<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0338/2017</Ref><Date>15.5.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-Istrateġija tal-UE rigward is-Sirja</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2654(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96945">Marietje Schaake</Author>, <Author id="124766">Petras Auštrevičius</Author>, <Author id="125040">Beatriz Becerra Basterrechea</Author>, <Author id="96922">Izaskun Bilbao Barandica</Author>, <Author id="124708">Dita Charanzová</Author>, <Author id="4335">Marielle de Sarnez</Author>, <Author id="124709">Martina Dlabajová</Author>, <Author id="28116">Marian Harkin</Author>, <Author id="124754">Ivan Jakovčić</Author>, <Author id="124707">Petr Ježek</Author>, <Author id="124866">Ilhan Kyuchyuk</Author>, <Author id="96670">Louis Michel</Author>, <Author id="125005">Javier Nart</Author>, <Author id="129073">Urmas Paet</Author>, <Author id="112753">Jozo Radoš</Author>, <Author id="134243">Jasenko Selimovic</Author>, <Author id="28316">Hannu Takkula</Author>, <Author id="124706">Pavel Telička</Author>, <Author id="97203">Ramon Tremosa i Balcells</Author>, <Author id="96937">Johannes Cornelis van Baalen</Author>, <Author id="130100">Hilde Vautmans</Author>, <Author id="96677">Cecilia Wikström</Author>, <Author id="124768">Valentinas Mazuronis</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE603.763v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0338/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Istrateġija tal-UE rigward is-Sirja</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2654" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2654">2017/2654(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew,</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sirja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tal-1949 u l-Protokolli addizzjonali tagħhom,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra trattati u konvenzjonijiet internazzjonali, inklużi l-konvenzjoni kontra t-tortura, il-konvenzjoni dwar il-ġenoċidju u t-trattat dwar l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW), </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  Wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma u d-dokumenti fundaturi tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QIĠ), </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra tribunali <span font-style="italic">ad hoc</span>, inklużi t-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja, it-Tribunal Kriminali Internazzjonali għar-Rwanda u t-Tribunal Speċjali għal-Libanu, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Communiqué ta' Ġinevra ta' Ġunju 2012,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (KSNU) dwar l-ISIL/Da'esh u l-Front Al-Nusra u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-KSNU dwar il-kunflitt fir-Repubblika Għarbija Sirjana, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet 2218 (2013), 2139 (2014), 2165 (2014), 2191 (2014), 2199 (2015), 2254 (2015), 2258 (2015), 2268 (2016), 2328 (2016), 2332 (2016), u 2336 (2016), </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (AĠNU) A/71/L.48 li tistabbilixxi Mekkaniżmu Internazzjonali, Imparzjali u Indipendenti biex Jassisti fl-Investigazzjoni u l-Prosekuzzjoni tal-Persuni Responsabbli għall-Aktar Reati Gravi skont il-Liġi Internazzjonali li Twettqu fir-Repubblika Għarbija Sirjana sa minn Marzu 2011, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Ottubru 2016 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar ir-relazzjonijiet esterni tat-18 u d-19 ta' Frar 2016, tal-20 u l-21 u tas-27 ta' Ottubru 2016, tal-14 ta' Novembru 2016 u tal-15 ta' Diċembru 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà at-30 ta' Diċembru 2016 dwar it-tħabbir ta' waqfien mill-ġlied fis-Sirja u tat-23 ta' Marzu 2017 dwar is-Sirja, u d-Dikjarazzjonijiet tal-VP/RGħ f'isem l-UE tad-9 ta' Diċembru 2016 dwar is-sitwazzjoni f'Aleppo, tas-6 ta' April 2017 dwar l-allegat attakk kimiku f'Idlib, is-Sirja, u tas-7 ta' April 2017 dwar il-bumbardament mill-Istati Uniti fis-Sirja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kopresidenti tal-5 ta' April 2017 dwar il-Konferenza rigward "Appoġġ għall-ġejjieni tas-Sirja u tar-reġjun",</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta' Inkjesta dwar is-Sirja, stabbilita mill-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti tad-Drittijiet tal-Bniedem, tas-6 ta' Settembru, tas-16 ta' Ġunju u tat-22 ta' Frar 2016, kif ukoll id-dokument tas-sala tal-konferenza tal-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta' Inkjesta dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana dwar "Abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u vjolazzjonijiet tal-liġi umanitarja internazzjonali fir-Repubblika Għarbija Sirjana, mill-21 ta' Lulju 2016 sat-28 ta' Frar 2017" tat-13 ta' Marzu 2017, u r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana tas-27 ta' Settembru u tal-21 ta' Ottubru 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-gwerra fis-Sirja saret waħda mill-agħar kriżijiet umanitarji li d-dinja kellha tħabbat wiċċha magħha mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn, u billi għadha tħalli effetti qerrieda u konsegwenzi traġiċi għall-poplu ta' dak il-pajjiż;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-kriżi fis-Sirja qed ikollha impatt dejjem aktar destabbilizzanti fuq ir-reġjun usa';</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-kunflitt ilu għaddej għal seba' snin u billi, sa tmiem l-2016, kien diġà wassal għall-mewt bla bżonn ta' aktar minn 400 000 ruħ; billi 13,5 miljun ruħ, kważi tliet kwarti tal-popolazzjoni li baqgħet fil-pajjiż, huma fil-bżonn ta' għajnuna umanitarja, u billi 6,6 miljun Sirjan huma spustati internament; billi l-kunflitt reġġa' lura b'40 sena l-iżvilupp ekonomiku u uman tas-Sirja, u ġiegħel lil 4,8 miljun ruħ ifittxu rifuġju barra minn pajjiżhom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-liġi umanitarja internazzjonali tistabbilixxi obbligu li l-komunità internazzjonali tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura l-protezzjoni tal-persuni ċivili u tal-oġġetti ċivili sew minn atturi statali u sew minn dawk mhux statali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi t-tfal qed iħallsu l-ogħla prezz fil-kunflitt; billi kważi 6 miljun tifel u tifla issa jiddependu fuq l-assistenza umanitarja; billi kważi nofshom sfaw imġiegħla jaħarbu minn darhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi vjolazzjonijiet tal-liġi umanitarja u tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u ġenoċidju, twettqu min-naħat kollha fil-kunflitt, u b'mod partikolari mir-reġim ta' Assad u mill-alleati tiegħu, ir-Russja u l-Iran;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-obbligu ta' rendikont, il-ġustizzja, l-istat ta' dritt u l-ġlieda kontra l-impunità jikkostitwixxu elementi essenzjali li jirfdu l-paċi u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, kif ukoll l-isforzi ta' rikonċiljazzjoni u ta' rikostruzzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi s-Sirja aderiet mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra fl-1955, u mal-Konvenzjoni kontra t-Tortura fl-2004;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-forzi tal-gvern u tal-alleati tiegħu kkawżaw mijiet ta' eluf ta' vittmi ċivili, speċjalment f'Aleppo u fil-madwar tagħha matul assedju li ma qata' xejn, u qerdu meded kbar tal-belt permezz ta' bumbardamenti mill-ajru u bl-artillerija diretti lejn persuni ċivili; billi,skont rapporti, l-awtoritajiet l-awtoritajiet governattivi u forzi alleati daħlu fid-djar ta' persuni ċivili u wettqu atti ta' qtil sommarju huma u javvanzaw fil-Lvant ta' Aleppo; billi l-infrastruttura ċivili tinġieb deliberatament fil-mira fl-attakki, bir-riżultat li jinqerdu sistemi tad-distribuzzjoni tal-ilma, faċilitajiet mediċi u skejjel; billi dawn l-attakki wasslu għal skarsezzi gravi ta' servizzi essenzjali, u jammontaw għal tattiċi ta' tiġwiħ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi r-reġim ta' Assad jimblokka l-konsenji u l-amministrazzjoni ta' mediċini, ikel u provvisti umanitarji min-NU, mill-UE, minn NGOs u minn atturi lokali; billi konvojs umanitarji ta' dan it-tip sfaw il-mira ta' attakki u bumbardamenti deliberati; billi l-Gvern Sirjan deliberatament ċaħħad lil persuni ċivili minn prodotti u servizzi essenzjali, inkluż mill-provvista tal-ikel u tal-ilma kif ukoll mill-assistenza medika; billi l-attakki, u t-tiġwiħ ta' persuni ċivili bħala tattika tal-gwerra, permezz ta' assedji ta' żoni popolati, jikkostiwixxu ksur ċar tal-liġi umanitarja internazzjonali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi diversi investigazzjonijiet ikkonkludew li l-forzi ta' Assad użaw aġenti kimiċi bl-intenzjoni li jagħmlu l-ħsara u joqtlu lil persuni ċivili; billi l-aħħar attakk kimiku kontra l-popolazzjoni ċivili sar fl-4 ta' April 2017 f'Khan Sheikhoun fil-provinċja ta' Idlib, fejn inqatlu tal-anqas 70 persuna ċivili, ħafna minnhom tfal, u mijiet oħra sfaw midruba; billi l-Istati Uniti informaw lill-UE li, abbażi tal-valutazzjoni tagħhom, ir-reġim Sirjan kien uża armi kimiċi, u billi rrispondew militarment fis-7 ta' April billi bbumbardjaw mill-ajru l-bażi ajrunawtika ta' Shayrat fis-Sirja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi, f'Marzu 2017, l-UE żiedet fil-lista ta' sanzjonijiet l-ismijiet ta' erba' uffiċjali għolja militari Sirjani minħabba r-rwol tagħhom fl-użu ta' armi kimiċi kontra l-popolazzjoni ċivili, fi qbil mal-politika tal-UE li tiġġieled il-proliferazzjoni u l-użu tal-armi kimiċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi, fit-12 ta' April 2017, ir-Russja, flimkien mal-Bolivja, ivvotat kontra riżoluzzjoni tal-KSNU li kienet tikkundanna l-użu rrappuratat ta' armi kimiċi fis-Sirja, u appellat lir-reġim ta' Assad biex jikkoopera ma' investigazzjoni dwar l-inċident;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi, fil-15 ta' April 2017, madwar 5 000 ruħ li kienu ġew evakwati sfaw attakkati f'Rasheedin, fil-Punent ta' Aleppo, is-Sirja, huma u jivvjaġġaw mill-bliet assedjati ta' Foah u Kefraya lejn żoni kkontrollati mill-gvern; billi nqatlu għexieren ta' persuni, fosthom tfal, filwaqt li ħafna oħrajn sfaw feruti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi hemm rapporti li r-reġim ta' Assad għadu qed jimmanifattura armi kimiċi taħt il-kappa taċ-Ċentru ta' Studju u Riċerka Xjentifika; billi, f'konformità mal-ftehim tal-2013 dwar it-tneħħija tal-armi kimiċi, Assad għandu l-obbligu li jtemm dawn il-prattiki minnufih u jgħaddi lill-OPCW l-aġenti kimiċi u l-armi kimiċi kollha li fadallu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.  billi eluf ta' persuni ċivili qed jiġu arrestati b'mod arbitrarju mill-awtoritajiet, jinżammu f'kundizzjonijiet ta' detenzjoni inumani fejn jiffaċċjaw forom estremi ta' maltrattament li ħafna drabi jkun intenzjonat biex jikkawża l-mewt fid-detenzjoni; billi tali forom ta' maltrattament jinkludu t-tortura, it-tiċħid sistematiku mill-ikel, mill-ilma, mill-mediċini u mill-kura medika, u prattiki sadistiċi u diżumanizzanti; billi rapporti jiddokumentaw tgħalliq tal-massa u każijiet ta' qtil extraġudizzjarju f'faċilitajiet ta' detenzjoni mmexxija mir-reġim ta' Assad; billi bosta nies huma soġġetti għal għajbien furzat, detenzjoni prolongata u proċessi inġusti; billi l-Gvern Sirjan għandu kampanja sistematika biex isikket kull forma ta' dissens billi jwettaq tgħalliq tal-massa; billi sorsi jirrapportaw li seħħew 13 000 każ ta' eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji ta' dan it-tip fil-ħabs ta' Saydnaya f'ħames snin; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Q.  billi r-reġim ta' Assad juża tattiċi ta' spostamenti furzat biex jibdel il-kompożizzjoni settarja ta' agglomerazzjonijiet, bliet u reġjuni u jwettaq bidla demografika; billi tali tattiċi ntużaw fi bliet inklużi Darayya, Muadamiyat al-Sham barra Damasku, u fil-kwartier ta' Al-Waer fil-belt ta' Homs;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">R.  billi huwa l-obbligu tal-komunità internazzjonali u tal-istati individwali li jżommu responsabbli lil dawk li, tul il-kunflitt Sirjan, wettqu vjolazzjonijiet tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi umanitarja; billi dan jista' jsir jew fil-kuntest ta' rimedji nazzjonali u internazzjonali eżistenti, inklużi l-qrati nazzjonali u internazzjonali, jew inkella permezz ta' tribunali kriminali internazzjonali <span font-style="italic">ad hoc</span> li għad iridu jiġu stabbiliti; billi, barra minn din ir-responsabbiltà kriminali personali, anki stati jistgħu jiġu prosegwiti, taħt ċerti kundizzjonijiet, għall-ksur ta' obbligi skont it-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali li fuqhom għandha ġurisdizzjoni l-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, inkluża l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti tal-1984 u l-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju tal-1948; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">S.  billi l-komunità internazzjonali kien messha tappoġġja b'mod aktar attiv l-oppożizzjoni demokratika u sekulari kontra r-reġim barbaru Sirjan; billi, fis-sitwazzjoni kurrenti, l-oppożizzjoni sekulari hija dgħajfa ħafna u l-popolazzjoni ċivili hija maqbuda bejn terroristi ġiħadisti, fundamentalisti Iżlamiċi, Kurdi separatisti jew partitarji tar-reġim ta' Assad, hekk li r-rikonċiljazzjoni nazzjonali u r-rikostruzzjoni ta' kunsens li jista' jġib il-paċi fis-Sirja huma estremament diffiċli; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">T.  billi n-negozjati intra-Sirjani bdew f'Ġinevra fit-23 ta' Frar 2017, iggwidati mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 2254 (2015) li tiffoka fuq kwistjonijiet ta' governanza, fost l-oħrajn kostituzzjoni ġdida għas-Sirja, iż-żamma ta' elezzjonijiet u l-prinċipji mniżżla fil-Communiqué ta' Ġinevra tal-2012; billi n-negozjati bbażati f'Ġinevra s'issa ma wasslux għal progress konkret biex tinstab soluzzjoni paċifika għall-kriżi fis-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">U.  billi, fil-5 ta' April 2017, l-UE kopresidiet konferenza dwar appoġġ għall-ġejjieni tas-Sirja u tar-reġjun, li laqqgħet flimkien rappreżentanti minn aktar minn 70 pajjiż, minn organizzazzjonijiet internazzjonali u mis-soċjetà ċivili internazzjonali u Sirjana; billi din il-konferenza kompliet tibni fuq il-konferenzi preċedenti li saru fil-Kuwajt u f'Londra u laħqet qbil dwar approċċ komprensiv għall-kriżi Sirjana, inklużi impenji finanzjarji; billi l-appoġġ u l-impenji tal-komunità internazzjonali għadhom essenzjali għall-ilħiq ta' futur ta' paċi fis-Sirja u fir-reġjun; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">V.  billi, fl-4 ta' Mejju 2017, ir-Russja, l-Iran u t-Turkija laħqu ftehim fil-Każakistan dwar l-istabbiliment ta' erba' żoni ta' deeskalazzjoni; billi l-ftehim m'għandu l-ebda salvagwardja u l-ebda mekkaniżmu ta' infurzar u konformità, u billi r-reġim ta' Assad jirrifjuta s-sorveljanza min-NU; billi l-oppożizzjoni Sirjana ma tistax tappoġġja l-ftehim, sostnut mill-Iran, fil-forma kurrenti tiegħu; billi dan il-ftehim għadu ma ġiex approvat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">W.  billi l-Istrateġija tal-UE għas-Sirja hija reviżjoni tal-Istrateġija Reġjonali tal-UE għas-Sirja u l-Iraq kif ukoll għat-theddida tad-Da'esh, kif riveduta u aġġornata l-aħħar mill-Kunsill fit-23 ta' Mejju 2016;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">X.  billi l-isforzi tal-UE fl-għoti ta' appoġġ umanitarju u fl-ippjanar għall-ġejjieni tas-Sirja huma ta' min ifaħħarhom; billi l-UE għandha toqgħod attenta li ma tipprovdix assistenza mingħajr kundizzjonijiet għar-rikostruzzjoni ta' Sirja mmexxija u kkontrollata minn Assad u mill-alleati tiegħu, ir-Russja u l-Iran; billi Assad, ir-Russja ta' Putin u l-Iran ma jistgħux jitħallew jaħslu jdejhom mill-konsegwenzi ekonomiċi tal-interventi militari tagħhom; billi soluzzjoni politika kredibbli u inklussiva tal-kunflitt armat, maqbula mill-partijiet kollha, bl-esklużjoni ta' gruppi terroristiċi, trid għaldaqstant tiġi implimentata; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Y.  billi r-rikostruzzjoni tas-Sirja għandha tkun ibbażata fuq approċċ minn isfel għal fuq, u fuq l-abilitazzjoni b'suċċess ta' atturi lokali, u b'hekk teskludi gruppi terroristi magħrufa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jistieden lir-reġim Sirjan u lill-alleati tiegħu, ir-Russja u l-Iran, itemmu minnufih il-bumbardamenti, il-qtil u l-vjolenza indiskriminata kontra l-poplu Sirjan, u jippermettu aċċess immedjat u bla xkiel għall-konvojs umanitarji u għall-provvisti; ifakkar lil dawk fi ħdan is-sistemi tas-Sirja, tar-Russja u tal-Iran li huma responsabbli taħt il-liġi kriminali internazzjonali għar-reati faħxija li qed ikomplu jwettqu fis-Sirja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jikkundanna bl-akbar qawwa l-issuktar tal-vjolazzjonijiet u tal-abbużi gravi, sistematiċi u mifruxa tad-drittijiet tal-bniedem, u l-vjolazzjonijiet kollha tal-liġi umanitarja internazzjonali mill-forzi ta' Assad bl-appoġġ tar-Russja u tal-Iran, kif ukoll dawk imwettqa minn gruppi terroristiċi armati mhux statali, b'mod partikolari l-ISIL/Da'esh, Janhat Fateh el-Sham/il-Front Al-Nusra u gruppi ġiħadisti oħra; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jistieden lir-Russja, lill-Iran u lill-partijiet esterni l-oħra fil-kunflitt itemmu l-interventi devastanti tagħhom fil-kunflitt Sirjan, u jużaw l-influwenza tagħhom fuq Assad biex jiżguraw tmiem komplut tal-ġlied u t-tneħħija tal-assedji; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Itenni lill-partijiet kollha li waqfien mill-ġlied madwar il-pajjiż kollu, kif ukoll soluzzjoni inklussiva u aċċettabbli għal kulħadd, jistgħu jintlaħqu taħt l-awspiċi tan-NU u, kif previst fil-Communiqué ta' Ġinevra tal-2012 u fir-riżoluzzjoni 2254 (2015) tal-KSNU, bl-appoġġ tal-Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għas-Sirja, Staffan de Mistura, u ta' atturi internazzjonali u reġjonali ewlenin; jieħu nota tat-taħditiet f'Astana bl-għan li jintlaħaq ftehim;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jieħu nota tal-Memorandum reċenti li joħloq żoni ta' tnaqqis tal-intensità tal-kunflitt fis-Sirja, iffirmat mir-Russja, l-Iran u t-Turkija bħala garanti ta' erba' żoni ta' divjet ta' titjiriet; jistieden lill-firmatarji tal-Memorandum u lir-reġim Sirjan jinfurzaw il-ftehim b'mod effikaċi u jtemmu kull ġlied li jkollu impatt dirett fuq il-poplu Sirjan; jiddispjaċih li r-reġim Sirjan irrifjuta l-monitoraġġ min-NU tal-implimentazzjoni tal-Memorandum; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jiddeplora l-fatt li l-laqgħa tal-G7 fl-Italja ma rnexxielhiex tilħaq qbil dwar l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet kontra r-reġim Russu minħabba l-bumbardamenti li wettaq fuq il-popolazzjoni Sirjana u l-appoġġ kontinwu tiegħu għar-reġim ta' Assad; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jilqa' l-isforzi li saru mir-rappreżentanti ta' aktar minn 70 pajjiż fil-konferenza dwar appoġġ għall-ġejjieni tas-Sirja u tar-reġjun fl-4 u l-5 ta' April 2017 fi Brussell u l-impenji finanzjarji li saru; jilqa' l-fatt li l-parteċipanti impenjaw EUR 5,6 biljun għall-2017, u għamlu impenji pluriennali ta' EUR 3,47 biljun għall-perjodu 2020-2018; ifakkar li l-ispiża tar-rikostruzzjoni fis-Sirja hija stmata għal madwar USD 200 biljun; jistieden lill-komunità internazzjonali twettaq l-impenji pendenti għall-appoġġ umanitarju fis-Sirja u fil-pajjiżi ġirien tagħha; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jinnota li l-parti l-kbira tar-refuġjati ħarbu mis-Sirja lejn pajjiżi ġirien, fosthom il-Libanu, il-Ġordan u t-Turkija; jilqa', f'dan ir-rigward, il-prijoritajiet il-ġodda ta' sħubija konklużi mill-UE mal-Ġordan u l-Libanu, kif ukoll l-illaxkar tar-regoli tal-oriġini tal-UE għall-esportazzjonijiet mill-Ġordan; jiddispjaċih li għadd kbir ta' rifuġjati fil-Ġurdan u l-Libanu għadhom jgħixu f'kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali prekarji u li spiss ma jkunux jistgħu jsibu impjieg (legali); jistieden lill-awtoritajiet fil-Ġordan u fil-Libanu jaħdmu favur it-tneħħija tal-barrieri (informali) li għad jifdal, jappoġġjaw opportunitajiet imwessgħa għal dawk li jaħdmu għal rashom, u jwettqu l-impenji tagħhom dwar il-ħolqien ta' impjiegi għan-nisa u ż-żgħażagħ; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jilqa' l-ospitalità tat-Turkija, li qed tospita kważi 3 miljun rifuġjat; iħeġġeġ lill-Gvern Tork joħroġ permessi tax-xogħol lir-rifuġjati Sirjani kollha; jieħu nota tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija; jiddeplora l-fatt li, fl-aħħar ta' Frar 2017, biss 3 565 rifuġjat Sirjan kinu ġew sistemati fl-Ewropa taħt l-arranġament 1:1 konkluż mat-Turkija; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu aktar sforzi biex iwettqu l-wegħdiet tagħhom dwar ir-risistemazzjoni tar-refuġjati Sirjani mit-Turkija; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jitlob li l-VP/RGħ tagħmel kull sforz biex tagħti spinta lit-taħditiet ta' paċi bil-medjazzjoni tan-NU, u tesiġi rwol aktar attiv f'dawn in-negozjati, billi tuża l-kapaċità finanzjarja tal-UE u r-rieda tagħha li timpenja riżorsi sinifikanti għar-rikostruzzjoni tas-Sirja; iħeġġeġ lill-VP/RGħ tappoġġja b'mod attiv lis-soċjetà ċivili Sirjana u lil dawk li jridu Sirja demokratika, pluralista u inklussiva, u tinvolvihom mill-qrib fl-isforzi tagħha favur il-ġejjieni tal-poplu Sirjan; iħeġġeġ lill-VP/RGħ taħdem mal-poplu Sirjan favur l-iżvilupp ta' strateġiji lokalizzati għar-rikostruzzjoni tad-diversi nħawi u reġjuni tas-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jikkundanna bl-akbar qawwa l-attakk kimiku ta' tkexkix fuq il-belt ta' Khan Sheikhoun fil-provinċja ta' Idlib fl-4 ta' April 2017 li kkawża l-mewt ta' tal-anqas 70 persuna ċivili, fosthom tfal u ħaddiema umanitarji, u li ħalla ħafna vittmi juru sintomi ta' avvelenament bil-gass; jieħu nota li allegazzjoni tal-użu ta' armi kimiċi hija kredibbli skont il-valutazzjoni preliminari mwettqa mill-missjoni ta' verifika tal-fatti tal-OPCW; jenfasizza li dawk responsabbli għal attakki bħal dawn se jkollhom jagħtu kont ta' għemilhom quddiem qorti tal-ġustizzja; itenni li, bħala parti fil-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi, ir-reġim Sirjan espliċitament obbliga ruħu li joqgħod lura milli juża l-armi kimiċi; jiddeplora l-veto tar-Russja għall-aħħar riżoluzzjoni tal-KSNU li kienet tikkundanna l-attakk u titlob investigazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jiddeplora l-użu kontinwu ta' diżinformazzjoni u gideb ħerġin mir-reġim Russu u minn dak ta' Assad, inkluż it-tkasbir tal-Elmi Bojod u t-tixrid ta' informazzjoni falza dwar min wettaq l-aħħar attakk kimiku fl-4 ta' April 2017;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Itenni l-appell tiegħu biex min kien ħati għat-twettiq ta' delitti tal-gwerra, ġenoċidju u delitti kontra l-umanità jinżamm responsabbli ta' għemilu u jiffaċċja konsegwenzi; jenfasizza li l-persuni responsabbli sejrin jitressqu quddiem il-ġustizzja; jibqa' konvint li la jista' jkun hemm riżoluzzjoni effikaċi tal-kunflitti u lanqas paċi sostenibbli fis-Sirja bla ma jingħata rendikont għad-delitti li twettqu; jenfasizza li d-delitti tal-gwerra mwettqa kemm mir-reġim kif ukoll minn forzi tal-oppożizzjoni, għalkemm fuq skala iżgħar fil-każ ta' dawn tal-aħħar, huma eliġibbli għal prosekuzzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jistieden lill-Istati Membri kollha tal-UE jiżguraw li delitti ta' ġenoċidju, delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra jitqiesu bħala reati kriminali taħt il-liġi nazzjonali, u jistieden lill-Istati Membri kollha tal-UE jipprosegwixxu tali reati mwettqa fis-Sirja minn ċittadini tagħhom u minn ċittadini ta' pajjiżi terzi taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali tagħhom; jilqa', f'dan ir-rigward, id-deċiżjoni minn Spanja li tisma' kawża kriminali kontra disa' uffiċjali tal-intelligence Sirjani għal tortura u għal vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Ifakkar fil-prinċipju ta' ġurisdizzjoni universali; itenni l-appoġġ tiegħu għar-riferiment tal-każ tas-Sirja quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali; jiddeplora l-fatt li din l-għażla għadha mblukkata fil-Kunsill tas-Sigurtà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">16.  Iqis li l-istati, inklużi l-Istati Membri tal-UE, jistgħu individwalment jressqu proċedimenti kontra stati oħra quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja għal ksur ta' obbligi statali li jirriżultaw minn trattati u konvenzjonijiet internazzjonali, inkluża l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti tal-1984 u l-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju tal-1948; jistieden lill-Istati Membri kollha tal-UE, f'dan ir-rigward, iressqu lill-istat Sirjan quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja sabiex jistabbilixxu r-responsabbiltà statali u jibagħtu sinjal ċar tar-rieda tagħhom li jiżguraw li jingħata rendikont għar-reati orribbli li twettqu fis-Sirja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">17.  Jistieden lill-komunità internazzjonali, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jaħdmu man-NU għall-istabbiliment ta' tribunal kriminali internazzjonali sabiex jitressqu quddiem il-ġustizzja u jagħtu kont ta' għemilhom atturi mhux statali u individwi responsabbli għad-delitti tal-gwerra, id-delitti kontra l-umanità u l-ġenoċidju li twettqu fis-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">18.  Jilqa' l-ħolqien ta' Mekkaniżmu Internazzjonali, Imparzjali u Indipendenti biex Jassisti fl-Investigazzjoni u l-Prosekuzzjoni tal-Persuni Responsabbli għall-Aktar Reati Gravi skont il-Liġi Internazzjonali li Twettqu fir-Repubblika Għarbija Sirjana sa minn Marzu 2011, jiddeplora l-fatt li dan il-mekkaniżmu għadu mhux iffinanzjat kompletament; jistieden lill-Istati Membri jwettqu l-impenji tagħhom f'dan ir-rigward; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">19.  Jissottolinja l-importanza kritika tal-ħidma ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali u internazzjonali biex jiddokumentaw l-evidenza ta' delitti tal-gwerra, ta' delitti kontra l-umanità u ta' vjolazzjonijiet oħra, inkluża l-qerda tal-wirt kulturali; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jipprovdu aktar għajnuna, u għajnuna kompluta, lil dawn l-atturi; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jiffinanzjaw b'mod adegwat organizzazzjonijiet li jaħdmu fuq l-investigazzjoni "open source" u l-ġbir diġitali tal-evidenza ta' delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, biex jiżguraw l-obbligu ta' rendikont u jressqu lill-persuni responsabbli quddiem il-ġustizzja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">20.  Ifaħħar l-isforzi tal-ħaddiema tal-għajnuna umanitarja li jagħmlu ħilithom biex iwasslu l-għajnuna, l-ikel, l-ilma u l-mediċini tant meħtieġa lin-nies maqbuda fil-kunflitt, u jħeġġeġ lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt biex jiżguraw lill-aġenziji umanitarji aċċess bla xkiel għall-persuni ċivili affettwati mill-gwerra; jikkundanna bil-qawwa l-attakki deliberatament eċċessivi, sproporzjonati u indiskriminati kontra l-persuni ċivili, inklużi t-tfal, kontra konvojs b'nies evakwati u b'ħaddiema tal-għajnuna u tal-kura tas-saħħa, u kontra infrastruttura ċivili bħal skejjel u sptarijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">21.  Jilqa' l-aħħar reviżjoni tal-miżuri restrittivi tal-UE kontra s-Sirja biż-żieda ta' individwi li jikkondividu r-responsabbiltà għall-użu ta' armi kimiċi u għar-repressjoni tal-popolazzjoni ċivili fil-pajjiż; jissottolinja li l-UE għandha tikkunsidra kull opzjoni disponibbli biex taħdem mas-sħab internazzjonali tagħha, inklużi l-paraxutaġġ ta' konsenji tal-għajnuna u l-istabbiliment ta' żoni ta' divjet ta' titjiriet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">22.  Jitlob li din ir-riżoluzzjoni tinqaleb għall-Għarbi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">23.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lin-Nazzjonijiet Uniti, lill-membri tal-Grupp Internazzjonali ta' Appoġġ għas-Sirja, u lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt.</p>
</Section></Motion>