<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0336/2017</Ref><Date>15.5.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-kamp tar-rifuġjati ta' Dadaab</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2687(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96858">Marie-Christine Vergiat</Author>, <Author id="125048">Marina Albiol Guzmán</Author>, <Author id="96735">Patrick Le Hyaric</Author>, <Author id="30482">Younous Omarjee</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="131507">Miguel Urbán Crespo</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author>, <Author id="135490">Xabier Benito Ziluaga</Author>, <Author id="131749">Estefanía Torres Martínez</Author>, <Author id="125047">Paloma López Bermejo</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="96854">Sabine Lösing</Author>, <Author id="124810">Barbara Spinelli</Author>, <Author id="125049">Maria Lidia Senra Rodríguez</Author>, <Author id="125997">Javier Couso Permuy</Author>, <Author id="28586">Dimitrios Papadimoulis</Author>, <Author id="130833">Stelios Kouloglou</Author>, <Author id="124689">Neoklis Sylikiotis</Author>, <Author id="96907">Takis Hadjigeorgiou</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE603.761v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0336/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kamp tar-rifuġjati ta' Dadaab</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2687" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2687">2017/2687(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ta' Ġunju 1981,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, li l-Kenja hija firmatarja tagħha,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Nairobi tal-Awtorità Intergovernattiva straordinarja għall-Iżvilupp fl-Afrika tal-Lvant (IGAD) tal-25 ta' Marzu 2017 dwar soluzzjonijiet dewwiema għal rifuġjati Somali u l-integrazzjoni mill-ġdid tal-persuni rimpatrijati lejn is-Somalja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' New York tan-NU għar-Rifuġjati u l-Migranti tad-19 ta' Settembru 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni Tripartitika Ministerjali għar-Rimpatriju Volontarju ta' Rifuġjati Somali li jgħixu fil-Kenja, maħruġa fil-25 ta' Ġunju 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-eżitu tas-summit fil-Belt Valletta tal-15 ta' Novembru 2015 dwar il-migrazzjoni,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Konferenza Ministerjali tal-proċess ta' Khartoum tat-28 ta' Novembru 2014,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Ftehim Tripartitiku għar-Rimpatriju Volontarju ta’ Rifuġjati, iffirmat f’Novembru 2013 bejn il-Gvernijiet tas-Somalja u tal-Kenja u l-Kummissarju&#8209;Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza tal-Unjoni Ewropea għall-Afrika,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Patt Dinji tan-NU dwar il-kondiviżjoni tar-responsabbiltà għar-rifuġjati,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-iffinanzjar umanitarju tal-Unjoni Ewropea għar-rispons tar-rifuġjati fil-Kenja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kenja, b'mod partikolari dik tat-30 ta’ April 2015,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi, minkejja riżorsi naturali vasti, il-Qarn tal-Afrika huwa wieħed mill-ifqar reġjuni tad-dinja; billi s-sigurtà tal-ikel hija prekarja ħafna u miljuni ta’ persuni li jgħixu f’dik iż-żona jsofru l-ġuħ u jinsabu f’riskju ta’ karestija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-pajjiżi fir-reġjun bħalissa qed jiffaċċjaw l-agħar nixfa tal-aħħar sittin sena, li aggravat is-sitwazzjoni ta’ kriżi alimentari fl-Etjopja, fil-Kenja, fis-Somalja u fil-Jemen, u li tista’ twassal għal karestija ġenerali; billi l-Kenja tbati minn nixfa rikorrenti, l-aktar fiż-żoni aridi u semi-aridi fil-parti tat-Tramuntana tal-pajjiż fejn jgħixu 5,5 miljun ruħ, prinċipalment bdiewa żgħar li jinsabu f’sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli u li jinsabu f’faqar kroniku; billi t-tibdil fil-klima qed ikollu impatt devastanti fuq il-pastoraliżmu, li huwa stil ta’ ħajja nomadika ta’ għadd kbir ta’ nies fir-reġjun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-Kenja hija l-ikbar ekonomija fil-Lvant tal-Afrika iżda minkejja r-riżorsi kbar tagħha, hija meqjusa fost l-agħar pajjiżi fl-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem; billi l-maġġoranza tal-popolazzjoni Kenjana tgħix taħt il-livell tal-faqar; billi l-ekonomija Kenjana qed tħabbat wiċċha ma’ problemi endemiċi minħabba l-monopolizzazzjoni tar-riżorsi minn minoranza; billi l-azjendi agrikoli żgħar jirrappreżentaw 94.8 % tal-farms kollha Kenjani, iżda għandhom aċċess biss għal 11.7 % tal-art agrikola fil-pajjiż; billi fl-Afrika kien hemm mewġa reċenti ta’ ħtif tal-art li qegħdet miljuni ta’ ettari ta’ art agrikola għammiela f’idejn l-intrapriżi l-kbar, u bhekk għexieren ta’ eluf ta’ komunitajiet tal-biedja ċċaħħdu mill-għajxien ta’ kuljum tagħhom; billi l-esportazzjonijiet agrikoli ewlenin tal-Kenja lejn l-UE huma t-te, il-kafè, il-ward u r-radanċi, il-fażola, il-piżelli, l-avokado, l-arblu tan-Nil u t-tonn; billi fil-Kenja 500 000 ettaru jintużaw għall-produzzjoni tal-bijokarburanti minn intrapriżi mill-Kanada, il-Ġappun u l-Belġju, b’impatt kbir fuq l-ambjent u l-komunitajiet lokali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi, wara l-intervent tal-Istati Uniti tal-1992 – tal-operazzjoni “Restore Hope” –, is-Somalja hija żona ta’ gwerra; billi l-kunflitt bejn is-Somalja, l-Etjopja u l-Kenja jirrifletti fil-biċċa l-kbira t-tfassil kolonjali tal-fruntieri, billi l-popolazzjoni Somala ġiet imqassma prinċipalment bejn dawn it-tliet pajjiżi, sitwazzjoni li wasslet għal kunflitti varji, inkluż il-massakru ta’ bosta eluf ta’ Kenjani ta’ oriġini Somala mill-armata Kenjana fis-snin 1980;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-Pjan ta’ Azzjoni Globali ta’ Najrobi adottat fis-Summit tal-IGAD (L-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp) fis-26 ta’ Marzu 2017 ssottolinja li n-nixfa u l-konflitt armat kienu ż-żewġ raġunijiet wara l-persuni spostati fir-reġjun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-bosta partijiet tal-gwerra ċivili, in-nuqqas ta’ governanza fis-Somalja, it-telf tal-għajxien tagħhom minn sajjieda Somali, l-atti ta’ piraterija ‘l barra mill-kosta tas-Somalja, it-tensjonijiet bejn is-Sudan u s-Sudan t’Isfel, bejn l-Etjopja, l-Eritrea u s-Somalja u bejn l-Eritrea u l-Ġibuti, il-parteċipazzjoni tal-Kenja u ta’ pajjiżi oħra tal-viċinat fil-forza tal-Unjoni Afrikana skjerata fis-Somalja, l-indħil u l-intervent minn partijiet esterni, u l-interessi ekonomiċi u ġeostrateġiċi tal-UE u ta’ partijiet oħra tal-Punent kollha jikkontribwixxu biex il-Qarn tal-Afrika jkun wieħed mir-reġjuni l-aktar milquta minn kunflitti madwar id-dinja; billi ħafna entitajiet kisru l-embargo tan-Nazzjonijiet Uniti fuq l-armi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi r-reġjun tal-Qarn tal-Afrika, bi kważi 250 miljun abitant, popolazzjoni li qed tikber b'rata mgħaġġla, jospita l-ikbar numru ta’ persuni spostati internament u ta’ rifuġjati fl-Afrika u wieħed mill-akbar ċifri fid-dinja; billi fil-31 ta’ Marzu 2017, in-numru ta’ rifuġjati u persuni li jitolbu l-asil irreġistrat mill-UNHCR fil-Kenja kien ta’ 486 037;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-kumpless tar-rifuġjati ta' Dadaab ġie stabbilit fl-1991 għal madwar 90 000 persuna bħala soluzzjoni temporanja għal dawk li qed ifittxu kenn u li jkunu qed jaħarbu minn persekuzzjoni, vjolenza u instabilità fir-reġjun tal-Afrika tal-Lvant, u b'mod partikolari mill-gwerra ċivili fis-Somalja; billi fl-2011, iż-żieda fil-kunflitti u l-karestiji lokalizzati ġiegħlu lil miljuni ta’ nies jitilqu mis-Somalja, u dan wassal għal mases ta’ rifuġjati f’Dadaab, fejn aktar minn 308 000 Somali rreġistrati bħalissa qed jgħixu f’kamp tar-rifuġjati; billi Dadaab, skont l-istimi tan-NU, għandu popolazzjoni attwali ta’ madwar 260 000 persuna, li 95 % minnhom ġejjin mis-Somalja u 60 % għandhom inqas minn 18-il sena; billi l-kumpless attwalment fih ħames żoni differenti ta' popli differenti, u jkopri medda art ta' 50 kilometru kwadru, filwaqt li l-kampijiet ta' Hagadera, Dagahaley u Ifo huma l-eqdem u l-aktar popolati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi s-sitwazzjoni tar-rifuġjati Somali ilha sseħħ għal tletin sena, bit-tielet ġenerazzjoni ta' rifuġjati mwielda fl-eżilju; billi kważi miljun Somalu huma spostati fir-reġjun, u aktar minn 1.1 miljun ruħ oħra ġew spostati ġewwa s-Somalja nnifisha; billi s-Somalja ilha wieħed mill-ħames pajjiżi minn fejn ġejjin l-aktar rifuġjati għal dawn l-aħħar ħmistax-il sena, billi 1,1 miljun rifuġjat bħalissa huma identifikati, li aktar minn 80 % minnhom huma ospitati fi ħdan il-Qarn tal-Afrika u r-reġjun tal-Jemen;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi wara l-attakk terroristiku fuq l-Università ta’ Garissa f’April 2015, il-Viċi President tal-pajjiż, William Ruto, ta ultimatum lin-Nazzjonijiet Uniti, fejn għamel pressjoni fuq il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem biex jagħlaq il-kamp tar-rifuġjati ta’ Dadaab fi żmien tliet xhur jew inkella l-Kenja tagħlqu hija nnifisha; li l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem wissa li l-għeluq tal-kamp ikollu “konsegwenzi umanitarji u prattiċi estremi”; billi l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Rifuġjati tipprojbixxi li r-rifuġjati jintbagħtu lura lejn żoni fejn ħajjithom jew il-libertà tagħhom tkun mhedda; billi l-bini ta’ ħajt ta’ separazzjoni bejn is-Somalja u l-Kenja ġie ssuġġerit ukoll;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi f'Mejju 2016 il-Kenja xoljiet id-dipartiment tagħha għall-affarijiet tar-rifuġjati, li kien responsabbli għar-reġistrazzjoni, li jfisser li għexieren ta' eluf ta' eluf ta' persuni ma ġewx irreġistrati, li jista' fil-fatt iżid dawn in-numri ulterjorment; billi fis-6 ta' Mejju 2016, il-Gvern Kenjan ħabbar id-deċiżjoni tiegħu li jagħlaq Dadaab <span font-style="italic">"bl-inqas dewmien possibbli"</span>, filwaqt li semma’ raġunijiet ta’ tħassib dwar is-sigurtà u l-bżonn li tintemm is-sitwazzjoni mtawla tar-rifuġjati fir-reġjun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi l-awtoritajiet Kenjani, bl-appoġġ ta’ persuni responsabbli mill-Kummissarjat Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, aċċelleraw imbagħad it-twettiq ta’ programm ta’ rimpatriju “volontarju” tal-2013; billi għadd ta’ NGOs u atturi internazzjonali kkundannaw il-fatt li l-programm ta’ rimpatriju stabbilit mill-Kenja għal rifuġjati Somali, f’kuntest ta’ biża’ u diżinformazzjoni, ma kienx konformi mal-istandards internazzjonali dwar ir-rimpatriju volontarju ta’ rifuġjati; billi f’Awwissu 2016, l-awtoritajiet Somali tal-Jubaland kellhom iħabbtu wiċċhom ma’ influss ta’ rimpatriji fil-kapitali reġjonali ta’ Kismaavo; billi, skont l-UNHCR, madwar 70 % tal-persuni rimpatrijati kienu tfal;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi fit-30 ta' Novembru 2016 il-Gvern Kenjan ħabbar li l-għeluq tal-kamp kien se jiġi pospost b'sitt xhur sa Mejju 2017, għal <span font-style="italic">"raġunijiet umanitarji"</span>, fuq talba mill-komunità internazzjonali; billi, fid-9 ta' Frar 2017, il-Qorti Superjuri ta’ Najrobi ddeċidiet, b'rispons għal petizzjoni minn żewġ organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kenja – il-Kummissjoni Nazzjonali tal-Kenja għad-Drittijiet tal-Bniedem u Kituo Cha Sheria – li l-ordnijiet tal-Gvern tal-Kenja li jagħlaq il-kamp tar-rifuġjati ta' Dadaab kienu diskriminatorji u jammontaw għal kastig kollettiv, arbitrarju u sproporzjonat;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi l-għeluq ta’ Dadaab ikollu riperkussjonijiet fuq il-ġirien kollha tiegħu, fl-ewwel lok l-Etjopja, li bħalissa qed jospita madwar 245 000 rifuġjat mis-Somalja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi l-iskarsezza tar-riżorsi li dejjem qed tikber u t-tnaqqis tad-donaturi internazzjonali għandhom impatt dirett fuq is-sitwazzjoni tar-rifuġjati f’Dadaab, b’mod partikolari t-tnaqqis tar-rations alimentari, in-nuqqas ta’ aċċess għal servizzi u kura medika jew għat-taħriġ u l-edukazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.  billi f’Marzu 2017, l-UNHCR stmat li kellha bżonn USD 215 200 000 biex “iġġestixxi” sewwa l-486 037 persuna spostati fil-Kenja; billi 15 % biss tal-fondi meħtieġa ġew miġbura s’issa; billi l-UNHCR tipprevedi l-wasla ta’ 27 598 persuna ġdida fid-dawl tas-sitwazzjoni ġeopolitika tar-reġjun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Q.  billi l-edukazzjoni, il-litteriżmu, id-drittijiet tan-nisa, il-ġustizzja soċjali u t-tqassim ġust tal-introjtu statali fis-soċjetà, it-tnaqqis fl-inugwaljanza, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni huma essenzjali għall-ġlieda kontra l-fundamentaliżmu, il-vjolenza u l-intolleranza;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">R.  billi, bejn l-2014 u l-2020, l-UE se tipprovdi EUR 435 miljun lill-Kenja; billi l-UE hija l-attur li għandu jipprovdi l-appoġġ finanzjarju lill-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (Amison) permezz tal-Fond ta’ għajnuna lill-Afrika; billi l-UE qed twettaq diversi operazzjonijiet ċivili-militari fir-reġjun bħal tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP Nestor), fil-qasam tal-PSDK (mill-2012), l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (EU NAVFOR (mill-2008) jew għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) (mill-2010); billi l-Istati Uniti għandhom il-bażi navali militari ta’ Manda Bay fil-Kenja; billi jitqiesu l-azzjonijiet destabbilizzanti tan-NATO u tal-Istati Uniti fir-reġjun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Huwa estremament preokkupat dwar is-sitwazzjoni tar-rifuġjati fil-Qarn tal-Afrika u b’mod partikolari fil-Kenja u fil-kamp ta’ Dadaab; jilqa’ b’sodisfazzjon is-sentenza tal-Qorti Superjuri ta’ Nairobi li tiddikjara li “<span font-style="italic">d-deċiżjoni tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kenja li jagħlaq il-kamp tar-rifuġjati ta’ Dadaab [...] hija nulla u bla effett</span>”; jistieden lill-awtoritajiet tal-pajjiż jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jirrimarka li sakemm għad hemm l-instabilità fir-reġjun usa’, ir-rifuġjati mhux se jkunu għadhom jistgħu jmorru lura f'darhom; jenfasizza bl-istess mod li risposta reġjonali hija meħtieġa biex tiżgura l-protezzjoni kontinwa tar-rifuġjati ta’ Dadaab u b’mod aktar wiesa’ r-rifuġjati kollha preżenti fil-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Huwa estremament preokkupat dwar l-istrateġija ta’ “rimpatriji volontarji” sa mill-2013; jitlob li jsir dawl fuq il-possibilità ta’ “<span font-style="italic">manuvri ta’ ibbulljar, biża’ u diżinformazzjoni</span>” implimentati, inkluż dwar ir-rwol tal-UNHCR fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-politiki;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jieħu nota tal-adozzjoni tal-pjan ta' azzjoni globali u reġjonali ta' Najrobi, li jiddisponi għall-għeluq progressiv tal-kampijiet biex “<span font-style="italic">ir-rifuġjati jingħataw il-possibilità li jaċċessaw l-impjieg u s-servizzi fil-pajjiż ospitanti tagħhom u li jkunu jistgħu jiċċaqilqu liberament</span>”; jenfasizza li huwa importanti li dan l-għeluq jiġi ggwidat minn rispett totali tad-drittijiet tal-bniedem u ma jiddeterjorax aktar il-kundizzjonijiet ta’ għajxien tal-persuni kkonċernati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jenfasizza li l-faqar dejjem akbar taċ-ċittadini, id-deterjorament tal-prospetti ekonomiċi, iż-żieda fl-inugwaljanza u l-opportunitajiet edukattivi limitati wasslu għaż-żieda fl-ammont ta’ nies qiegħda, li min-naħa tagħha ħolqot kuntest soċjoekonomiku favorevoli għall-iżvilupp tat-terroriżmu; jinnota wkoll bi tħassib li f’ħafna reġjuni, l-Istati tas-Somalja u tal-Kenja ma joffru l-ebda servizz pubbliku kruċjali għan-nies bħall-provvista tal-ilma, it-trattament tal-ilma użat, is-servizzi ta’ kura tas-saħħa jew l-edukazzjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Kenjani u Somali biex, f’dawn iċ-ċirkustanzi, jindirizzaw is-sitwazzjoni soċjoekonomika u jipprevjenu d-deterjorament tal-livell ta’ għajxien sabiex tiġi żgurata l-ġustizzja soċjali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jitlob li l-Unjoni biex tirrilaxxa l-għajnuna umanitarja ta’ emerġenza meħtieġa sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tar-rifuġjati, minn naħa, u s-sitwazzjoni ta’ karestija fir-reġjun, min-naħa l-oħra; jistieden lill-Unjoni żżid il-proporzjon ta' għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp uffiċjali (ODA) allokata għall-agrikoltura, kif ukoll l-ODA għall-investimenti f'farms sostenibbli żgħar u fil-pastoraliżmu, biex b'hekk jiġi garantit li l-bdiewa żgħar ikollhom aċċess għall-art, u b'hekk jissaħħaħ is-suq lokali, biex tiġi żgurata s-sovranità alimentari fil-Qarn tal-Afrika, kif ukoll bħala għajnuna għar-riġenerazzjoni tal-ibħra 'l barra mill-Qarn tal-Afrika sabiex jiġi ggarantit il-mezz ta' sussistenza għas-sajjieda u l-familji tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jitlob li l-għajnuna għall-iżvilupp ma tkunx strumentalizzata sabiex tillimita jew tikkontrolla l-fruntieri jew biex tiżgura r-riammissjoni tal-migranti; jitlob li l-għajnuna mogħtija mill-Unjoni u mill-Istati Membri fill-Qarn tal-Afrika sservi, bħala prijorità, biex tindirizza l-problemi marbuta mal-inugwaljanzi profondi, mal-faqar, mal-malnutrizzjoni kronika, mal-aċċess għas-saħħa u għas-servizzi pubbliċi, partikolarment għas-saħħa sesswali u riproduttiva, kif ukoll mal-ilħuq tal-objettivi tal-iżvilupp sostenibbli; jitlob bl-istess mod li l-għajnuna għall-ikel tiżdied u tkun iddestinata, bħala prijorità, għax-xiri tal-ikel lill-bdiewa lokali; joġġezzjona bil-qawwa għall-użu tal-FEŻ għat-taħriġ ta’ forzi tal-infurzar tal-liġi jew militari;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jopponi kull tentattiv ta' esternalizzazzjoni tal-politiki migratorji tal-Unjoni lejn pajjiżi terzi; jiddenunzja l-fatt li l-proċess ta’ Khartoum, li l-Kenja u s-Somalja huma partijiet firmatarji tiegħu, ma jippermetti bl-ebda mod li jiġu ttrattati l-kawżi profondi tal-migrazzjonijiet; iqis li dawn il-politiki jmorru kontra d-dritt għall-moviment ħieles, id-dritt għall-asil u, b'mod iktar wiesa', kontra d-drittijiet tal-migranti kif definiti fil-konvenzjonijiet internazzjonali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jitlob li l-għajnuna tal-UE u tal-Istati Membri tagħha ssir fil-forma ta' għotjiet u mhux ta' self sabiex ma jkomplux itaqqlu l-piż tad-dejn; jiddeplora li ħafna Stati Membri tal-Unjoni ma laħqux il-mira ta' 0,7 % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) tagħhom u li xi uħud minnhom baxxew il-persentaġġ tagħhom ta' għajnuna għall-iżvilupp; jiddeplora t-tnaqqis fil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-programmi ta' għajnuna għall-ikel; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Huwa kritiku ħafna dwar ir-rwol li kellhom id-diversi interventi tal-Punent f’dawn l-aħħar snin, li ffavorixxew ir-radikalizzazzjoni ta’ xi abitanti tal-Qarn tal-Afrika; jenfasizza li l-politiki ta’ dan it-tip jippromwovu t-terroriżmu, minflok ma jiġġielduh; huwa mħasseb dwar l-enfasi fuq “soluzzjonijiet” militari fil-politiki Ewropej tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, li twassal għal għadd kbir ta’ programmi ta’ assistenza militari lill-pajjiżi tal-Qarn tal-Afrika; jiddikjara li ma jista' jkun hemm l-ebda soluzzjoni militari għall-kunflitti f’dan ir-reġjun;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jistieden lill-UE u lill-komunità internazzjonali jaħdmu mal-pajjiżi Afrikani u mal-atturi reġjonali u internazzjonali biex isolvu l-kunflitti strettament permezz ta’ mezzi paċifiċi, inkluż permezz tal-indirizzar tal-kawżi oriġinali tagħhom; jistieden lill-UE tistabbilixxi qafas ġdid ta' relazzjonijiet mal-Kenja u mal-pajjiżi Afrikani kollha bbażat fuq in-nuqqas ta' intervent fl-affarijiet interni tagħhom u r-rispett għas-sovranità tagħhom, u maħsub biex jappoġġa l-iżvilupp tar-reġjuni tal-viċinat u biex jippromwovi l-impjieg u l-edukazzjoni, pjuttost milli bbażat fuq "ftehimiet ta' assoċjazzjoni" li jservu l-aktar biex jistabbilixxu żoni ta' kummerċ ħieles għall-benefiċċju tal-interessi tal-kumpaniji Ewropej;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jafferma mill-ġdid li l-attivitajiet tal-intrapriżi Ewropej li joperaw f'pajjiżi terzi għandhom ikunu kompletament konformi mal-istandards internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jappella, għalhekk, lill-Istati Membri jiżguraw li l-impriżi li jaqgħu taħt id-dritt nazzjonali tagħhom ma jonqsux mir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istandards soċjali, tas-saħħa u ambjentali li għalihom ikunu soġġetti meta jistabbilixxu ruħhom jew jagħmlu attività kummerċjali fi stat terz; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa kontra l-kumpaniji Ewropej li ma jirrispettawx dawn l-istandards jew li ma jagħtux kumpens b'mod sodisfaċenti lill-vittmi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jaqgħu direttament jew indirettament taħt ir-responsabilità tagħhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jistieden lill-Gvern Kenjan u lill-gvernijiet tal-pajjiżi ta’ oriġini tal-impriżi estrattivi biex jimponu fuq dawn l-impriżi l-adozzjoni tal-aħjar prattiki fir-rigward tat-trasparenza, ir-responsabilità u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, u biex jindirizzaw il-korruzzjoni fis-settur tal-industriji estrattivi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Iqis li l-ġlieda kontra l-ħtif tal-art minn kumpaniji multinazzjonali, u b’mod partikolari dawk Ewropej, hija ċentrali biex jinkisbu kundizzjonijiet ta’ għajxien denji u sovranità alimentari fil-pajjiżi tal-Qarn tal-Afrika; għalhekk jitlob li din il-kwistjoni tiġi ttrattata bħala djalogu speċifiku u kruċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Qarn tal-Afrika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, lill-pajjiżi tal-Qarn tal-Afrika, lill-Parlament Pan-Afrikan u lill-membri tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.</p>
</Section></Motion>