<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0340/2017</Ref><Date>15.5.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar kif niżguraw li r-rilokazzjoni taħdem</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2685(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="125027">Esteban González Pons</Author>, <Author id="125065">Elissavet Vozemberg-Vrionidi</Author>, <Author id="118859">Roberta Metsola</Author>, <Author id="95074">Jeroen Lenaers</Author>, <Author id="1892">Carlos Coelho</Author>, <Author id="96876">Frank Engel</Author>, <Author id="58758">Elisabetta Gardini</Author>, <Author id="28429">Alessandra Mussolini</Author>, <Author id="124853">Salvatore Domenico Pogliese</Author>, <Author id="96813">Barbara Matera</Author>, <Author id="124896">Michał Boni</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124801">Cécile Kashetu Kyenge</Author>, <Author id="96932">Birgit Sippel</Author>, <Author id="124723">Péter Niedermüller</Author>, <Author id="111014">Josef Weidenholzer</Author>, <Author id="96911">Tanja Fajon</Author>, <Author id="96812">Juan Fernando López Aguilar</Author>, <Author id="124804">Elly Schlein</Author>, <Author id="96952">Sylvie Guillaume</Author>, <Author id="124861">Caterina Chinnici</Author>, <Author id="125113">Miltiadis Kyrkos</Author>, <Author id="96991">Eider Gardiazabal Rubial</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="125026">Angelika Mlinar</Author>, <Author id="96677">Cecilia Wikström</Author>, <Author id="130100">Hilde Vautmans</Author>, <Author id="124866">Ilhan Kyuchyuk</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="125061">Kostas Chrysogonos</Author>, <Author id="124810">Barbara Spinelli</Author>, <Author id="96852">Cornelia Ernst</Author>, <Author id="96858">Marie-Christine Vergiat</Author>, <Author id="124992">Malin Björk</Author>, <Author id="125091">Sofia Sakorafa</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="96735">Patrick Le Hyaric</Author>, <Author id="135490">Xabier Benito Ziluaga</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author>, <Author id="131749">Estefanía Torres Martínez</Author>, <Author id="131507">Miguel Urbán Crespo</Author>, <Author id="96820">Marisa Matias</Author>, <Author id="125051">Josu Juaristi Abaunz</Author>, <Author id="96854">Sabine Lösing</Author>, <Author id="28586">Dimitrios Papadimoulis</Author>, <Author id="130833">Stelios Kouloglou</Author>, <Author id="124863">Stefan Eck</Author>, <Author id="125092">Kostadinka Kuneva</Author>, <Author id="96748">Dennis de Jong</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="96734">Ska Keller</Author>, <Author id="96815">Judith Sargentini</Author>, <Author id="4531">Jean Lambert</Author>, <Author id="97017">Ulrike Lunacek</Author>, <Author id="124993">Bodil Valero</Author>, <Author id="2054">Heidi Hautala</Author>, <Author id="124932">Josep-Maria Terricabras</Author>, <Author id="96883">Eva Joly</Author>, <Author id="96728">Barbara Lochbihler</Author>, <Author id="4751">Bart Staes</Author>, <Author id="124972">Ernest Urtasun</Author>, <Author id="125214">Bronis Ropė</Author>, <Author id="125003">Igor Šoltes</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4281"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124833">Laura Ferrara</Author>, <Author id="124856">Ignazio Corrao</Author>, <Author id="124812">Fabio Massimo Castaldo</Author></span></p>
</Blk-Author></Blk-Title-Cover><Num-PE>PE603.765v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0340/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar kif niżguraw li r-rilokazzjoni taħdem</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2685" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2685">2017/2685(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1523 tal-14 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u tal-Greċja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 239, 15.9.2015, p. 146.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 tat-22 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 248, 24.9.2015, p. 80.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2016/1754 tad-29 ta' Settembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/1601 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 268, 1.10.2016, p. 82.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0306" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0306/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0306</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-17 ta' Settembru 2015 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja, il-Greċja u l-Ungerija<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0324" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2015-0324/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2015)0324</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-15 ta' Settembru 2016 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 tat-22 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0354" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0354/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0354</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-11 ir-rapport tal-Kummissjoni dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tas-16 ta' Mejju 2017 dwar kif nagħmlu r-rilokazzjoni taħdem,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-istudju mwettaq għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tiegħu bl-isem "L-implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill li jistabbilixxu miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja", ippubblikat f'Marzu 2017,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi, wara l-proċedura ta' konsultazzjoni stipulata fl-Artikolu 78(3) tat-TFUE, il-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu bħala sostenn għad-deċiżjonijiet ta' rilokazzjoni b'maġġoranza kbira;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi d-deċiżjonijiet ta' rilokazzjoni ġew adottati bħala miżura ta' solidarjetà urġenti fin-nuqqas ta' sistema Ewropea tal-asil ibbażata fuq il-kondiviżjoni tar-responsabilità li għadha mhix fis-seħħ; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jirrilokaw 160 000 applikant għall-asil mill-Italja u l-Greċja; billi, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2016/1754, 54 000 minn dawn il-postijiet jistgħu jintużaw għall-ammissjoni tar-rifuġjati Sirjani mit-Turkija; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi r-Renju Unit għażel li ma jipparteċipax f'dan il-mekkaniżmu, filwaqt li l-Irlanda għażlet li tipparteċipa; billi d-Danimarka għażlet li ma tipparteċipax fuq bażi volontarja, filwaqt li tliet stati assoċjati għażlu li jipparteċipaw;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi sas-27 ta' April 2017, 17 903 applikant għall-asil biss ġew rilokati, 12 490 mill-Greċja u 5 413 mill-Italja; billi dan jammonta biss għal 11 % tal-obbligu totali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-għadd ta' persuni eliġibbli għal rilokazzjoni preżenti fl-Italja u fil-Greċja bħalissa huwa inqas mill-għadd previst fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill; billi s'issa 26 997 applikant eliġibbli ġew irreġistrati fil-Greċja filwaqt li l-Istati Membri formalment wiegħdu li jieħdu 19 603 post ta' rilokazzjoni; billi s'issa 8 000 applikant eliġibbli ġew irreġistrati fl-Italja filwaqt li l-Istati Membri formalment wiegħdu li jieħdu 10 659 post ta' rilokazzjoni; billi l-għadd ta' wegħdiet ġeneralment huwa ogħla b'mod sinifikanti min-numru ta' persuni li jiġu effettivament rilokati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi huma biss l-applikanti għall-asil li kienu diġà preżenti fil-Greċja qabel l-20 ta' Marzu 2016 li huma fil-fatt meqjusa bħala eliġibbli għal rilokazzjoni; billi d-deċiżjonijiet ta' rilokazzjoni ma jinkludux tali data ta' tmiem tal-eliġibilità u ma ġewx emendati b'dan il-mod; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi huma biss l-applikanti għall-asil ta' nazzjonalità li għaliha r-rata medja ta' rikonoxximent hija 75 % jew aktar, skont id-data trimestrali disponibbli tal-Eurostat l-aktar reċenti, li huma eliġibbli għal rilokazzjoni; billi l-Iraqqini m'għadhomx eliġibbli għal rilokazzjoni, peress li r-rata medja ta' rikonoxximent tagħhom waqgħet għal taħt il-75 %; billi l-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-15 ta' Settembru 2016 dwar proposta tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601, talab li l-Afgani għandhom ukoll ikunu eliġibbli għal rilokazzjoni; billi l-Afgani kienu t-tieni l-akbar grupp ta' applikanti għall-asil li l-Unjoni kellha taffaċċja fl-2016; billi 56,7 % minnhom ingħataw l-asil; billi evidentement l-akbar għadd ta' Afgani jaslu fil-Greċja; billi bosta minnhom huma minorenni mhux akkumpanjati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi 62 300 applikant għall-asil u migranti għadhom preżenti fil-Greċja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi l-Italja qabżet rekord ġdid f'termini ta' migranti li waslu fl-2016, b'181 436 (18 % aktar milli fl-2015), li 14 % minnhom kienu minorenni mhux akkumpanjati; billi 20 700 Eritrean li huma eliġibbli għal rilokazzjoni waslu fl-2016, iżda s'issa l-Italja rreġistrat biss madwar kwart minnhom għal rilokazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi fl-Italja fl-2016 l-għadd limitat ta' applikanti għall-asil rilokati lejn Stati Membri oħra kien inqas b'mod sinifikanti mill-għadd ta' applikanti għall-asil trasferiti mill-Istati Membri lejn l-Italja skont ir-Regolament ta' Dublin; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi l-Kummissjoni, fit-8 rapport tagħha dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni, stabbiliet mira ta' rilokazzjoni fix-xahar, ripetuta fir-rapporti sussegwenti, ta' 3 000 applikant għall-asil mill-Greċja u 1 500 mill-Italja (mill-1 ta' April 2017), sabiex tiffaċilita u taċċellera r-rilokazzjoni b'mod effettiv u bla xkiel fl-iskeda ta' żmien tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi l-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2016, approva l-pjan ta' azzjoni konġunta dwar l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija, li tinkludi l-mira ta' rilokazzjoni għall-Greċja; billi l-Kunsill Ewropew tenna wkoll l-appell tiegħu għal aktar intensifikazzjoni tal-isforzi biex titħaffef ir-rilokazzjoni, b'mod partikulari għall-minorenni mhux akkumpanjati; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi l-prekundizzjonijiet u l-infrastruttura operattiva sabiex isseħħ ir-rilokazzjoni huma stabbiliti b'mod sħiħ; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">O.  billi, minkejja li sar xi progress, huma biss żewġ Stati Membri, il-Finlandja u Malta, li huma kompletament fit-triq it-tajba biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta' rilokazzjoni; billi bosta Stati Membri għadhom lura sew; billi erba' Stati Membri kienu qed jirrilokaw fuq livell estremament limitat; billi żewġ Stati Membri għadhom mhux qed jipparteċipaw; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">P.  billi l-Finlandja biss qiegħda sistematikament tirċievi minorenni mhux akkumpanjati; billi fl-Italja hemm bżonn ta' madwar 5 000 post ta' rilokazzjoni għalihom, filwaqt li s'issa huwa biss minorenni mhux akkumpanjat wieħed li ġie rilokat; billi fil-Greċja hemm bżonn ta' 163 post aktar mit-12 ta' April 2017 'l hawn; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">Q.  billi xi Stati Membri qed jagħmlu użu minn preferenzi restrittivi ferm u diskriminatorji, bħall-għoti ta' rilokazzjoni għall-ommijiet waħedhom biss, jew l-esklużjoni ta' applikanti ta' nazzjonalitajiet speċifiċi, bħall-Eritrej, u japplikaw kontrolli ta' sigurtà estensivi ħafna; billi fil-Greċja 961 persuna mis-7 ta' Mejju 2017 'l hawn ġew irrifjutati r-rilokazzjoni mill-Istati Membri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">R.  billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2015/1523 tistipula b'mod ċar li l-miżuri ta' rilokazzjoni ma jeżentawx lill-Istati Membri milli japplikaw b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 (Dublin) relatati mar-riunifikazzjoni tal-familja, il-protezzjoni speċjali ta' minorenni mhux akkumpanjati, u l-klawsola diskrezzjonarja li tikkonċerna raġunijiet umanitarji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jirrikonoxxi li sar xi progress, iżda jesprimi d-diżappunt tiegħu rigward l-impenji mhux sodisfatti min-naħa tal-Istati Membri favur is-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabilità; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jilqa' t-twaqqif ta' sistema awtomatizzata ta' tqabbil tal-preferenzi mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil; jistieden lill-Istati Membri ma jirrikkorrux għal deċiżjonijiet arbitrarji dwar jekk jaċċettawx talba għal rilokazzjoni jew le; iħeġġeġ lill-Istati Membri jibbażaw ir-rifjut tagħhom biss fuq ir-raġunijiet speċifiċi stabbiliti fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rilokazzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont id-deċiżjonijiet tal-Kunsill u jirrilokaw sistematikament lill-applikanti għall-asil mill-Greċja u l-Italja, inklużi dawk li waslu wara l-20 ta' Marzu 2016, sakemm dawk kollha eliġibbli jkunu ġew rilokati b'mod effettiv u bla xkiel fl-iskeda ta' żmien tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill; jistieden lill-Istati Membri jintrabtu u jitrasferixxu fuq bażi mensili stabbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jistieden lill-Istati Membri jipprijoritizzaw ir-rilokazzjoni ta' minorenni mhux akkumpanjati u gruppi oħra vulnerabbli ta' applikanti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jilqa' t-tħabbira tal-Kummissjoni fl-għaxar rapport tagħha dwar ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni tat-2 ta' Marzu 2017 li mhix se toqgħod lura milli tuża s-setgħat tagħha skont it-Trattati jekk l-Istati Membri ma jżidux ir-rilokazzjonijiet tagħhom malajr; jifhem li dan se jinkludi proċeduri ta' ksur;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jinsisti li l-obbligi legali tal-Istati Membri ma jintemmux wara s-26 ta' Settembru 2017 u li wara din id-data huma xorta se jkollhom jirrilokaw l-applikanti eliġibbli kollha li waslu sa dik id-data; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jenfasizza l-fatt li l-Kunsill intrabat bil-mira ta' 160 000 rilokazzjoni; jinnota li l-għadd ta' persuni eliġibbli għal rilokazzjoni huwa differenti minn dan l-għadd; jitlob lill-Kummissjoni tipproponi l-estensjoni tal-miżuri ta' rilokazzjoni sal-adozzjoni tar-Regolament ta' Dublin riformulat, f'konformità mat-termini tal-proposta tagħha tal-4 ta' Mejju 2016 (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2016-0270" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2016-0270">COM(2016)0270</ANCHOR>); </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.</p>
</Section></Motion>