<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0334/2017</Ref><Date>15.5.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-kamp tar-rifuġjati ta' Dadaab</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2687(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96848">Mariya Gabriel</Author>, <Author id="96876">Frank Engel</Author>, <Author id="124903">Bogdan Brunon Wenta</Author>, <Author id="96838">Cristian Dan Preda</Author>, <Author id="2341">Michael Gahler</Author>, <Author id="96272">Pavel Svoboda</Author>, <Author id="2278">Paul Rübig</Author>, <Author id="124895">Krzysztof Hetman</Author>, <Author id="124890">Adam Szejnfeld</Author>, <Author id="28397">Agustín Díaz de Mera García Consuegra</Author>, <Author id="124715">György Hölvényi</Author>, <Author id="96931">Maurice Ponga</Author>, <Author id="185341">Željana Zovko</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE603.759v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0334/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kamp tar-rifuġjati ta' Dadaab </span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2687" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2687">2017/2687(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Nairobi tal-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD) fl-Afrika tal-Lvant tal-25 ta' Marzu 2017 dwar soluzzjonijiet dejjiema għar-rifuġjati Somali u l-integrazzjoni mill-ġdid tal-persuni rimpatrijati lejn is-Somalja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' New York tan-NU għar-Rifuġjati u l-Migranti tad-19 ta' Settembru 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni Tripartitika Ministerjali għar-Rimpatriju Volontarju ta' Rifuġjati Somali li jgħixu fil-Kenja, maħruġa fil-25 ta' Ġunju 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-eżitu tas-summit tal-UE tal-11 u t-12 ta' Novembru 2015 fil-Belt Valletta dwar il-migrazzjoni,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Konferenza Ministerjali tal-Proċess ta' Khartoum (Inizjattiva dwar ir-Rotta tal-Migrazzjoni bejn l-UE u l-Qarn tal-Afrika), li saret f'Ruma fit-28 ta' Novembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Ftehim Tripartitiku dwar rimpatriji volontarji ffirmat fl-10 ta' Novembru 2013 mill-Gvern tas-Somalja u mill-Gvern tal-Kenja u mill-UNHCR,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Qorti Superjuri tal-Kenja tad-9 ta' Frar 2017 kontra l-għeluq tal-kamp tar-rifuġjati ta' Dadaab,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Gvern tal-Kenja li jappella mid-deċiżjoni tal-Qorti Superjuri tad-9 ta' Frar 2017,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-UE għall-Afrika,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-"Global Compact" tan-NU dwar il-kondiviżjoni tar-responsabbiltà għar-rifuġjati,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Programm Indikattiv Nazzjonali tas-Somalja u l-Programm Inikattiv Reġjonali għall-Afrika tal-Lvant tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-iffinanzjar umanitarju tal-UE għal rispons għas-sitwazzjoni tar-rifuġjati fil-Kenja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi r-reġjun tal-Qarn tal-Afrika, bi kważi 250 miljun abitant u popolazzjoni li qed tikber b'rata mgħaġġla, jospita l-ikbar numru ta' persuni spostati internament u rifuġjati fl-Afrika u wieħed mill-akbar fid-dinja; billi r-reġjun iħabbat wiċċu mal-isfidi tal-migrazzjoni irregolari, l-ispostament furzat u intern, it-traffikar tal-bnedmin, il-kuntrabandu ta' persuni, it-terroriżmu u l-kunflitt vjolenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-isfidi għandhom għadd kbir ta' kawżi li jvarjaw skont il-kuntesti lokali, iżda li ta' spiss għandhom l-għeruq tagħhom fin-nuqqas ta' governanza tajba u fin-nuqqas ta' opportunitajiet soċjoekonomiċi, fil-faqar estrem, l-instabbiltà u fit-tibdil fil-klima;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-kumpless tar-rifuġjati ta' Dadaab ġie stabbilit fl-1991 bħala soluzzjoni temporanja għal dawk li qed ifittxu kenn u li jkunu qed jaħarbu minn persekuzzjoni, vjolenza u instabbiltà fir-reġjun tal-Afrika tal-Lvant, u b'mod l-aktar partikolari għal dawk li qed jaħarbu mill-gwerra ċivili fis-Somalja; billi l-kumpless attwalment huwa ffurmat minn ħames kampijiet differenti ta' popli differenti u jkopri medda art ta' 50 kilometru kwadru, fejn il-kampijiet ta' Hagadera, Dagahaley u Ifo huma l-eqdem u l-aktar li huma ffullatti bin-nies;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi minkejja l-fatt li Dadaab kien maħsub biex jospita madwar 90 000 ruħ, skont l-istimi tan-NU il-kamp bħalissa fih popolazzjoni ta' madwar 260 000 ruħ, li 95 % minnhom joriġinaw mis-Somalja u 60 % għandhom inqas minn 18-il sena;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi f'Mejju 2016 il-Kenja xoljiet id-dipartiment tagħha għall-affarijiet tar-rifuġjati, li kien responsabbli għar-reġistrazzjoni, li jfisser li għexieren ta' eluf ta' persuni ma ġewx irreġistrati, sitwazzjoni li tista' fil-fatt iżżid dawn in-numri ulterjorment;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi għal aktar minn żewġ deċennji s-Somalja ġiet milquta minn instabilità severa u min-nuqqas ta' strutturi statali, li l-impatt tagħhom ġie aggravat minn riskji naturali rikorrenti marbuta mat-tibdil fil-klima; billi dawn il-kwistjonijiet sfidaw ir-reżiljenza tal-komunitajiet l-aktar vulnerabbli tas-Somalja u l-kapaċità tagħhom li jkampaw, u saru l-kawżi ewlenin tal-ispostament ġewwa s-Somalja u lejn il-pajjiżi ġirien;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi wara tliet deċennji s-sitwazzjoni tar-rifuġjati Somali hija fost l-aktar imtawla fid-dinja, fejn hemm it-tielet ġenerazzjoni ta' rifuġjati mwielda fl-eżilju; billi kważi miljun Somalu huma spostati fir-reġjun, u 1.1 miljun ruħ oħra huma spostati ġewwa s-Somalja nnifisha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi s-Somalja kienet waħda mill-ħames pajjiżi li pproduċew l-akbar għadd ta' rifuġjati fid-dinja matul dawn l-aħħar 15-il sena, b'1.1 miljun rifuġjat irreġistrati attwalment, li minnhom aktar minn 80 % huma ospitati fir-reġjun tal-Qarn tal-Afrika u l-Jemen; billi l-Kenja bħalissa qed tospita madwar 500 000 rifuġjat, u l-għadd qed ikompli jiżdied minħabba nuqqas ta' sigurtà dejjem akbar fir-reġjun, b'mod partikolari fis-Sudan t'Isfel;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi r-reġjun kollu kemm hu tal-Afrika tal-Lvant qed iġarrab nixfa qawwija, filwaqt li ġiet iddikjara karestija f'partijiet tas-Sudan t'Isfel, u sa miljun persuna jinsabu mhedda; billi nħarġet twissija ta' qabel il-karestija għas-Somalja, li qed tħabbat wiċċha mat-tielet karestija f'25 sena, filwaqt li l-gvern irrapporta li 6.2 miljun ruħ jeħtieġu assistenza tal-ikel ta' emerġenza; billi l-President tal-Kenja, Uhuru Kenyatta, iddikjara li n-nixfa fil-pajjiż hija diżastru nazzjonali fejn 2.7 miljun ruħ qed iħabbtu wiċċhom ma' ġuħ gravi; billi huwa mistenni li s-sitwazzjoni x'aktarx li tiddeterjora fl-Etjopja, fil-Kenja, fis-Somalja u fil-Jemen, li jista' jwassal għal karestija mifruxa ħafna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi fis-6 ta' Mejju 2016, il-Gvern Kenjan ħabbar id-deċiżjoni tiegħu li jagħlaq Dadaab "bl-inqas dewmien possibbli", filwaqt li ta raġunijiet ta' tħassib dwar is-sigurtà u ta' bżonn li tintemm is-sitwazzjoni mtawla tar-rifuġjati fir-reġjun; billi, madankollu, fit-30 ta' Novembru 2016 il-Gvern Kenjan ħabbar li l-għeluq tal-kamp kien se jiġi pospost b'sitt xhur sa Mejju 2017 għal "raġunijiet umanitarji", fuq talba mill-komunità internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi l-komunità internazzjonali, inkluża l-UE, esprimiet li tifhem it-tħassib tal-Gvern tal-Kenja u r-raġunijiet għall-għeluq tal-kamp, iżda enfasizzat ukoll li r-rimpatriji lejn is-Somalja jridu bilfors jitwettqu b'konformità mal-istandards internazzjonali, jiġifieri li jridu jkunu volontarji, infurmati, oġġettivi u newtrali, li jridu jsiru fis-sikurezza, bid-dinjità, u b'mod sostenibbli, u li l-persuni rimpatrijati jridu jkunu konxji ta' x'se jiġri jekk jiddeċiedu li ma jivvolontarjawx;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi, madankollu, fid-9 ta' Frar 2017, il-Qorti Superjuri Kenjana ddeċidiet, b'rispons għal petizzjoni minn żewġ organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kenja – il-Kummissjoni Nazzjonali tal-Kenja għad-Drittijiet tal-Bniedem u Kituo Cha Sheria – li l-ordnijiet tal-Gvern tal-Kenja li jingħalaq il-kamp tar-rifuġjati ta' Dadaab kienu diskriminatorji u jammontaw għal kastig kollettiv, kif ukoll li kienu eċċessivi, arbitrarji u sproporzjonati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi d-diskussjoni dwar l-għeluq ta' Dadaab dawritilna ħarsitna fuq il-pass kajman tal-implimentazzjoni tal-Ftehim Tripartitiku li ġie ffirmat mill-UNHCR u l-Gvern tal-Kenja u l-Gvern tas-Somalja fl-2013 u li kellu l-għan li jitwettqu r-rimpatriji volontarji ta' persuni Somali lejn żoni stabbli tas-Somalja, kwistjoni li ġiet ikkritikata apertament mill-Gvern Kenjan u minn partijiet ikkonċernati oħra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi minn meta l-UNHCR bdiet tappoġġja r-rimpatriji volontarji tar-rifuġjati Somali fl-2014, ġew rimpatrijati madwar 55 652  ruħ, iżda l-għan li r-rata ta' rimpatriji sostenibbli tiżdied se jiddependi mis-sitwazzjoni fis-Somalja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi lejn l-aħħar ta' Awwissu 2016, l-awtoritajiet Somali f'Jubaland issospendew ir-rimpatriji lejn il-kapitali reġjonali, Kismaayo, wara li ħabbtu wiċċhom ma' influss ta' rifuġjati; billi, skont l-UNHCR, kważi 70 % tal-persuni rimpatrijati huma tfal;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.  billi l-għeluq ta' Dadaab se jkollu riperkussjonijiet f'pajjiżi ġirien oħra, bħal pereżempju l-Etjopja, li bħalissa qed tospita madwar 245 000 rifuġjat mis-Somalja, u jista' jagħti lok għal influss ġdid; billi din is-sitwazzjoni turi n-natura interkonnessa tal-kwistjonijiet relatati mar-rifuġjati, il-ġestjoni tal-fruntieri u l-istabilità, u tenfasizza l-ħtieġa ta' kooperazzjoni reġjonali msaħħa biex dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Q.  billi l-komunità ospitanti tar-reġjun usa' ta' Dadaab urew umanità, ġenerożità u tolleranza kbar fir-rigward tal-preżenza tal-kamp, iżda qed jiffaċċjaw sfidi ekonomiċi, ta' żvilupp u ambjentali kbar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">R.  billi l-UE allokat EUR 286 miljun permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għall-perjodu 2014-2020, filwaqt li ffukat fuq l-implimentazzjoni tal-"Compact" u fuq il-bini tal-istat u tal-paċi, is-sigurtà tal-ikel, ir-reżiljenza u l-edukazzjoni b'mod partikolari; billi l-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-UE għall-Afrika (EUTF) ġie ffirmat waqt is-Summit ta' Valletta fit-12 ta' Novembru 2015, u ġie mfassal biex jindirizza l-kawżi bażiċi tad-destabbilizzazzjoni, l-ispostament furzat u l-migrazzjoni irregolari billi jippromwovi l-governanza tajba, ir-reżiljenza, l-opportunitajiet ekonomiċi, is-sigurtà u l-iżvilupp;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">S.  billi l-UE hija impenjata wkoll li tappoġġa l-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) permezz tal-Fond għall-Paċi fl-Afrika, permezz tal-għoti ta' finanzjament sinifikanti biex tkun ipprovduta sigurtà u biex jitnaqqas it-theddid maħluq minn al-Shabaab u minn gruppi ta' oppożizzjoni armati oħra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">T.  billi wara l-Ordni Eżekuttiva tal-President Trump tal-Istati Uniti tas-27 ta' Jannar 2017, madwar 3 000 rifuġjat, li kellhom jiġu risistemati fl-Istati Uniti mill-Kenja fl-2017, li fil-parti l-kbira tagħhom kienu ġejjin minn Dadaab, u wara li l-biċċa l-kbira tagħhom kienu diġà ġew skrinjati b'mod rigoruż minn uffiċjali tal-Istati Uniti u tan-NU u wara li kienu stennew sa 10 snin għall-approvazzjoni tar-risistemazzjoni tagħhom, qed jiffaċċaw futuri inċerti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">U.  billi l-pjan ta' azzjoni globali ta' Nairobi adottat waqt is-summit tal-IGAD tal-25 ta' Marzu 2017 enfasizza n-nixfa u l-konflitt armat b'mod partikolari bħala r-raġunijiet għall-ispostament tan-nies fir-reġjun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jirrikonoxxi l-isforzi li ta' min ifaħħarhom mwettqa mill-Kenja u mir-reġjun lokali ta' Dadaab billi ospitaw għadd mingħajr preċedent ta' rifuġjati għal perjodu daqshekk twil; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jenfasizza madankollu li s-sitwazzjoni attwali fir-reġjun saret waħda insostenibbli u teħtieġ rispons effiċjenti u kkoordinat min-naħa tal-gvernijiet tal-pajjiżi ġirien, l-organizzazzjonijiet governattivi reġjonali, bħalma hi l-Unjoni Afrikana, u l-komunità internazzjonali b'mod ġenerali, inkluża l-UE, sabiex jiġi żgurat li jiġi stabbilit programm ta' rimpatriju sostenibbli u sikur, flimkien ma' sforzi biex tiżdied is-sigurtà u jiġi stabbilit żvilupp soċjoekonomiku fit-tul fir-reġjun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jirrimarka li sakemm għad hemm l-instabilità fir-reġjun usa', ir-refuġjati mhux se jkunu għadhom jistgħu jmorru lura f'darhom; jitlob lill-UE, għalhekk, iżżid l-isforzi tagħha biex tinvolvi ruħha u taqdi rwol ta' medjazzjoni fir-reġjun sabiex tinstab soluzzjoni għall-problemi sottostanti ekonomiċi, politiċi, ambjentali u tas-sigurtà, li huma l-kawżi prinċipali tal-faqar estrem, l-attività kriminali, ir-radikalizzazzjoni u t-terroriżmu u li fl-aħħar mill-aħħar qed jikkawżaw is-sitwazzjoni tar-rifuġjati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jinsisti li rispons reġjonali huwa essenzjali biex tingħata protezzjoni kontinwata lil 260 000 rifuġjat Somalu; ifakkar li l-integrazzjoni mill-ġdid sostenibbli tal-persuni rimpatrijati tirrikjedi approċċ olistiku u msejjes fuq il-komunità sabiex tittejjeb il-kapaċità ta' assorbiment u jingħata aċċess aħjar għas-servizzi għall-persuni rimpatrijati, il-persuni spostati internament u l-komunitajiet lokali fis-Somalja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni tal-pjan ta' azzjoni globali u reġjonali ta' Nairobi, li jiddisponi għall-għeluq progressiv tal-kampijiet biex ir-rifuġjati jingħataw il-possibilità li jaċċessaw l-impjieg u s-servizzi fil-pajjiż ospitanti tagħhom u li jkunu jistgħu jiċċaqilqu liberament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Ifakkar li r-rimpatriju volontarju mhuwiex l-unika għażla; jitlob li ssir kondiviżjoni akbar tar-responsabilitajiet f'dak li jirrigwarda r-rifuġjati li jkunu qed jirritornaw u fir-rigward tal-istabbiliment ta' metodi addizzjonali biex ir-rifuġjati jkollhom aċċess għal pajjiżi terzi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-għanijiet tal-EUTF għall-Afrika fl-indirizzar tal-kawżi prinċipali tal-migrazzjoni irregolari u tal-fenomenu tal-persuni spostati fl-Afrika tal-Lvant; jitlob bi dritt li l-Istati Membri jonoraw l-impenji tagħhom lejn il-Fond; jitlob lill-Kummissjoni, madankollu, iżżid l-isforzi ta' konsultazzjoni mal-atturi fir-reġjun, inklużi l-popolazzjonijiet lokali, il-gvernijiet reġjonali u l-NGOs, bl-għan li l-attenzjoni tiġi ffukata fuq il-problemi u l-ħtiġijiet identifikati lokalment biex jiġi ffaċilitat ir-rimpatriju tar-rifuġjati lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom; jenfasizza l-fatt li Dadaab ħoloq madwar 10 000 impjieg, li huma prinċipalment marbuta ma' attivitajiet umanitarji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jenfasizza l-importanza ta' approċċ iċċentrat fuq il-persuni u l-komunità biex ir-riżorsi tal-EUTF jintużaw għall-finijiet ta' assistenza fir-rimpatriji minn Dadaab u biex jiġu stabbiliti miżuri għall-iżvilupp u r-reżiljenza fir-reġjun; jemmen li l-EUTF jenħtieġ li jiffoka mhux biss fuq l-iżvilupp ekonomiku, uman u soċjali, iżda wkoll fuq proġetti maħluqa mill-komunitajiet lokali speċifikament immirati lejn it-titjib tal-kwalità u l-aċċessibilità ta' servizzi bażiċi u ta' taħriġ bażiku għall-iżvilupp ta' kompetenzi lokali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jirrimarka li n-nisa u t-tfal jirrappreżentaw iktar minn 60 % tal-popolazzjoni totali tal-kamp tar-rifuġjati huma meqjusa bħala l-gruppi l-aktar vulnerabbli u emarġinati fi ħdan il-kamp; jistieden lill-Gvern Kenjan, lill-istituzzjonijiet reġjonali, lill-organizzazzjonijiet ta' għajnuna internazzjonali u lill-komunità internazzjonali, inkluża l-UE, biex jadottaw approċċ speċifiku għall-miżuri ta' għajnuna li jindirizza l-fatturi li jinfluwenzaw il-vulnerabilità tan-nisa u tat-tfal fil-kamp, bħalma huma l-persekuzzjoni bbażata fuq is-sess u l-ġeneru, il-vjolenza kontra n-nisa, l-abbuż u l-isfruttament sesswali, il-faqar estrem u l-esklużjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jilqa' l-organizzazzjoni li rnexxiet tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2017; jenfasizza, madankollu, li l-kundizzjonijiet tas-sigurtà u dawk soċjoekonomiċi f'ħafna partijiet tas-Somalja għadhom ma jħajrux ir-rimpatriji fuq skala kbira, u għalhekk jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jaħdmu flimkien mal-awtoritajiet Somali fuq ir-restaw l-istabilità fil-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jistieden lill-UE u lis-sħab internazzjonali jżidu l-isforzi tagħhom biex jiżguraw is-sigurtà tal-ikel fis-Somalja u jevitaw il-karestija imminenti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jappella lill-UE biex tiżgura li l-programmi ta' rilokazzjoni fir-reġjun jieħdu ħsieb b'mod partikolari li l-gruppi vulnerabbli ta' nies jiġu rilokati lejn reġjuni sikuri b'mod responsabbli, bl-għan li jiġi evitat il-periklu li jaqgħu vittmi ta' elementi radikali u terroristiċi bħalma huma al-Shabaab;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' ġestjoni aħjar tal-fruntieri ta' bejn is-Somalja u l-pajjiżi ġirien tagħha, li huma meqjusa bħala ambjent ideali fejn iwettqu l-azzjoni tagħhom in-netwerks involuti fit-traffikar u l-kuntrabandu tal-bnedmin, l-armi, id-drogi u merkanzija illeċita oħra, li b'hekk ikun qed jingħata finanzjament għal attivitajiet kriminali u terroristiċi; jistenna li l-Missjoni ta' Taħriġ tal-UE fis-Somalja taħdem mill-qrib mal-AMISOM u mal-awtoritajiet Somali biex jikkondividu l-aħjar prattika dwar ġestjoni tal-fruntieri mtejba bl-għan li jinqabdu t-traffikanti u l-kuntrabandisti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jistieden lill-Unjoni Afrikana u lill-organizzazzjonijiet sottoreġjonali Afrikani biex iqisu serjament id-dimensjoni reġjonali u jipprevjenu kwalunkwe destabbilizzazzjoni ulterjuri tar-reġjun, b'mod partikolari billi jżommu għaddej djalogu politiku permanenti bejn il-pajjiżi tar-reġjun; jitlob biex l-Unjoni Ewropea tikkollabora fl-ogħla livell mas-sħab Afrikani reġjonali tagħha f'dan is-sens;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Ifakkar li s-sigurtà u l-istabbilizzazzjoni għadhom sfidi ewlenin fir-reġjun u jinsisti fuq il-ħtieġa li l-Unjoni Afrikana timmonitorja mill-qrib s-sitwazzjoni mill-qrib u żżomm għaddej djalogu politiku permanenti mal-awtoritajiet tal-Gvern tal-Kenja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Jinsab imħasseb dwar l-impatt li għandha fuq is-sitwazzjoni fir-reġjun id-deċiżjoni meħuda mill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti li tnaqqas il-kontribuzzjoni tagħha lill-aġenziji tan-NU b'USD 640 miljun; jinsisti li l-kontribuzzjonijiet volontarji tal-UE lill-fondi u lill-aġenziji tan-NU, li jammontaw għal nofs il-baġit totali tagħhom, huma kruċjali għaż-żamma tal-paċi u s-sigurtà dinjija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Jenfasizza li insuffiċjenza fil-baġit ta' aġenziji tan-NU bħalma hija l-UNHCR, li jipprovdu protezzjoni, kenn u assistenza umanitarja taħt ċirkostanzi diffiċli u kumplessi, tkun tikkontribwixxi biss biex jiżdiedu l-isfidi tas-sigurtà kkawżati mill-iffullar żejjed kroniku, ir-riskju ta' mard, l-għargħar staġjonali, u r-riskju tal-karestija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.  Jenfasizza l-fatt li l-UE, permezz tal-politika tal-azzjoni esterna tagħha u l-istrateġija tagħha tas-sigurtà, hija impenjata favur l-għajnuna umanitarja, l-iżvilupp ekonomiku, istituzzjonijiet statali b'saħħithom, il-kura tas-saħħa tajba, l-edukazzjoni u d-demokrazija fir-reġjun; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin.</p>
</Section></Motion>