<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0332/2017</Ref><Date>15.5.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-kamp tar-rifuġjati ta' Dadaab</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2687(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4521">Charles Tannock</Author>, <Author id="96796">Ryszard Antoni Legutko</Author>, <Author id="28372">Ryszard Czarnecki</Author>, <Author id="96801">Tomasz Piotr Poręba</Author>, <Author id="125069">Notis Marias</Author>, <Author id="4465">Raffaele Fitto</Author>, <Author id="124815">Arne Gericke</Author>, <Author id="124887">Karol Karski</Author>, <Author id="124873">Angel Dzhambazki</Author>, <Author id="124901">Jana Žitňanská</Author>, <Author id="119431">Ruža Tomašić</Author>, <Author id="28353">Anna Elżbieta Fotyga</Author>, <Author id="96824">Monica Macovei</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4271"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE603.757v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0332/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kamp tar-rifuġjati ta' Dadaab</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2687" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2687">2017/2687(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">Il-Parlament Ewropew,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Qarn tal-Afrika<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 440, 30.12.2015, p. 38.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Ftehim Tripartitiku tal-2013 bejn il-Kenja, is-Somalja u l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR) li jirregola r-rimpatriju volontarju tar-rifuġjati Somali li jgħixu fil-Kenja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kelliema tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, il-Kummissarju tal-UE għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp, Neven Mimica u l-Kummissarju tal-UE għall-Għajnuna Umanitarja, Christos Stylianides dwar id-deċiżjoni tal-Gvern Kenjan tal-20 ta' Mejju 2016, li jagħlaq il-kampijiet tar-rifuġjati ta' Dadaab.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-eżitu tal-2017 tal-Konferenza ta' Londra dwar is-Somalja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-Kenja qed tospita madwar 500 rifuġjat, u n-numru qed ikompli jiżdied minħabba n-nuqqas ta' sigurtà li dejjem qed jaggrava fir-reġjun, b'mod partikolari fis-Sudan t'Isfel; billi, skont l-istatistika tan-NU ta' April 2017, madwar 245,000 rifuġjat jgħixu fil-ħames żoni li jagħmlu parti mill-kumpless tal-kamp tar-rifuġjati ta' Dadaab kumplessi, u l-biċċa l-kbira minnhom joriġinaw mis-Somalja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-kumpless tal-kamp tar-rifuġjati ta' Dadaab ġie stabbilit fl-1991 bħala soluzzjoni temporanja għal dawk li qed ifittxu kenn, dawk li qed jaħarbu minn persekuzzjoni, vjolenza u instabbiltà fl-Afrika tal-Lvant, u b'mod partikolari mill-gwerra ċivili fis-Somalja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  Billi f'Mejju 2016 il-Gvern Kenjan ħabbar li l-kamp tar-rifuġjati ta' Dadaab se jagħlaq f'Novembru 2016 minħabba kwistjonijiet ta' sigurtà, wara li sejjaħlu "bejta għal Al-Shabaab"; billi f'Novembru 2016 il-Gvern Kenjan ippospona l-għeluq tal-kamp għal sitt xhur oħra minħabba "raġunijiet umanitarji";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi, fid-9 ta' Frar 2017, il-Qorti Superjuri fil-Kenja imblukkat d-deċiżjoni tal-gvern li jagħlaq il-kamp tar-rifuġjati, peress li kkunsidrat li d-deċiżjoni tiegħu kienet eċċessiva, arbitrarjia u sproporzjonata;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi fl-2013 gie ffirmat il-Ftehim Tripartitiku bejn il-Kenja, is-Somalja u l-UNHCR li jirregola r-rimpatriju volontarju tar-rifuġjati Somali li jgħixu fil-Kenja, sabiex jiġi żgurat ir-rimpatriju volontarju b'mod sikur u dinjituż tar-rifuġjati Somali f'żono stabbli fis-Somalja; billi deċiżjoni dwar il-kundizzjonijiet ta' ritorn għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni li hija oġġettiva, preċiża u newtrali u fuq għażla libera; billi, skont l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, l-ebda waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma hija attwalment sodisfatta f'Dadaab;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-Qarn tal-Afrika huwa wieħed mir-reġjuni bl-akbar nuqqas ta' sigurtà alimentari fid-dinja u billi hemm ir-riskju li n-nixfa li qiegħda taggrava se tħalli miljuni ta' nies fis-Somalja jaffaċċjaw dik li se tkun it-tielet karestija ta' dawn l-aħħar 25 sena; billi s-sitwazzjoni qed tinbidel malajr ħafna u hemm aktar minn 6,2 miljun persuna li għandhom bżonn ta' ikel u ilma, u din tista' tikkawża aktar spostament intern;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi aktar minn 25,000 ruħ fis-Somalja mietu mill-kolera jew dijarea akuta, u l-epidemija tista' tirdoppja sa dan is-sajf, skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO); billi r-rata ta' fatalità għall-marda hija diġà 2.1 % fis-Somalja, id-doppju tal-livell limitu ta' emerġenza;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi r-reġjun huwa affettwat minn sfidi relatati mal-migrazzjoni irregolari, l-ispostament sfurzat, it-traffikar tal-bnedmin, it-terroriżmu u l-kunflitt armat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi s-sitwazzjoni tas-sigurtà fis-Somalja għadha perikoluża u imprevedibbli u baqgħu jsiru attakki minn Al-Shabaab u gruppi armati u terroristiċi oħra; billi fis-6 ta' April 2017, il-President Mohamed Abdullahi 'Farmajo' iddikjara li s-Somalja kienet żona ta' gwerra u offra amnestija lill-membri tal-grupp militanti Iżlamista Al-Shabaab, inkluż taħriġ, impjieg u edukazzjoni, jekk jabbandunaw l-armi tagħhom fi żmien 60 jum;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi l-UE hija impenjata wkoll li tappoġġa l-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) permezz tal-għoti ta' finanzjament biex tkun ipprovduta sigurtà u biex jitnaqqas it-theddid li jirrappreżentaw Al Shabaab u gruppi oħra; billi fit-23 ta' Marzu 2017 il-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana sejħet laqgħa ta' konsultazzjoni ta' livell għoli, fil-preżenza tal-UE u n-NU, dwar il-futur tal-AMISOM u l-appoġġ għall-istituzzjonijiet tas-settur tas-sigurtà u r-riforma fis-Somalja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi fil-11 ta' Mejju 2017 l-UE ħabbret appoġġ ġdid ta' EUR 200 miljun għas-Somalja fil-Konferenza ta' Londra dwar is-Somalja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi l-Kummissjoni Ewropea allokat EUR 286 miljun b'appoġġ għas-Somalja permezz tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (għall-perijodu 2014-2020), li jiffoka fuq it-tisħiħ tal-funzjonijiet tal-istat, it-titjib tas-sigurtà alimentari u r-reżiljenza kif ukoll l-edukazzjoni għaż-żgħażagħ; billi l-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-UE għall-Afrika (EUTF) ġie ffirmat waqt is-Summit ta' Valletta fuq il-migrazzjoni fit-12 ta' Novembru 2015, sabiex jindirizza l-kawżi prinċipali tad-destabilizzazzjoni, l-ispostament sfurzat tal-popolazzjonijiet u l-migrazzjoni irregolari u biex jikkontribwixxi għal ġestjoni tajba tal-migrazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi l-UE ilha żmien twil sħab mas-Somalja fl-għajnuna għall-iżvilupp, l-operazzjonijiet ta' żamma tal-paċi u l-għajnuna umanitarja; billi għall-perjodu 2015-2020, il-kooperazzjoni tal-UE u tal-Istati Membri, inklużi l-iżvilupp, l-għajnuna umanitarja u l-operazzjonijiet ta' żamma tal-paċi, tammonta għal EUR 3.4 biljun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Ifaħħar lill-Kenja u r-reġjun ta' Dadaab għar-rwol enormi li żvolġew fl-ilqugħ ta' għadd kbir ta' rifuġjati tul dawn l-aħħar diċenni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jenfasizza li d-djalogu dwar l-isfidi li jirriżultaw minn deċiżjonijiet reċenti dwar l-għeluq possibbli tal-kamp tar-rifuġjati ta' Dadaab għandu jiġi konkretizzat fi ħdan il-qafas ta' Ftehim Tripartitiku bejn il-Kenja, is-Somalja u l-UNHCR;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jinnota li l-instabbiltà persistenti fir-reġjun kif ukoll in-nixfa li dejjem qed taggrava u r-riskju relatat ta' karestija ma jikkontribwixxux għall-ħolqien ta' kundizzjonijiet li jippermettu r-ritorn sikur u dinjituż fuq skala kbira ta' rifuġjati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jissottolinja għalhekk li l-Unjoni Ewropea għandha tibqa' impenjata li taħdem mal-Gvernijiet tal-Kenja u tas-Somalja, kif ukoll organizzazzjonijiet reġjonali u l-komunità internazzjonali usa' sabiex tgħin biex jinstabu soluzzjonijiet għas-sitwazzjoni mtawwla tar-rifuġjati u biex jiġi żgurat li r-rifuġjati li jibqgħu f'Dadaab jirċievu għajnuna adegwata u opportunitajiet għal soluzzjonijiet aktar dejjiema;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jinsisti li kwalunkwe ritorn organizzat ta' rifuġjati minn Dadaab ikun jikkonforma bis-sħiħ mal-istandards għar-rimpatriju volontarju; jistieden lill-Gvern tal-Kenja biex jiżgura li r-rifuġjati jiġu pprovduti b'informazzjoni preċiża u aġġornata dwar il-kundizzjonijiet fis-Somalja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jappella lill-UE u l-komunità internazzjonali biex jiżguraw li l-programmi ta' rilokazzjoni fir-reġjun jagħtu attenzjoni partikolari lill-gruppi ta' nies vulnerabbli rilokati lejn reġjuni sikuri, u li d-drittijiet tar-rifuġjati jiġu rispettati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jenfasizza l-importanza tal-appoġġ tal-UE għall-AMISOM bħala parti integrali mill-approċċ komprensiv u fit-tul tal-UE biex tappoġġa l-isforzi ta' sigurtà u iżvilupp fis-Somalja; jenfasizza l-ħtieġa għal ġestjoni aħjar tal-fruntieri bejn is-Somalja u l-pajjiżi ġirien tagħha, li huma meqjusa ambjent ideali għan-netwerks tat-traffikanti u l-kuntrabandisti tal-bnedmin, kif ukoll il-kuntrabandisti ta' armi, drogi u merkanzija illeċita oħra, u b'hekk jipprovdu l-finanzjament għal attivitajiet kriminali u terroristiċi; jistenna li l-Missjoni ta' Taħriġ tal-UE għas-Somalja taħdem mill-qrib mal-AMISOM u mal-awtoritajiet Somali biex jikkondividu l-aħjar prattika dwar ġestjoni tal-fruntieri mtejba bl-għan li jinqabdu t-traffikanti u l-kuntrabandisti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jenfasizza l-appoġġ tiegħu għall-għanijiet tal-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-UE għall-Afrika, sabiex jiġu indirizzati l-kawżi prinċipali tal-migrazzjoni irregolari u l-persuni spostati fir-reġjun tal-Afrika tal-Lvant; jissottolinja l-importanza ta' approċċ iċċentrat fuq il-persuni u l-komunità għall-użu tar-riżorsi tal-EUTF għall-finijiet ta' assistenza għar-rimpatriji minn Dadaab u għat-tfassil ta' miżuri għall-iżvilupp u r-reżiljenza fir-reġjun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jistieden lill-UE u lis-sħab internazzjonali biex jissodisfaw l-impenji tagħhom lejn is-Somalja, b'mod partikolari billi jagħmlu sforzi biex jistabbilixxu s-sigurtà tal-ikel bl-għan li tiġi evitata l-karestija imminenti, titrawwem is-sigurtà, jiġu rikonċiljati l-ilmenti muniċpali, tittejjeb il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u tingħata assistenza fit-tlestija ta' reviżjoni kostituzzjonali, sabiex tinkiseb stabbiltà fit-tul; jilqa' l-appoġġ il-ġdid tal-UE ta' EUR 200 miljun imħabbar waqt il-Konferenza ta' Londra dwar is-Somalja; jenfasizza li l-impenn jeħtieġ tmexxija soda u determinazzjoni minn ġewwa s-Somalja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Istati Membri, lill-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Kenja u tas-Somalja, u l-President u l-Assemblea tal-Unjoni Afrikana.</p>
</Section></Motion>