<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0270/2017</Ref><Date>19.4.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2651(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="125040">Beatriz Becerra Basterrechea</Author>, <Author id="124708">Dita Charanzová</Author>, <Author id="34250">Nedzhmi Ali</Author>, <Author id="96922">Izaskun Bilbao Barandica</Author>, <Author id="129407">Enrique Calvet Chambon</Author>, <Author id="4335">Marielle de Sarnez</Author>, <Author id="135491">María Teresa Giménez Barbat</Author>, <Author id="28116">Marian Harkin</Author>, <Author id="96870">Gesine Meissner</Author>, <Author id="96670">Louis Michel</Author>, <Author id="125005">Javier Nart</Author>, <Author id="129073">Urmas Paet</Author>, <Author id="125038">Maite Pagazaurtundúa Ruiz</Author>, <Author id="112753">Jozo Radoš</Author>, <Author id="4253">Frédérique Ries</Author>, <Author id="134243">Jasenko Selimovic</Author>, <Author id="124706">Pavel Telička</Author>, <Author id="130100">Hilde Vautmans</Author>, <Author id="2128">Paavo Väyrynen</Author>, <Author id="96677">Cecilia Wikström</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE603.703v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0270/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2651" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2651">2017/2651(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-diversi riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela, b'mod partikolari dawk tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0176" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0176/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2014)0176</ANCHOR>.</p>
</footnote>, tat-18 ta' Diċembru 2014 dwar il-persekuzzjoni tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0106" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0106/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2014)0106</ANCHOR>.</p>
</footnote>, tat-12 ta' Marzu 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0080" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0080/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0080</ANCHOR>.</p>
</footnote> u tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0269" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0269/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0269</ANCHOR>.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li l-Venezwela hija parti għalih,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Karta Demokratika Inter-Amerikana, adottata fil-11 ta' Settembru 2001,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Venezwela, u b'mod partikolari l-Artikoli 72 u 233 tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-ittra tas-16 ta' Mejju 2016 tal-Human Rights Watch lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS), Luis Almagro Lemes, dwar il-Venezwela<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> https://www.hrw.org/news/2016/05/16/letter-human-rights-watch-secretary-general-almagro-about-venezuela</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-31 ta' Marzu 2017 tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Zeid Ra'ad Al Hussein, dwar id-deċiżjoni tal-Qorti Suprema Venezwelana li tieħu f'idejha s-setgħat leġiżlattivi tal-Assemblea Nazzjonali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra t-twissijiet espressi fir-rapporti tal-OAS tat-30 ta' Mejju 2016 u tal-14 ta' Marzu 2017 dwar il-Venezwela u l-appell tas-Segretarju Ġenerali tagħha biex il-Kunsill Permanenti jitlaqqa' b'urġenza, skont l-Artikolu 20 tal-Karta Demokratika, bil-għan li tiġi diskussa l-kriżi politika tal-Venezwela,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-ittra tas-27 ta' Marzu 2017 tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini, dwar il-kriżi dejjem aktar serja li qed tolqot lill-Venezwala fil-livell politiku, ekonomiku u umanitarju,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-OAS, iffirmata minn 14 fost l-istati membri tagħha fit-13 ta' Marzu 2017, li tesiġi li l-Venezwela tiskeda elezzjonijiet malajr kemm jista' jkun, teħles lill-priġunieri politiċi u tirrikonoxxi s-separazzjoni tas-setgħat minquxa fil-kostituzzjoni tagħha, fost miżuri oħra, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill Permanenti tal-OAS tat-3 ta' April 2017 dwar l-avvenimenti reċenti fil-Venezwela,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi fis-27 ta' Marzu 2017 il-Qorti Suprema Venezwelana ħarġet deċiżjoni li tiddikjara antikostituzzjonali kull leġiżlazzjoni adottata mill-Assemblea Nazzjonali u ddeskriviet l-appoġġ għall-Karta Demokratika Inter-Amerikana bħala att ta' tradiment avolja din hija dokument legali ffirmat mill-Venezwela; billi fid-29 ta' Marzu 2017 il-Qorti Suprema Venezwelana ħarġet deċiżjoni li tiddikjara li l-Assemblea Nazzjonali tinsab f'qagħda ta' disprezz tal-qorti u annullat l-azzjonijiet tagħha, liema fatti wasslu sabiex il-Qorti Suprema tassumi l-funzjoni leġiżlattiva;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi d-deċiżjonijiet inħarġu mingħajr ebda bażi kostituzzjonali – la s-setgħat mogħtija lill-Assemblea Nazzjonali (l-Artikolu 187 tal-Kostituzzjoni) u lanqas dawk li tgawdi l-Awla Kostituzzjonali tal-Qorti Suprema (l-Artikolu 336 tal-Kostituzzjoni); </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi Luisa Ortega Díaz, il-prosekutur ġenerali tal-Istat maħtura mill-Gvern Venezwelan, ċaħdet id-deċiżjoni maħruġa mill-Qorti Suprema, billi tqis li din id-deċiżjoni tikser l-ordni kostituzzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi d-deċiżjonijiet maħruġa mill-Qorti Suprema Venezwelana jiksru kemm is-separazzjoni tas-setgħat iggarantita mill-kostituzzjoni kif ukoll l-obbligu impost fuq l-imħallfin kollha li jirrispettaw u jiżguraw l-integrità tal-kostituzzjoni Venezwelana (l-Artikolu 334); </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-Qorti Suprema preċedentement iddikjarat li l-Assemblea Nazzjonali tinsab f'qagħda ta' disprezz tal-qorti u annullat l-azzjonijiet tagħha fl-1 ta' Awwissu 2016 u fil-5 ta' Settembru 2016, permezz tad-Deċiżjoni Nru 808;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi standards universali, kif ukoll ftehimiet reġjonali u internazzjonali, li l-Venezwela hija parti għalihom u għalhekk għandha obbligu ta' infurzar fil-konfront tagħhom, jiddefinixxu s-separazzjoni tas-setgħat bħala garanzija neċessarja għall-ħarsien tad-drittijiet taċ-ċittadini u għad-difiża tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, li huma prerekwiżit fundamentali għall-eżistenza ta' demokrazija rappreżentattiva;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-pressjoni internazzjonali sfurzat lill-President Nicolas Maduro biex jitlob lill-Qorti Suprema tirrevedi d-deċiżjoni li tannulla l-Assemblea Nazzjonali, u billi l-Qorti Suprema fl-1 ta' April 2017 ħarġet deċiżjonijiet ġodda li donnhom jistabbilixxu mill-ġdid l-awtorità tal-Assemblea Nazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-koalizzjoni tal-oppożizzjoni tal-Venezwela, il-MUD (Mesa de la Unidad Democrática), rebħet 112-il siġġu fl-Assemblea Nazzjonali unikamerali li hija magħmula minn 167 membru, jiġifieri maġġoranza ta' żewġ terzi, meta mqabbla mal-55 siġġu tal-PSUV (Partido Socialista Unido de Venezuela); billi l-Qorti Suprema sussegwentement impediet erba' rappreżentanti li kienu għadhom kemm ġew eletti fl-Assemblea Nazzjonali (fosthom tlieta mill-MUD) milli jieħdu l-kariga, u b'hekk ċaħħdet lill-oppożizzjoni mill-maġġoranza tagħha ta' żewġ terzi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-aħħar arresti arbitrarji għollew l-għadd ta' priġunieri politiċi għal 111, inklużi mexxejja politiċi importanti bħal Leopoldo López, Antonio Ledezma u Daniel Ceballos;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi fil-25 ta' Jannar 2017 is-Segretarju Ġenerali tal-OAS, Luis Almagro Lemes, iddikjara fil-Parlament Ewropew li d-djalogu mibdi fit-30 ta' Ottubru 2016 u approvat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-medjazzjoni ta' tliet ex presidenti u tal-Knisja Kattolika, ma rnexxilux jilħaq l-objettivi tiegħu; billi l-gvern irrifjuta li jagħti kwalunkwe konċessjoni lill-MUD matul dawn in-negozjati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi l-gvern issospenda l-elezzjonijiet lokali u reġjonali skedati għal Diċembru 2016, impedixxa referendum revokatorju milli jseħħ – dispożizzjoni kostituzzjonali li tippermetti li 20 % tal-elettorat jitlob it-tneħħija ta' President li ma jkunx popolari – minkejja li r-rekwiżiti kostituzzjonali kollha kienu ntlaħqu, u hedded li jinterrompi l-proċessi elettorali kollha b'mod indefinit; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi l-influwenza tar-reġim Kuban fil-Venezwela, f'termini kemm ta' programmi soċjali kif ukoll ta' pulizija u servizzi tas-sigurtà, ikkontribwiet għad-destabilizzazzjoni tad-demokrazija u għal żieda fir-repressjoni politika kontra l-oppożizzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jesprimi tħassib serju dwar il-ksur antikostituzzjonali kontinwu tal-ordni demokratiku fil-Venezwela, wara d-deċiżjoni li biha l-Qorti Suprema Venezwelana ħadet f'idejha s-setgħat leġiżlattivi tal-Assemblea Nazzjonali, u dwar in-nuqqas ta' separazzjoni tas-setgħat u ta' indipendenza tal-fergħat tal-gvern; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jikkundanna d-deċiżjonijiet tal-Qorti Suprema tal-Venezwela li tissospendi s-setgħat tal-Assemblea Nazzjonali u li tikkonferihom lilha nnifisha, billi jemmen li tali deċiżjonijiet imorru fundamentalment kontra l-prattiki demokratiċi u jikkostitwixxu ksur tal-ordni kostituzzjonali tal-Venezwelja; iqis li, minkejja r-reviżjoni reċenti ta' xi elementi minn dawn id-deċiżjonijiet, huwa essenzjali li l-Gvern tal-Venezwela jiżgura li l-ordni demokratiku jerġa' jiġi stabbilit bis-sħiħ; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora serjament fir-rigward tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-qagħda soċjoekonomika fil-Venezwela, bi klima dejjem tikber ta' instabilità politika u soċjali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jistieden lill-Gvern u lill-Qorti Suprema tal-Venezwela jirrispettaw il-Kostituzzjoni, inklużi s-setgħat konferiti mill-Kostituzzjoni Venezwelana lill-membri parlamentari kollha eletti debitament; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jistieden lill-Gvern Venezwelan biex jissalvagwarda s-separazzjoni u l-indipendenza tas-setgħat u biex jerġa' jistabbilixxi l-awtorità kostituzzjonali sħiħa tal-Assemblea Nazzjonali; ifakkar li s-separazzjoni u n-nuqqas ta' interferenza bejn setgħat li huma leġittimi ndaqs jiffurmaw prinċipju essenzjali ta' stati demokratiċi mmexxija mill-istat tad-dritt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jistieden lill-Gvern Venezwelan jeħles minnufih lill-priġunieri politiċi kollha; ifakkar li l-ħelsien tal-priġunieri politiċi ġie approvat mill-Assemblea Nazzjonali bis-saħħa tal-Liġi ta' Rikonċiljazzjoni Nazzjonali, li ġiet sottoposta għal veto b'deċiżjoni tas-setgħa eżekuttiva; jisħaq fuq il-fatt li sakemm ikun hemm priġunieri politiċi ma jista' jkun hemm l-ebda soluzzjoni paċifika dejjiema fuq terminu twil għall-Venezwela; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jistieden lill-Gvern tal-Venezwela biex jikkonforma mal-kostituzzjoni u biex jippreżenta kalendarju elettorali li jippermetti l-iżvolġiment ta' proċessi elettorali ħielsa u trasparenti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jilqa' r-riżoluzzjoni adottata mill-Kunsill Permanenti tal-OAS fit-3 ta' April 2017 u jistieden lill-VP/HR tappoġġa din ir-riżoluzzjoni; jistieden lill-VP/RGħ, barra minn hekk, biex teżamina b'mod attiv miżuri oħrajn li jkunu kapaċi jippermettu li l-UE tippromwovi b'mod kostruttiv l-istabbilizzazzjoni politika fil-Venezwela u r-ritorn lejn l-ordni demokratiku permezz tal-eżerċizzju effettiv tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fi ħdan il-qafas kostituzzjonali Venezwelan; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jistieden lill-Kunsill jikkunsidra l-possibbiltà li japplika sanzjonijiet immirati u miżuri oħra kontra l-uffiċjali jew kwalunkwe persuna oħra responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tad-dimostranti jew tal-oppożizzjoni demokratika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jistieden lill-Gvern Venezwelan jirrispetta u jiggarantixxi d-dritt kostituzzjonali għal-libertà ta' għaqda paċifika; jistieden lill-awtoritajiet Venezwelani jiggarantixxu s-sigurtà u l-eżerċizzju liberu tad-drittijiet għaċ-ċittadini kollha, partikolarment għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, għall-ġurnalisti, għall-attivisti politiċi u għall-membri tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi indipendenti li jinsabu f'riskju akbar ta' attakki u ta' detenzjoni arbitrarja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jistieden lill-awtoritajiet Venezwelani jippermettu li l-għajnuna umanitarja tidħol fil-pajjiż bħala kwistjoni ta' urġenza u jagħtu aċċess lill-organizzazzjonijiet internazzjonali li jixtiequ jgħinu lis-setturi tas-soċjetà li ntlaqtu l-agħar; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Itenni t-talba urġenti tiegħu li tintbagħat delegazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-Venezwela u li jkun hemm djalogu mas-setturi kollha involuti fil-kunflitt mill-aktar fis possibbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani.</p>
</Section></Motion>