<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0272/2017</Ref><Date>20.4.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">on the situation in Venezuela</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2651(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124972">Ernest Urtasun</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4281"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE603.714v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0272/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2651" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2651">2017/2651(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Venezwela,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-aħħar Dikjarazzjoni tal-Kelliem tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, dwar l-avvenimenti li seħħew fil-Venezwela fit-30 ta' Marzu 2017,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi fit-30 ta' Marzu 2017, il-Qorti Suprema tal-Venezwela ddeċidiet, fid-deċiżjonijiet tagħha 155 u 156, tieħu f'idejha l-kompetenzi tal-Assemblea Nazzjonali u tillimita l-immunità tal-membri tal-Assemblea, li huwa ġġustifikat bħala mezz li jiġi ppreżervat il-bilanċ bejn il-ħames setgħat tal-Istat tal-Venezwela;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi fil-31 ta' Marzu 2017, il-Kunsill għad-Difiża Nazzjonali talab b'suċċess lill-Qorti Suprema tal-Venezwela biex tirrevedi dawn id-deċiżjonijiet u terġa tagħti lura l-kompetenzi u d-drittijiet kostituzzjonali tal-Assemblea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi żdiedet il-vjolenza fit-toroq tal-Venezwela, bi skontri li faqqgħu f'manifestazzjonijiet favur il-gvern u l-oppożizzjoni li wasslu biex jindarbu n-nies;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi d-dinamika ta' konfrontazzjoni permanenti miż-żewġ naħat ma tippermettix soluzzjoni li tistabbilizza li hija demokratikament leġitimizzata mill-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Huwa ferm kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-Qorti Suprema tal-Venezwela fit-30 ta' Marzu 2017 u jappoġġja r-reviżjoni tagħhom, skont l-impenn meħud l-għada mill-Kunsill tad-Difiża Nazzjonali; jistieden lill-Assemblea Nazzjonali terġa' tikseb u teżerċita bis-sħiħ id-drittijiet kostituzzjonali u l-kompetenzi kollha tagħha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jistieden lill-partijiet kollha biex jimpenjaw ruħhom fi djalogu kostruttiv sabiex ikun jista' jerġa' jkun hemm funzjonament normali u bilanċ tas-setgħat tal-istituzzjonijiet Kostituzzjonali; jistieden lill-Assemblea Nazzjonali issib soluzzjoni għat-tliet membri eletti kkontestati tal-Assemblea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Iħeġġeġ il-promozzjoni u l-istabbiliment ta' djalogu nazzjonali bil-mezzi paċifiċi kollha, inkluż bl-involviment tal-forzi kollha rilevanti, sabiex tinstab soluzzjoni konsenswali għall-interessi konfliġġenti fil-Venezwela u biex issolvi kwalunkwe tilwim bejn id-diversi fergħat tas-setgħa pubblika fi spirtu ta' fiduċja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jistieden lill-atturi kollha ġewwa u barra l-pajjiż, biex josservaw prudenza u paċenzja u joqogħdu lura minn kwalunkwe att jew sejħa ta' vjolenza, li tkompli tiddestabbilizza u finalment twaqqaf ħesrem il-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jistieden lill-atturi politiċi barra l-Venezwela sabiex jevitaw li jużaw is-sitwazzjoni fil-pajjiż għal skopijiet politiċi nazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Huwa tal-fehma li l-istabbiltà politika u soċjali tal-Venezwela hija fattur deċiżiv għas-salvagwarda tal-paċi fir-reġjun kollu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Huwa konvint li l-medjazzjoni paċifika internazzjonali hija l-unika triq kostruttiva 'il quddiem; jappoġġja bis-sħiħ, f'dan ir-rigward, l-inizjattiva meħuda minn żewġ ex Presidenti tar-Repubblika Dominikana u tal-Panama, Leonel Fernández u Martín Torrijos, u l-ex Prim Ministru ta' Spanja, José Luis Rodríguez Zapatero, kif ukoll mill-Papa Franġisku, bi qbil mal-UNASUR;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jappoġġa l-isforzi tal-VP/RGħ Federica Mogherini, li talbet eżitu paċifiku għas-sitwazzjoni diffiċli attwali u sabiex jerġa' jkun hemm stabbiltà politika, filwaqt li jħeġġeġ rispett sħiħ lejn il-Kostituzzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-awtoritajiet tal-Venezwela u lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
</Section></Motion>