhom implikazzjonijiet serji għal industriji li ilhom stabbiliti żmien twil fil-gżira kollha u għar-rotot tal-ipproċessar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-industrija agroalimentari fl-Irlanda topera b'mod integrat ħafna, b'tali mod li bosta setturi, min-natura tagħhom, ikopru l-gżira kollha; billi r-ritorn tal-kontrolli fil-fruntiera fl-Irlanda, inklużi l-kontrolli tal-oriġini, ir-rekwiżiti ta' liċenzji tal-importazzjoni, id-dokumentazzjoni u l-formalitajiet amministrattivi addizzjonali, kif ukoll il-kontrolli fiżiċi fil-fruntiera, se joħloq theddida serja għal dan is-settur, kemm fit-Tramuntana kif ukoll fin-Nofsinhar; billi t-tneħħija tal-aċċess mingħajr tariffi għall-ħut u l-prodotti tal-ħut tista' toħloq theddida serja għas-sajjieda, għall-produtturi u għas-setturi komplementari fil-gżira kollha tal-Irlanda; billi n-nuqqas li jiġi ggarantit l-aċċess reċiproku storiku għas-sajjieda tal-gżira kollha jkun ta' ħsara kemm għat-Tramuntana kif ukoll għan-Nofsinhar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-impatt ta' Brexit se jolqot lill-Irlanda b'qawwa partikolari, peress li l-ħruġ tal-Irlanda ta' Fuq mis-suq uniku u mill-unjoni doganali se jikkawża ħsara politika, soċjali u ekonomika enormi għall-gżira kollha tal-Irlanda, jekk dan ma jiġix mitigat b'arranġamenti li jindirizzaw il-kwistjonijiet tal-mobbiltà, ir-regoli tal-oriġini u l-akkumulazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi jistgħu jintilfu aktar minn 12 000 impjieg għall-ħaddiema tal-fruntiera tal-UE li jaħdmu f'Ġibiltà, b'effetti li jistgħu jkunu devastanti soċjalment u ekonomikament għal Ġibiltà u għar-reġjun tal-viċinat ta' Spanja jekk dawn ma jiġux mitigati b'arranġamenti simili;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi d-defiċit demokratiku żdied b'riżultat tal-politiki u l-għażliet tal-UE, u dan jikkostitwixxi problema enormi, peress li ħafna ċittadini jħossu li mhumiex rappreżentati mill-istituzzjonijiet; billi dan jista' jiġi indirizzat biss permezz ta' bidliet politiċi radikali, tat-trasparenza, ta' approċċ miftuħ u tad-difiża tal-valuri tad-demokrazija, il-paċi, it-tolleranza, il-progress, is-solidarjetà u l-kooperazzjoni bejn il-popli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi Brexit jaffettwa b'mod partikolari lil madwar 1,2 miljun Brittaniku li jgħixu fi Stati Membri oħra tal-UE u lil aktar minn 3 miljun ċittadin tal-Istati Membri tal-UE li jgħixu fil-Gran Brittanja, inklużi l-1,8 miljun ruħ fl-Irlanda ta' Fuq li huma legalment intitolati għaċ-ċittadinanza Irlandiża u, għaldaqstant, għaċ-ċittadinanza tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi r-Renju Unit jibqa' marbut bid-dritt internazzjonali u jeħtieġlu jkompli jissodisfa l-obbligi tiegħu fir-rigward tat-trattati internazzjonali li huwa firmatarju tagħhom, inklużi l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta Soċjali Ewropea u l-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi, mingħajr ftehim ta' kummerċ bilaterali, ir-rati tariffarji previsti mid-WTO, kemm tal-UE kif ukoll tar-Renju Unit, japplikaw b'mod reċiproku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi l-UE diġà wriet li huwa possibbli li jinstabu arranġamenti prammatiċi biex jiġu ttrattati sitwazzjonijiet territorjali kumplessi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-weight="bold">I. Prinċipji Ġenerali</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jirrikonoxxi u jirrispetta l-fatt li maġġoranza ta' votanti madwar il-Gran Brittanja vvutaw biex joħorġu mill-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jirrikonoxxi u jirrispetta l-fatt li l-maġġoranza tal-votanti fl-Irlanda ta' Fuq u fl-Iskozja vvutaw biex jibqgħu fl-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jemmen li l-interessi tal-partijiet kostitwenti kollha tar-Renju Unit għandhom jiġu protetti u li jeħtieġ li r-rappreżentanti politiċi tagħhom jiġu inklużi fin-negozjati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jirrifjuta kwalunkwe tip ta' pressjoni jew rikatt matul il-proċess tan-negozjati; jenfasizza l-fatt li la l-attivazzjoni tal-Artikolu 50 u lanqas dispożizzjonijiet oħra fit-Trattati m'għandhom jintużaw biex jinħolqu ostakli mhux ġustifikati għall-implimentazzjoni ta' deċiżjoni ta' pajjiż li joħroġ mill-UE; jenfasizza l-ħtieġa li n-negozjati jsiru bl-aktar mod miftuħ u kollaborattiv possibbli, skont il-prinċipju tal-kooperazzjoni leali, filwaqt li jiġi evitat il-ħolqien ta' ostakli mhux meħtieġa għall-ilħiq ta' eżiti maqbula;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jirrifjuta kwalunkwe tentattiv biex kwistjonijiet ta' sigurtà u difiża jintużaw bħala pedina ta' skambju għal ftehimiet dwar kapitoli oħra tan-negozjati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jissottolinja li l-approvazzjoni tar-riżultati tan-negozjati li se jsiru min-naħa tal-Parlament Ewropew tkun leġittima biss jekk id-drittijiet proprji tal-Parlament għall-informazzjoni jiġu rrispettati fl-istadji kollha tan-negozjati u jekk rappreżentanti leġititmi tal-PE jkunu jistgħu jipparteċipaw b'mod attiv fil-proċessi ta' elaborazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-UE; jitlob, fl-istess ħin, li l-proċessi korrispondenti ta' elaborazzjoni tal-pożizzjonijiet tal-PE jkunu ankrati sew fil-ħidma tal-Parlament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jinsisti li ebda ftehim bejn l-UE u r-Renju Unit m'għandu jwassal għal standards iktar baxxi, inklużi, inter alia, l-istandards ambjentali, soċjali, tad-drittijiet tal-ħaddiema u tal-konsumaturi fl-Istati Membri u/jew fl-UE; jinsisti daqstant ieħor li ftehimiet bejn l-UE u r-Renju Unit la għandhom jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja billi jiffaċilitaw il-liberalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u lanqas m'għandhom jinkludu obbligi biex is-servizzi pubbliċi jiġu liberalizzati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jesprimi r-rieda tiegħu li jintlaħaq ftehim ġust dwar ir-relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit fl-interess ta' dawk kollha li jgħixu f'ġurisdizzjonijiet differenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-weight="bold">II. Ftehim ta' ħruġ</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">II.1 Drittijiet</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jemmen li huwa ta' importanza fundamentali li malajr u mingħajr kundizzjonijiet tingħata ċertezza legali liċ-ċittadini ta' Stati Membri tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit u lil persuni Brittaniċi li jgħixu fi Stati Membri oħra abbażi tar-reċiproċità u tan-nondiskriminazzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Iqis li dawn id-drittijiet jinkludu, iżda mhumiex limitati għal: id-dritt ta' residenza; id-dritt għal trattament ugwali; id-drittijiet soċjali; id-dritt ta' aċċess għas-servizzi pubbliċi, inkluża l-kura tas-saħħa; id-dritt għal esportabbiltà tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali; id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja; ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi akkademiċi u tal-kwalifiki professjonali, inkluża t-tkomplija tal-programmi Erasmus fil-livell preżenti tagħhom; u l-mobbiltà għall-istudenti, l-akkademiċi u l-artisti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jappella, fir-rigward tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, għal klawsola ta' kontinwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 987/2009 kif ukoll tar-Regolament (KE) Nru 859/2003 sabiex id-drittijiet attwali jiġu salvagwardjati sakemm jintlaħaq ftehim dwar ir-relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lir-Renju Unit jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni Ewropea dwar is-Sigurtà Soċjali (ETS Nru 078);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Gvern tar-Renju Unit biex joħolqu, fi żmien tliet xhur, arranġamenti legali bl-għan li jħarsu u jissalvagwardjaw id-drittijiet u l-istatus legali ta' ċittadini ta' Stati Membri tal-UE u ta' ċittadini tar-Renju Unit li eżerċitaw id-dritt ta' libertà ta' moviment skont it-Trattati tal-UE u d-Direttiva 2004/38/KE; jitlob li dawn il-miżuri jiddaħħlu direttament u fid-dettall fil-ftehim ta' ħruġ u li jiġu trasposti fil-qafas għar-relazzjoni futura;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lill-mobbiltà tal-ħaddiema (ħaddiema mobbli, ħaddiema transfruntieri u ħaddiema tal-fruntiera), b'enfasi partikolarment qawwija fuq il-komprensjoni tas-sitwazzjonijiet uniċi li jeżistu fl-Irlanda u f'Ġibiltà; jemmen li jeħtieġ li tinstab soluzzjoni anke fir-rigward tal-ħaddiema stazzjonati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">II.2 Finanzi</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jemmen li l-ewwel pass lejn ftehim ta' saldu finanzjarju bejn ir-Renju Unit u l-UE għandu jikkonsisti b'mod partikolari fid-definizzjoni tal-metodoloġija li għandha tapplika meta jiġu ddeterminati l-obbligazzjonijiet u l-assi komuni tal-UE u s-sehem rispettiv tar-Renju Unit; dawn għandhom jinkludu l-pagamenti relatati mas-sehem ta' impenji pendenti tar-Renju Unit;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Iqis li, għall-fondi u l-programmi li t-terminu finanzjarju tagħhom jestendi lil hinn mid-data prevista tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, l-impenji tar-Renju Unit għandhom jinżammu b'mod li ma jpoġġix lill-programmi f'riskju, sakemm ir-Renju Unit joħroġ mill-UE; iqis li, f'każ li r-Renju Unit jiddeċiedi li jipparteċipa fi programmi tal-UE, irid ikompli jonora l-impenji finanzjarji tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">II.3 L-Irlanda</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jinnota li, mindu ġie rratifikat il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira u reġgħet iddaħħlet il-kondiviżjoni tal-poter fl-2007, l-Unjoni Ewropea kienet sieħba importanti għall-paċi fl-Irlanda, u pprovdiet appoġġ politiku u għajnuna finanzjarja sostanzjali, li wasslu għal aktar progress ekonomiku u soċjali madwar il-gżira kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Jinnota l-obbligu tal-UE li tipproteġi l-garanziji tal-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira inklużi l-istituzzjonijiet politiċi, il-garanziji tad-drittijiet tal-bniedem, il-korpi fl-Irlanda kollha, u d-dritt kostituzzjonali u legali tan-nies li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-awtodeterminazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.  Jirrikonoxxi li, skont it-termini tal-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, jeżisti dritt inerenti għal dawk imwielda fil-gżira tal-Irlanda, kemm fit-Tramuntana kif ukoll fin-Nofsinhar, għal ċittadinanza Irlandiża jew Brittanika, jew għat-tnejn li huma u, permezz tad-dritt għal ċittadinanza Irlandiża, anke għal ċittadinanza tal-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.  Jitlob li l-Irlanda ta' Fuq tingħata status speċjali fl-UE li jiżgura li żżomm l-aċċess għas-sħubija fl-UE, l-unjoni doganali, is-suq uniku u l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE; jitlob ukoll li jinżammu l-erba' libertajiet ta' moviment tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.  Jitlob li ċ-ċittadini tal-Irlanda ta' Fuq jibqgħu jgawdu d-dritt li għandhom bħalissa ta' ċittadinanza Irlandiża u, b'konsegwenza, ta' ċittadinanza tal-UE; jitlob ukoll li jiġu rrispettati d-drittijiet u r-responsabbiltajiet marbuta maċ-ċittadinanza tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.  Jitlob li l-flussi finanzjarji futuri jinżammu bħala parti ċentrali mill-konsolidazzjoni u l-avvanz tal-proċess ta' paċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.  Jitlob, bħala element fundamentali ta' kwalunkwe ftehim, li ż-żona ta' vvjaġġar komuni bejn ir-Renju Unit u l-Irlanda tinżamm u tiġi rrispettata bis-sħiħ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.  Jinsisti fuq l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira u ta' ftehimiet sussegwenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">24.  Jifhem li l-gżira tal-Irlanda tista' tgħaddi minn tibdil ekonomiku u soċjali serju u sinifikanti b'riżultat ta' kwalunkwe ftehim futur bejn l-UE u r-Renju Unit; jitlob lill-UE tagħmel dak kollu fis-setgħa tagħha, politikament u ekonomikament, biex ittaffi u ttejjeb l-impatti negattivi li jistgħu jaffettwaw lill-gżira tal-Irlanda;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">25.  Jemmen li jeħtieġ li l-UE tirrikonoxxi l-interessi tal-Irlanda fil-każ ta' kwalunkwe aggressjoni mill-Gran Brittanja fir-rigward tat-tilwim territorjali li jikkonċerna Carlingford Lough u Lough Foyle;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">III. Arranġamenti tranżizzjonali</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">26.  Ifakkar li, sakemm jiġi konkluż il-ftehim ta' ħruġ, ir-Renju Unit huwa parti sħiħa mill-UE, u għandu jgawdi d-drittijiet u jirrispetta l-obbligi li joriġinaw mis-sħubija tiegħu, anke fir-rigward tal-kooperazzjoni leali, u għandu jkun żgurat li r-Renju Unit ma jimblukkax deċiżjonijiet li ma jaffettwawhx;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">27.  Iqis li huwa xieraq, sabiex jiġu salvagwardjata ċ-ċertezza legali u l-istat tad-dritt, li fil-ftehim ta' ħruġ jiġu previsti arranġamenti tranżizzjonali li jirregolaw il-kamp ta' applikazzjoni, l-infurzar u r-rimedji legali fir-rigward tas-sentenzi u d-deċiżjonijiet adottati mill-Qrati tal-UE (il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja), matul in-negozjati dwar il-ħruġ, rigward ksur tal-liġi tal-UE li x'aktarx ikollu impatt fit-tul – li jaqbeż il-perjodu tan-negozjar – fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">28.  Iqis li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE għandu jkollu l-inqas impatt possibbli fuq il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2014-2020 preżenti u fuq il-proċeduri baġitarji annwali assoċjati; jissottolinja li l-fondi ta' koeżjoni u l-fondi strutturali għandhom jiġu ssalvagwardjati bis-sħiħ; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">29.  Jissottolinja l-ħtieġa li l-UE tipprova tilħaq ftehim tranżizzjonali mar-Renju Unit, wara l-ftehim dwar il-ħruġ, sabiex jiġi evitat tfixkil tar-rotot kummerċjali sakemm tkun qed tiġi nnegozjata r-relazzjoni kummerċjali futura, filwaqt li tqis l-interessi ta' kull Stat Membru u ta' pajjiżi terzi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">30.  Jisħaq fuq l-importanza ta' arranġamenti tranżizzjonali biex ikun żgurat li l-parteċipanti f'korsijiet ta' edukazzjoni jew ta' taħriġ (kemm korsijiet għall-ewwel grad universitarju kif ukoll dawk postgradwatorji, apprendistati jew forom oħra ta' taħriġ vokazzjonali) jew li jkunu qed jieħdu sehem fi programmi ta' mobbiltà jew ta' skambju fiż-żmien meta r-Renju Unit formalment ma jibqax Stat Membru, ikunu jistgħu jikkompletaw dawk il-korsijiet jew il-programmi bl-istess kundizzjonijiet finanzjarji u legali bħal meta jkunu bdewhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">IV. Relazzjoni futura</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">31.  Jemmen li r-relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit għandha tkun mibnija fuq il-prinċipji tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jappartjenu għal minoranzi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">32.  Jenfasizza li l-mandat għall-ftehim il-ġdid li għandu jiġi nnegozjat mar-Renju Unit għandu jinkludi klawsola dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem inaljenabbli, inklużi l-obbligi legali kollha li huma obbligatorji għall-ftehimiet kollha ma' pajjiżi terzi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">33.  Jemmen li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jagħmel kwalunkwe kooperazzjoni futura fil-qasam tal-libertajiet ċivili, il-ġustizzja u l-intern diffiċli ferm; għalhekk, iħeġġeġ lir-Renju Unit bil-qawwa biex jibqa' jaderixxi għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">34.  Iqis li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tad-data personali, fid-dawl tal-firxa wiesgħa ta' oqsma assoċjati magħha; għalhekk, jistieden liż-żewġ partijiet fin-negozjati biex iħarsu, bħala minimu, l-istandards komuni preżenti żviluppati fil-livell Ewropew filwaqt li jevitaw kwalunkwe tentattiv li jirrikorru għal oqfsa ġodda u ad hoc; għalhekk, m'għandu jkun hemm ebda deroga mir-regolamenti aġġornati dwar il-protezzjoni tad-data; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">35.  Jemmen li r-relazzjoni futura, bħala minimu, għandha tkun ibbażata fuq standards komuni f'firxa ta' oqsma, inklużi l-ambjent, is-sikurezza tal-ikel, ir-regolamentazzjoni finanzjarja, id-drittijiet tal-ħaddiema u d-drittijiet soċjali; jemmen ukoll li, dawn l-istandards, fl-ebda ċirkustanza m'għandhom ikunu anqas stretti minn dawk li jeżistu bħalissa fl-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">36.  Jissottolinja li l-istandards tal-UE, f'termini tal-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-ħasil tal-flus, għandhom ikunu kundizzjoni stretta għal kwalunkwe ftehim bejn l-UE u r-Renju Unit; jemmen ukoll li dawn l-istandards, fl-ebda ċirkustanza m'għandhom ikunu anqas stretti minn dawk li jeżistu bħalissa fl-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">37.  Jemmen li kwalunkwe deċiżjoni mill-Kummissjoni biex kwalunkwe pajjiż terz jingħata status ekwivalenti fir-rigward tar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji għandha tiġi skrutinizzata mill-Parlament Ewropew;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">38.  Huwa mħasseb dwar il-fatt li għadd ta' korporazzjonijiet multinazzjonali li bħalissa huma bbażati fir-Renju Unit ħabbru l-intenzjoni tagħhom li jittrasferixxu l-attivitajiet tagħhom fi stat fis-suq komuni tal-UE f'każ li jerġgħu jiddaħħlu tariffi ogħla, ostakli mhux tariffarji għall-kummerċ u restrizzjonijiet tar-regoli tal-oriġini bejn ir-Renju Unit, l-UE u pajjiżi terzi; jikkundanna l-pressjoni u r-rikatt min-naħa tal-korporazzjonijiet fil-qasam ekonomiku u finanzjarju li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jikkumplikaw d-deċiżjoni ta' Stat Membru li joħroġ mill-UE; jesprimi s-solidarjetà tiegħu mat-taqbida tal-ħaddiema kollha biex jiddefendu l-impjiegi u d-drittijiet tagħhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">39.  Jenfasizza li ftehim kummerċjali mhuwiex qafas adegwat biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta' kooperazzjoni regolatorja bejn l-UE u r-Renju Unit; jenfasizza li r-relazzjoni ekonomika u kummerċjali futura ma tistax tirreplika l-approċċ meħud fis-CETA u t-TTIP billi dan ikollu l-effett li jiffriża, jew inaqqas aktar, l-istandards tal-UE jew tar-Renju Unit sabiex tinżamm "konverġenza regolatorja"; jinsisti fuq l-iżgurar li s-settur finanzjarju jkun irregolat u ssorveljat skont l-ogħla standards possibbli fil-futur kemm fl-UE kif ukoll fir-Renju Unit; ifakkar fir-rifjut tiegħu tal-politiki kurrenti ta' kummerċ ħieles tal-UE u ta' dispożizzjonijiet dwar is-soluzzjoni ta' tilwim bejn investituri u stati (ISDS), fi kwalunkwe forma, fi ftehimiet ta' kummerċ bilaterali; jesiġi li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema u tal-ambjent trid tkun pilastru ewlieni tar-relazzjonijiet ekonomiċi futuri bejn l-UE u r-Renju Unit; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">40.  Jirrimarka dwar il-ħtieġa li l-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li jesportaw lejn ir-Renju Unit jittaffa skont is-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi tal-UE; iħeġġeġ lill-Gvern tar-Renju Unit iħejji għall-istabbiliment ta' sistema simili ta' preferenzi kummerċjali għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">41.  Huwa tal-fehma li l-ftehimiet ta' kummerċ bilaterali, plurilaterali u multilaterali fis-seħħ se jkollhom jiġu rieżaminati fil-qies tas-sitwazzjoni l-ġdida, biex tiġi evitata l-inċertezza legali u konsegwentement jiġu evitati kwistjonijiet fir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi; jissottolinja l-ħtieġa li jinbidlu jew jiġu nnegozjati mill-ġdid il-ftehimiet ma' pajjiżi terzi f'dan il-proċess u li l-progress soċjali u ambjentali u l-kooperazzjoni jsiru l-punti ewlenin ta' dawn il-ftehimiet sabiex jiġu indirizzati l-problemi ekonomiċi u soċjali li kkontribwew għad-deċiżjoni dwar Brexit; jirrimarka li, b'mod partikolari, il-kwoti ta' aċċess għas-suq miftiehma fil-ftehimiet ta' kummerċ eżistenti fis-settur agrikolu jeħtieġ li jitnaqqsu u jiġu aġġustati għar-realtajiet tal-flussi kummerċjali tal-lum bejn is-sħab u l-UE-27;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">42.  Jenfasizza l-importanza tar-Renju Unit bħala sieħeb kummerċjali għas-settur agroalimentari Irlandiż, li jirrappreżenta aktar minn 50 % tal-esportazzjonijiet agroalimentari għal xi setturi u aktar minn 40 % tal-importazzjonijiet agroalimentari; jenfasizza, barra minn hekk, l-impatt negattiv potenzjali ta' Brexit fuq l-industrija tas-sajd;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">43.  Jenfasizza li kwalunkwe ftehim futur mar-Renju Unit jeħtieġ li jipprevjeni d-dumping soċjali; għalhekk, iħeġġeġ lir-Renju Unit isegwi l-eżempju tal-Irlanda u jiffirma u jirratifika l-Karta Soċjali riveduta u l-Protokoll Addizzjonali li jipprevedi Sistema ta' Lmenti Kollettivi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">44.  Jappoġġja l-issoktar tal-kooperazzjoni tar-Renju Unit mal-UE f'firxa ta' oqsma, inklużi l-edukazzjoni, ir-riċerka u x-xjenza, il-kura tas-saħħa, l-enerġija, il-ħarsien tal-ambjent u s-sikurezza tal-ikel; jappoġġja wkoll l-issoktar tal-involviment tar-Renju Unit fi proġetti għas-salvagwardja ta' lingwi Ewropej iżgħar permezz ta' diversi programmi tal-UE; jemmen li l-issoktar tal-involviment tar-Renju Unit f'diversi programmi tal-UE għandu jkun ibbażat fuq il-fatt li ssir kontribuzzjoni finanzjarja ġusta għal dawn il-programmi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">45.  Jemmen li ftehim futur ta' kooperazzjoni għandu jkopri wkoll it-termini finanzjarji għall-parteċipazzjoni possibbli tar-Renju Unit fl-istrutturi u l-ftehimiet barra l-baġit tal-UE, bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, il-Fondi Fiduċjarji u l-Bank Ewropew tal-Investiment;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">46.  Jemmen li kull Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jiżviluppa relazzjonijiet mar-Renju Unit abbażi tal-prinċipji tal-interess reċiproku, il-ħbiberija bejn il-popli u l-kooperazzjoni bejn stati sovrani, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-ftehim finali bejn l-UE u r-Renju Unit;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-weight="bold">V. Kwistjonijiet relatati</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">47.  Jemmen li r-rappreżentanza tal-Irlanda fil-korpi tal-UE għandha tiġi aġġustata biex jitqiesu ċ-ċittadini Irlandiżi/tal-UE fl-Irlanda ta' Fuq;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">48.  Jissottolinja l-ħtieġa ta' miżuri speċifiċi mill-UE u l-partijiet ikkonċernati kollha fl-oqsma tal-kompetenza rispettiva tagħhom biex jiżguraw appoġġ għar-reġjuni li se jintlaqtu b'mod partikolari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-weight="bold">VI. Ewropa oħra</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">49.  Jemmen li tinħtieġ bidla politika fundamentali lil hinn mill-politiki li l-UE qed timplimenta llum u li huma appoġġjati minn ħafna Stati Membri, lejn politiki li joħolqu tkabbir ekonomiku sostenibbli u livell massimu ta' impjiegi u bl-għan tal-ġlieda kontra l-faqar, l-esklużjoni soċjali u l-inugwaljanzi fid-dħul fl-Istati Membri u bejniethom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">50.  Jenfasizza li Brexit għandu jitqies bħala sfida u bħala kompitu biex tinbena Ewropa oħra; iqis li dan juri li tinħtieġ Ewropa fejn kulħadd huwa indaqs, fejn isir progress soċjali u fejn ikun hemm il-paċi, u din trid tinbena bil-qbil u l-parteċipazzjoni tal-popli u ċ-ċittadini, u bi drittijiet ugwali bejn l-Istati Membri; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">51.  Jappella biex jintemmu l-politiki ta' awsterità tal-UE, anke billi jiġi rrevokat il-Patt Fiskali; jitlob, minflok, li jsir investiment pubbliku fl-ekonomija reali li tiffoka fuq il-ħolqien ta' impjiegi diċenti u siguri, li jitfasslu politiki attivi kontra l-inugwaljanza u l-faqar, u li jiġu mħeġġa l-kontroll pubbliku fuq is-settur bankarju u d-deċentralizzazzjoni tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">52.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina l-passi meħtieġa għall-adeżjoni tal-UE għall-Karta Soċjali Ewropa riveduta u tipproponi skeda ta' żmien għal dan l-objettiv; jemmen li dawn il-passi għandhom jittieħdu sabiex il-Karta Soċjali Ewropea riveduta tiġi żviluppata f'wieħed mill-pilastri fundamentali tal-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">53.  Jemmen li l-Ewropa għandha tiżgura r-rispett tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, is-solidarjetà bejn l-Istati Membri li tagħti spinta lill-konverġenza soċjali u ekonomika, u l-koeżjoni bejn il-popli u t-territorji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">54.  Jirrifjuta l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà u l-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) u l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) tagħha, u jopponi bil-qawwa kooperazzjoni bejn l-UE ur-Renju Unit f'dawn l-oqsma; jesiġi li tintemm il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO u jirrifjuta l-politika ta' espansjoni preżenti tan-NATO; jesiġi wkoll li jitneħħew il-bażijiet militari barranin kollha fl-Ewropa u li n-NATO tiġi xolta; jirrifjuta Unjoni Ewropea tad-Difiża; jinsisti li Brexit m'għandux jintuża bħala skuża biex tiżdied in-nefqa militari, u għalhekk jopponi żieda fil-baġits tal-Istati Membri għas-sigurtà u d-difiża; jirrifjuta kwalunkwe użu tal-baġit tal-UE għal skopijiet militari jew ċivili-militari; jinsisti li l-Istati Membri għandhom jaħdmu favur il-paċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"><span font-weight="bold">VII. Dispożizzjonijiet finali</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">55.  Jitlob li l-Parlament Ewropew jiġi infurmat minnufih u bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-proċedura għan-negozjar u l-konklużjoni ta' ftehimiet internazzjonali, kif minqux fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, b'mod li jiżgura li l-Parlament ikun f'pożizzjoni li jeżerċita skrutinju demokratiku u jieħu deċiżjoni dwar il-ftehim;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">56.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jqisu l-pożizzjoni tal-Parlament meta jiddefinixxu l-mandat ta' negozjar, u li l-mandat isir pubbliku;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center" text-indent="-28.35pt">o</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-align="center" text-indent="-28.35pt">o  o</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">57.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
</Section></Motion>