<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0276/2017</Ref><Date>24.4.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela </p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2651(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124856">Ignazio Corrao</Author>, <Author id="124812">Fabio Massimo Castaldo</Author>, <Author id="96694">Rolandas Paksas</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4276"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp EFDD</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE603.726v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0276/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela </span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2651" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2651">2017/2651(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-diversi riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela, b'mod partikolari dawk tas-27 ta' Frar 2014 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0176" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-7-2014-0176/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P7_TA(2014)0176</ANCHOR>.</p>
</footnote>, tat-18 ta' Diċembru 2014 dwar il-persekuzzjoni tal-oppożizzjoni demokratika fil-Venezwela<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0106" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2014-0106/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2014)0106</ANCHOR>.</p>
</footnote>, tat-12 ta' Marzu 2015 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0080" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0080/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0080</ANCHOR>.</p>
</footnote> u tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0269" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0269/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0269</ANCHOR>.</p>
</footnote>, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li l-Venezwela hija parti għalih,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Karta Demokratika Inter-Amerikana, adottata fil-11 ta' Settembru 2001,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Venezwela, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra t-twissijiet espressi fir-rapporti tal-OAS tat-30 ta' Mejju 2016 u tal-14 ta' Marzu 2017 dwar il-Venezwela u l-appell tas-Segretarju Ġenerali tagħha biex il-Kunsill Permanenti jitlaqqa' b'urġenza, skont l-Artikolu 20 tal-Karta Demokratika, bil-għan li tiġi diskussa l-kriżi politika tal-Venezwela,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-ittra tas-27 ta' Marzu 2017 tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini, dwar is-sitwazzjoni dejjem aktar serja u l-kriżi gravi li qed tolqot lill-Venezwala fil-livell politiku, ekonomiku u umanitarju,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi fil-25 ta’ Jannar 2017 is-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS), Luis Almagro Lemes, iddikjara fil-Parlament Ewropew li d-djalogu mibdi fit-30 ta’ Ottubru 2016, li ġie appoġġjat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea permezz tal-medjazzjoni ta’ żewġ eks-Presidenti tar-Repubblika Dominikana u tal-Panama, Leonel Fernández u Martín Torrijos, l-eks Prim Ministru Spanjol, José Luis Rodríguez Zapatero, u l-Knisja Kattolika, kien naqas milli jikseb l-għanijiet mixtieqa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi seħħew protesti kbar fil-Venezwela fl-aħħar tliet ġimgħat, wara d-deċiżjoni tal-Qorti Suprema Venezwelana tas-27 ta’ Marzu 2017;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi tal-anqas tmien persuni mietu u madwar 100 ruħ oħra sfaw midruba matul dawk il-protesti; billi żewġ dimostranti u aġent wieħed tal-Gwardja Nazzjonali Venezwelana mietu waqt protesta li saret fid-19 ta’ April 2017;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika għal kulħadd huwa pilastru fundamentali tad-demokrazija; billi din il-libertà u d-drittijiet mogħtija minnha għandhom jitgawdew u jiġu eżerċitati b’mod paċifiku u b’rispett tar-regoli demokratiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-prinċipju ta’ noninterferenza fl-affarijiet interni ta’ stat għandu jiġi rrispettat; billi l-iggravar estern u l-inċitament ta’ protesti għandhom jiġu evitati taħt iċ-ċirkostanzi kollha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi r-rieda tal-poplu Venezwelan espressa permezz ta’ elezzjonijiet għandha tiġi rispettata, u għandhom ikunu kkundannati kwalunkwe sforzi li saru minn atturi barranin sabiex itemmu l-mandati politiċi qabel l-iskadenza naturali tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-Venezwela hi għanja fir-riżorsi naturali, fatt li faċilment jista’ jiġbed l-interess ta’ pajjiżi oħra u kumpaniji barranin; billi dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw bl-għan li tiġi żgurata ħajja deċenti għaċ-ċittadini kollha tal-Venezwela;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi d-determinazzjoni tal-politika ekonomika hija esklussivament parti mill-affarijiet interni ta’ kull stat, u kwalunkwe tentattiv ta’ influwenza politika bħal din għandu jitqies bħala interferenza mhux xierqa fil-qasam esklussiv tagħha; billi l-interessi tal-popolazzjoni proprja tiegħu għandhom ikunu l-uniċi mexxejja wara kwalunkwe iffissar min-naħa tal-gvern tal-politika ekonomika tiegħu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi s-separazzjoni tas-setgħat, kif definit mill-Kostituzzjoni tal-Venezwela, hija garanzija meħtieġa biex tipproteġi d-drittijiet taċ-ċittadini u tiddefendi d-demokrazija u l-istat tad-dritt, u tikkostitwixxi prerekwiżit bażiku għal demokrazija rappreżentattiva;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi l-President Nicolas Maduro talab lill-Qorti Suprema tirrevedi s-sentenza li tannulla Assemblea Nazzjonali; billi l-Qorti Suprema Venezwelana fl-1 ta’ April 2017 ħarġet sentenzi ġodda li jerġgħu jistabbilixxu l-awtorità tal-Assemblea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora serjament fil-Venezwela, ikkaratterizzata minn klima dejjem tiżdied ta' vjolenza politika u instabilità soċjali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jesprimi, b’mod partikolari, tħassib serju dwar il-vjolenza kontinwa fil-Venezwela, u għal dawk li ġew maqtula jew midruba waqt il-protesti li saru f’dawn l-aħħar ġimgħat; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jistieden lill-partijiet kollha involuti biex jirrispettaw il-Kostituzzjoni Venezwelana u s-setgħat li l-Kostituzzjoni tikkonferixxi lill-korpi politiċi differenti kollha; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jilqa’ b’sodisfazzjon ir-reviżjoni reċenti ta’ xi elementi tad-deċiżjoni tal-Qorti Suprema Venezwelana;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jistieden lill-Gvern tal-Venezwela sabiex jissalvagwardja s-separazzjoni u l-indipendenza tas-setgħat; ifakkar li s-separazzjoni u n-nuqqas ta' interferenza bejn setgħat li huma leġittimi ndaqs jiffurmaw prinċipju essenzjali ta' stati demokratiċi u hija mmexxija mill-istat tad-dritt;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jenfasizza li huwa essenzjali li l-Gvern tal-Venezwela jiżgura protezzjoni sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Itenni li d-dritt ta’ għażla ta’ min għandu jkollu s-setgħa politika leġittima fil-Venezwela jirrisjedi unikament mal-poplu tal-Venezwela, li l-unika possibilità tiegħu li jeżerċita dan id-dritt huwa permezz ta’ elezzjonijiet regolari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jistieden lill-partijiet kollha involuti biex jirrispettaw ir-rieda tal-poplu u l-liġi elettorali; jistieden lill-Gvern tal-Venezwela biex jikkonforma mal-kostituzzjoni u jippreżenta kalendarju elettorali li jippermetti l-iżvolġiment ta' proċessi elettorali ħielsa u trasparenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-akbar trasparenza u li jiġi stabbilit kalendarju ċar għall-proċess elettorali li ġej, sabiex jipprevjenu kull possibilità li jiqajmu pretensjonijiet jew dubji dwar il-ġustizzja tal-proċess elettorali fil-ġejjieni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jistieden lill-partijiet kollha involuti jirrispettaw u jiggarantixxu d-dritt kostituzzjonali għal-libertà ta' għaqda paċifika; jistieden lill-awtoritajiet Venezwelani jiggarantixxu s-sigurtà u l-eżerċizzju liberu tad-drittijiet għaċ-ċittadini kollha, b'mod partikolari d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti, l-attivisti politiċi u l-membri tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi indipendenti, li kollha jinsabu f'riskju akbar ta' attakki; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Iħeġġeġ lill-gvern u lill-oppożizzjoni jżommu l-ġlieda politika fil-konfini fi ħdan il-konfini tal-arranġamenti u garanziji kostituzzjonali; jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe forma ta’ vjolenza, irrispettivament minn min tkun twettqet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Iħeġġeġ lill-partijiet kollha involuti biex joqogħdu lura milli jieħdu xi pożizzjoni radikali, minn kull forma ta’ vjolenza u minn kwalunkwe oġġezzjoni bil-quddiem jew ideoloġika għal djalogu; iħeġġeġ lill-partijiet kollha involuti biex iressqu soluzzjonijiet konkreti u realistiċi għall-problemi soċjali u politiċi li jaffettwaw il-popolazzjoni tal-Venezwela;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jappoġġja l-inizjattiva ta’ paċi tal-Knisja Kattolika u kull inizjattiva maħsuba biex jerġa’ jkun hemm il-paċi u d-djalogu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jistieden lill-awtoritajiet Venezwelani jippermettu li l-għajnuna umanitarja tidħol fil-pajjiż bħala kwistjoni ta' urġenza u jagħtu aċċess lill-organizzazzjonijiet internazzjonali li jixtiequ jgħinu lis-setturi tas-soċjetà li ntlaqtu l-aktar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha biex joħolqu djalogu kostruttiv mal-Gvern tal-Venezwela, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju ta’ noninterferenza fl-affarijiet interni ta’ stat, bl-għan li jissalvagwardaw is-sikurezza u l-benessri taċ-ċittadini tal-Venezwela u taċ-ċittadini Ewropej li jgħixu fil-Venezwela;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Itenni t-talba urġenti tiegħu li tintbagħat delegazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-Venezwela u biex id-delegazzjoni torganizza djalogu mas-setturi kollha involuti fil-kunflitt mill-aktar fis possibbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani.</p>
</Section></Motion>