<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0331/2017</Ref><Date>15.5.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> dwar l-istrateġija tal-UE rigward is-Sirja</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2654(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> <Author id="39711">Victor Boştinaru</Author>, <Author id="4334">Elena Valenciano</Author>, <Author id="96840">Knut Fleckenstein</Author>, <Author id="4533">Neena Gill</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">&lt;&lt;&lt;</p>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE603.756v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0331/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-istrateġija tal-UE rigward is-Sirja</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2654" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2654">2017/2654(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sirja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-14 ta' Marzu 2017 tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli (VP/RGħ) tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni bit-titolu "Elementi għal Strateġija tal-UE għas-Sirja" u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sirja tat-3 ta' April 2017, li flimkien jiffurmaw l-istrateġija l-ġdida tal-UE rigward is-Sirja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konferenza organizzata mill-UE fl-4 u l-5 ta' April 2017 dwar il-kunflitt Sirjan u l-impatt tiegħu fuq ir-reġjun u d-dikjarazzjoni relatata tal-kopresidenti tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-6 ta' April 2017 tal-VP/RGħ, f'isem l-UE, dwar l-allegat attakk kimiku f'Idlib (is-Sirja),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Komunikat ta' Ġinevra tat-30 ta' Ġunju 2012 u r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2254 (2015),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1325 (2000) tal-31 ta' Ottubru 2000 dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 71/248 tad-19 ta' Diċembru 2016 dwar Mekkaniżmu Internazzjonali, Imparzjali u Indipendenti biex jassisti fl-Investigazzjoni u l-Prosekuzzjoni tal-Persuni Responsabbli għad-Delitti l-Aktar Serji skont id-Dritt Internazzjonali li Twettqu fir-Repubblika Għarbija Sirjana sa minn Marzu 2011,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-UE ddikjarat ripetutament li ma jista' jkun hemm l-ebda soluzzjoni militari għall-kunflitt Sirjan u li tranżizzjoni inklużiva u mmexxija mis-Sirja biss tista' ttemm it-tbatija inaċċettabbli tal-poplu Sirjan; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-President Jean-Claude Juncker semma l-ħtieġa ta' strateġija tal-UE għas-Sirja fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni f'Settembru 2016; billi, f'Ottubru, il-Parlament stieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli Federica Mogherini tiżgura li l-istrateġija l-ġdida tiffaċilita soluzzjoni politika għas-sitwazzjoni fis-Sirja, inkluż permezz ta' għodod ta' monitoraġġ u infurzar li jsaħħu l-konformità mal-impenji meħuda fil-qafas tal-Grupp Internazzjonali ta' Appoġġ għas-Sirja (ISSG);</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-għan tal-istrateġija tal-UE rigward is-Sirja huwa li tistabbilixxi kif l-UE jista' jkollha rwol aktar viżibbli u effikaċi fil-kontribut tagħha għal soluzzjoni politika dejjiema fis-Sirja fil-kuntest tal-qafas eżistenti approvat min-NU, u tgħin fir-rikostruzzjoni ta' wara l-ftehim ladarba tkun inbdiet tranżizzjoni kredibbli; billi, filwaqt li huwa ċar li r-rikostruzzjoni tista' tibda biss wara li jkun intlaħaq ftehim politiku, jenħtieġ li l-isforzi ta' rikonċiljazzjoni jibdew malajr kemm jista' jkun u jkollhom l-appoġġ tal-UE bil-għan li tkun żgurata stabbiltà fit-tul; billi f'dan il-kuntest huwa essenzjali li toħroġ il-verità, li jkun hemm sens ta' responsabbiltà u ġustizzja tranżizzjonali, u li jingħataw amnestiji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-waqfien mill-ġlied li daħal fis-seħħ fit-30 ta' Diċembru 2016 mhuwiex qed jiġi rispettat u seħħew diversi każijiet ta' ksur u inċidenti serji, bħall-attakk kimiku f'Khan Shaykhun – preżumibbilment imwettaq mir-reġim – u l-attakk bil-bombi kontra xarabanks li kienu qed iġorru persuni evakwati minn bliet assedjati qrib Aleppo; billi għexieren ta' ċivili, fosthom tfal, sfaw fil-mira u għadhom qed ibatu f'din il-gwerra ċivili brutali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi, s'issa, la n-negozjati ta' paċi mmexxija min-NU f'Ġinevra u lanqas in-negozjati komplementari f'Astana ma pproduċew riżultati tanġibbli; billi r-rappreżentanti tal-oppożizzjoni Sirjana ssospendew il-parteċipazzjoni tagħhom fl-aħħar sessjoni ta' taħditiet f'Astana bi protesta kontra t-tkomplija tal-attakki mill-ajru fiż-żoni li jinsabu f'idejn ir-ribelli u l-parteċipazzjoni tal-Iran; billi r-Russja, it-Turkija u l-Iran iffirmaw memorandum dwar it-twaqqif ta' żoni ta' tnaqqis tal-intensità tal-kunflitt fis-Sirja li ma ġiex approvat mill-oppożizzjoni Sirjana;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-UE wriet l-impenn tagħha li tgħin biex ittaffi l-konsegwenzi umanitarji tal-kunflitt; billi fil-Konferenza ta' Brussell dwar l-appoġġ għall-ġejjieni tas-Sirja u tar-reġjun kien hemm qbil dwar approċċ olistiku għall-ġestjoni tal-kriżi Sirjana, b'assistenza finanzjarja addizzjonali b'risposta għas-sitwazzjoni umanitarja; billi s-sitwazzjoni fil-pajjiż għadha kritika, b'aktar minn 13,5 miljun ruħ fil-bżonn, li minnhom 4,7 miljuni jgħixu f'żoni taħt assedju u li diffiċli jintlaħqu u 6,3 miljuni sfaw spostati internament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jilqa' l-istrateġija tal-UE rigward is-Sirja u l-eżitu tal-Konferenza ta' Brussell li ggarantiet impenji li jammontaw għal EUR 5,6 biljun, inkluż EUR 1,3 biljun mill-UE, l-akbar donatur fil-kriżi; iħeġġeġ lill-parteċipanti kollha jonoraw bis-sħiħ l-impenji tagħhom u jkomplu bl-appoġġ tagħhom fil-ġejjieni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jemmen fermament li l-UE jeħtieġ timpenja ruħha b'mod aktar attiv u ssaħħaħ il-kontribut finanzjarju importanti tagħha għal wara l-kunflitt sabiex tiżvolġi rwol sinifikanti fl-isforzi tan-negozjar fil-kuntest tal-qafas eżistenti approvat min-NU u tassigura t-tranżizzjoni politika, billi tiżviluppa politika speċifika li jkollha l-għan li tqarreb il-partijiet aktar lejn xulxin u tintensifika l-isforzi tagħha fl-oqsma fejn l-Unjoni jista' jkollha valur miżjud; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jappoġġja l-għaqda, is-sovranità, l-integrità territorjali u l-indipendenza tal-Istat Sirjan u jawgura ġejjieni demokratiku għall-poplu Sirjan; japprezza l-isforzi kontinwi tal-VP/RGħ li tikkomunika mal-atturi ewlenin fir-reġjun bil-ħsieb li tiġi żgurata t-tranżizzjoni politika, ir-rikonċiljazzjoni wara l-kunflitt u r-rikostruzzjoni; itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-uniku mod biex tirrenja l-paċi fil-pajjiż huwa permezz ta' proċess politiku mmexxi mis-Sirja li jwassal għal elezzjonijiet ħielsa u ġusti, faċilitati u sorveljati min-Nazzjonijiet Uniti u organizzati abbażi ta' kostituzzjoni ġdida;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Iħeġġeġ lill-partijiet kollha jirrispettaw il-waqfien mill-ġlied, jieqfu jattakkaw liċ-ċivili immedjatament, u jevitaw kwalunkwe azzjoni li jista' jkollha impatt negattiv fuq l-isforzi favur il-paċi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-atroċitajiet u l-ksur fuq skala kbira tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali mwettqa mir-reġim bl-appoġġ tar-Russja u ta' milizzji appoġġati mill-Iran, kif ukoll l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u l-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali min-naħa ta' gruppi armati mhux statali, b'mod partikolari l-ISIS/Da'esh u gruppi ġiħadisti oħrajn; itenni l-appell tiegħu biex il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jirreferi dawn id-delitti tal-gwerra lill-Qorti Kriminali Internazzjonali, u jenfasizza l-pożizzjoni tiegħu li dawk kollha responsabbli għall-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali u tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jeħtieġ jinżammu responsabbli; iħeġġeġ lill-Istati kollha japplikaw il-prinċipju ta' ġurisdizzjoni universali fit-trattament tal-impunità u jilqa' l-passi meħuda minn għadd ta' Stati Membri tal-UE f'dan is-sens;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jikkundanna bla riżervi l-attakki kimiċi kollha, inkluż l-aktar wieħed reċenti fil-belt ta' Khan Shaykhun, u jenfasizza l-ħtieġa li ssir investigazzjoni bir-reqqa u imparzjali u li tittieħed responsabbiltà; jilqa' d-deċiżjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU li tistabbilixxi mekkaniżmu internazzjonali, imparzjali u indipendenti biex jassisti fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-persuni responsabbli għad-delitti l-aktar serji skont id-dritt internazzjonali li twettqu fis-Sirja sa minn Marzu 2011; jiddeplora l-fatt, għall-kuntrarju, li l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU naqas li jadotta, minħabba veto Russu ieħor, riżoluzzjoni biex jikkundanna l-attakk kimiku f'Khan Shaykhun; jenfasizza l-obbligu tas-Sirja li tosserva r-rakkomandazzjonijiet tal-missjoni ta' inkjesta tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) u tal-Mekkaniżmu ta' Investigazzjoni Konġunt bejn l-OPCW u n-Nazzjonijiet Uniti, billi tagħti aċċess immedjat u bla xkiel u tirrikonoxxi d-dritt li jsiru spezzjonijiet f'kull sit;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Iħeġġeġ lill-Federazzjoni Russa u lir-Repubblika Iżlamika tal-Iran jużaw l-influwenza tagħhom fuq ir-reġim Sirjan biex jaċċetta u jimpenja ruħu attivament favur kompromess raġonevoli li jġieb fi tmiemha l-gwerra ċivili u jwitti t-triq għal tranżizzjoni inklużiva u ġenwina; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-oppożizzjoni moderata fl-identifikazzjoni u l-iżolament tal-elementi radikalizzati u l-promozzjoni tar-rikonċiljazzjoni; iħeġġeġ lill-membri tal-Kumitat Għoli tan-Negozjati (HNC) jkomplu jinvolvu ruħhom fit-taħditiet immexxija min-NU f'Ġinevra; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jinnota l-memorandum reċenti dwar it-twaqqif ta' żoni ta' tnaqqis tal-intensità tal-kunflitt fis-Sirja u jappoġġja l-intenzjoni li jissaħħaħ il-waqfien mill-ġlied, li l-forza tal-ajru tar-reġim tinżamm milli ttir fuq iż-żoni ta' tnaqqis tal-intensità tal-kunflitt, u li jinħolqu kundizzjonijiet għall-aċċess umanitarju, l-assistenza medika, ir-ritorn ta' persuni ċivili spostati lejn djarhom u r-restawr tal-infrastruttura li ġarrbet ħsara; jenfasizza, madankollu, it-tħassib li esprimiet l-oppożizzjoni dwar il-biża' li l-ftehim jista' jwassal għall-ħolqien ta' żoni ta' influwenza u għal qasma fis-Sirja; jenfasizza l-importanza li tiġi eliminata kwalunkwe ambigwità fir-rigward ta' gruppi mhux koperti mill-waqfien mill-ġlied u jistieden lill-partijiet kollha, inkluża t-Turkija, jiżguraw li l-memorandum ma jiffaċilitax l-attakki fuq il-forzi alleati mal-oppożizzjoni moderata jew dawk li qed jiġġieldu fuq in-naħa tal-koalizzjoni internazzjonali kontra l-ISIS/Daesh; jenfasizza li għandu jiġi żgurat il-monitoraġġ internazzjonali tal-implimentazzjoni u jaqbel li jkun hemm aktar involviment min-naħa tan-NU, inkluż fil-monitoraġġ tal-aċċess umanitarju; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jemmen li l-istrateġija tal-UE kellha wkoll teżamina mill-ġdid l-aspetti li jikkonċernaw il-ġlieda kontra l-ISIS/Daesh u organizzazzjonijiet terroristiċi oħra elenkati min-NU, b'enfasi u attenzjoni fuq il-kawżi politiċi u soċjoekonomiċi fundamentali li ffaċilitaw il-firxa tat-terroriżmu u bl-identifikazzjoni ta' azzjonijiet konkreti biex jingħelbu; iqis, barra minn hekk, li kellhom jitfasslu modi li jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tan-natura multietnika, multireliġjuża u multikonfessjonali tas-soċjetà Sirjana; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Ifakkar li l-implimentazzjoni rapida ta' miżuri għat-tisħiħ tal-fiduċja (CBMs), li jinkludu l-aċċess umanitarju bla xkiel fis-Sirja kollha, it-twassil ta' servizzi pubbliċi bażiċi (l-elettriku, l-ilma, il-kura tas-saħħa), it-tmiem tal-assedji kollha fuq il-bliet, kif ukoll il-ħelsien tal-priġunieri u l-ostaġġi, hija ta' importanza kruċjali; jilqa' l-ftehim bejn il-Gvern Sirjan u l-gruppi ribelli biex erba' bliet assedjati jitħallew jiġu evakwati; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jappoġġjaw u jiffaċilitaw l-adozzjoni ta' ftehim komprensiv dwar is-CBMs;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jesprimi sodisfazzjon dwar il-fatt li r-rwol tas-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet tan-nisa, ġie rikonoxxut bħala element fundamentali ta' soluzzjoni dejjiema; ifakkar il-fatt li l-UE jeħtieġ tippromwovi u tiffaċilita l-involviment adegwat jew il-konsultazzjoni tas-soċjetà ċivili u n-nisa fil-proċess ta' paċi, f'konformità mal-Approċċ Komprensiv għall-Implimentazzjoni min-naħa tal-UE tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1325 u 1820 dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà; jinsisti li d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa jeħtieġ jiġu kkontemplati fil-kostituzzjoni l-ġdida tas-Sirja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jinnota b'dispjaċir li l-kunflitt ċivili devastanti reġġa' lill-pajjiż għexieren ta' snin lura f'termini ta' żvilupp soċjali u ekonomiku, tefa' miljuni ta' nies f'sitwazzjoni ta' qgħad u faqar u wassal għal tħarbit konsiderevoli fis-servizzi tas-saħħa u edukattivi, spostament fuq skala kbira ta' Sirjani u eżodu ta' mħuħ; jirrimarka, għalhekk, l-importanza li tiżdied l-assistenza mhux umanitarja bil-għan li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-persuni fis-Sirja u l-ekonomija terġa' tibda taħdem; jemmen, barra minn hekk, li hekk kif il-kunflitt jintemm, ir-rifuġjati Sirjani kwalifikati għandhom jingħataw inċentivi biex jirritornaw u jikkontribwixxu fl-isforzi ta' rikostruzzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jappoġġja bis-sħiħ il-mira li tiġi żgurata inizjattiva ta' "Ebda ġenerazzjoni mitlufa ta' tfal" fis-Sirja u fir-reġjun, u jitlob sforzi addizzjonali biex tintlaħaq il-mira li t-tfal rifuġjati u vulnerabbli kollha fil-komunitajiet ospitanti jieħdu edukazzjoni ta' kwalità, b'aċċess ugwali għall-bniet u s-subien; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi rikonoxxuta l-edukazzjoni – ħafna drabi informali – fil-kampijiet tar-rifuġjati u li jingħata appoġġ għar-riabilitazzjoni psikoloġika ta' dawn it-tfal trawmatizzati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jemmen li l-UE jeħtieġ tibda tiżviluppa pjan konkret għall-involviment tagħha fir-rikostruzzjoni tas-Sirja u timmira lejn sforzi inklużivi u konġunti mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-istituzzjonijiet finanzjarji ewlenin, kif ukoll mal-atturi reġjonali u lokali; jappoġġja, f'dan ir-rigward, id-djalogu politiku mwettaq mill-VP/RGħ ma' atturi ewlenin mir-reġjun fil-qafas tal-inizjattiva reġjonali tal-UE dwar il-ġejjieni tas-Sirja; jenfasizza, madankollu, l-importanza ta' sens ta' appartenenza fir-rigward tal-proċess ta' rikostruzzjoni wara l-kunflitt min-naħa tas-Sirjani nfushom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lin-Nazzjonijiet Uniti, lill-membri tal-Grupp Internazzjonali ta' Appoġġ għas-Sirja u lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt.</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"> </span></p>
</Section></Motion>