<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0341/2017</Ref><Date>15.5.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-istrateġija tal-UE rigward is-Sirja</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2654(RSP))</p></Doc-Ref><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Barbara Lochbihler, Bodil Valero, Ernest Urtasun, Florent Marcellesi, Jordi Solé, Tamás Meszerics, Claude Turmes</span></p>
<Body type="POL-GROUP" id="4281"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE603.766v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0341/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-istrateġija tal-UE rigward is-Sirja</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2654" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2654">2017/2654(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sirja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem li s-Sirja hija Stat Parti għalihom,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra tal-1949 u l-Protokolli addizzjonali tagħhom,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Komunikat ta' Ġinevra ta' Ġunju 2012,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar is-Sirja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sirja, inklużi dawk tat-3 ta' April 2017 li adottaw l-Istrateġija tal-UE rigward is-Sirja, inkluża l-Komunikazzjoni Konġunta tal-14 ta' April 2017 mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli (VP/RGħ) tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni dwar "Elementi għal Strateġija tal-UE għas-Sirja",</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-Sirja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kopresidenti tal-Konferenza fi Brussell rigward "Appoġġ għall-Ġejjieni tas-Sirja u tar-Reġjun", li saret fl-4 u l-5 ta' April 2017,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta' Inkjesta dwar is-Sirja, stabbilita mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHRC), u r-riżoluzzjonijiet tal-UNHRC dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-gwerra fis-Sirja saret waħda mill-agħar kriżijiet umanitarji li d-dinja kellha tħabbat wiċċha magħha mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn, u billi għadha tħalli konsegwenzi qerrieda għall-poplu tas-Sirja; billi dan il-kunflitt, appoġġjat u aggravat minn atturi esterni, qed ikollu impatt dejjem aktar destabilizzanti fuq ir-reġjun usa';</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi aktar minn 400 000 ruħ, fil-parti l-kbira tagħhom persuni ċivili, tilfu ħajjithom sa mill-bidu tal-kunflitt fis-Sirja fl-2011; billi 13.5 miljun ruħ, jew kważi tliet kwarti tal-popolazzjoni li baqgħet fil-pajjiż, għandhom bżonn urġenti ta' għajnuna umanitarja, fosthom aktar minn 6 miljun persuna spostata u aktar minn 5 miljun persuna f'żoni assedjati u li diffiċli jintlaħqu; billi aktar minn 5 miljun Sirjan kellhom ifittxu rifuġju barra minn pajjiżhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi skont id-dritt internazzjonali, il-partijiet fil-kunflitt huma obbligati jieħdu miżuri xierqa biex jipproteġu lil persuni ċivili u l-infrastrutturi ċivili; billi ksur massiv u rikorrenti tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali twettaq min-naħat kollha u, b'mod partikolari, mir-reġim Sirjan u l-alleati tiegħu; billi l-Kummissjoni ta' Inkjesta tan-NU, is-Segretarju Ġenerali tan-NU u l-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem iddikjaraw li twettqu delitti kontra l-umanità kif ukoll delitti tal-gwerra fis-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-ksur li twettaq matul il-kunflitt Sirjan jinkludi qtil extraġudizzjarju, tortura u trattament ħażin, għajbien sfurzat, arresti tal-massa u arbitrarji, attakki mmirati u mingħajr distinzjoni kontra persuni ċivili, kastigi kollettivi, attakki kontra persunal mediku u ċaħda ta' ikel u ilma; billi ġie rrappurtat li r-reġim ta' Assad huwa responsabbli għall-qtil b'tgħalliq, atti ta' tortura u qtil extraġudizzjarju fuq skala massiva fil-faċilitajiet ta' detenzjoni tiegħu; billi dawn id-delitti s'issa għadhom ma ġewx ikkastigati; billi l-użu tal-qtil bil-ġuħ ta' persuni ċivili permezz tal-assedju ta' żoni popolati bħala tattika tal-gwerra, imwettqa mir-reġim ta' Assad u gruppi ta' oppożizzjoni armati, jikkostitwixxi ksur ċar tad-dritt umanitarju internazzjonali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi r-riskju ta' eskalazzjoni reġjonali għadu għoli minħabba interferenza kontinwa minn għadd ta' atturi reġjonali, fosthom it-Turkija li reċentement nediet sensiela ġdida ta' attakki mill-ajru kontra l-ġellieda Kurdi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi ġie rrappurtat li l-forzi ta' Assad użaw aġenti kimiċi biex jagħmlu ħsara u joqtlu lill-persuni ċivili; billi l-aħħar każ ta' użu ta' armi ta' qerda massiva kontra l-persuni ċivili seħħ fl-4 ta' April 2017 f'Khan Sheikhoun fil-provinċja ta' Idlib, fejn inqatlu tal-anqas 70 persuna ċivili, ħafna minnhom tfal, u mijiet oħra sfaw midruba; billi, fit-12 ta' April 2017, ir-Russja użat il-veto kontra riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li kienet tikkundanna l-użu rrappurtat ta' armi kimiċi pprojbiti fis-Sirja, u li kienet tappella lill-Gvern tas-Sirja biex jikkoopera ma' investigazzjoni dwar l-inċident;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-ġustizzja, l-istat ta' dritt u l-ġlieda kontra l-impunità jikkostitwixxu elementi essenzjali li jirfdu l-isforzi għall-paċi u għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi, fl-4 ta' Mejju 2017, ftehim li jistabbilixxi erba' żoni ta' deeskalazzjoni ntlaħaq min-naħa tar-Russja, l-Iran u t-Turkija f'Astana (il-Każakistan); billi t-tliet pajjiżi firmatarji għandhom jaġixxu bħala garanti tat-tregwa rinnovabbli ta' sitt xhur, inkluż permezz ta' osservaturi armati fuq il-post; billi dan il-ftehim jitlob li jintemmu t-titjiriet kollha mir-reġim ta' Assad fuq dawn iż-żoni u l-aċċess umanitarju mingħajr xkiel fiż-żoni okkupati mir-ribelli; billi sessjoni ġdida ta' taħditiet immexxija min-NU se tkompli f'Ġinevra din il-ġimgħa u sessjoni oħra ta' taħditiet immexxija mir-Russja hija ppjanata għal nofs Lulju fil-Każakistan;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi fit-3 ta' April 2017, il-Kunsill adotta strateġija tal-UE għas-Sirja, li tinkludi l-Komunikazzjoni Konġunta mill-VP/RGħ u l-Kummissjoni dwar "Elementi għal Strateġija tal-UE għas-Sirja" u l-konklużjonijiet relatati tal-Kunsill; billi din l-istrateġija tiddeskrivi sitt oqsma ewlenin ta' prijorità, b'mod partikolari: it-tmiem tal-gwerra permezz ta' tranżizzjoni politika ġenwina; il-promozzjoni ta' tranżizzjoni sinifikanti u inklużiva; l-indirizzar tal-ħtiġijiet umanitarji tas-Sirjani l-aktar vulnerabbli; il-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem; il-promozzjoni tar-responsabbiltà għad-delitti tal-gwerra u l-appoġġ għar-reżiljenza tal-popolazzjoni Sirjana u tas-soċjetà Sirjana; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi, fil-5 ta' April 2017, l-UE kkopresidiet konferenza rigward "Appoġġ għall-Ġejjieni tas-Sirja u tar-Reġjun", li laqqgħet flimkien rappreżentanti minn aktar minn 70 pajjiż, kif ukoll minn organizzazzjonijiet internazzjonali u mis-soċjetà ċivili internazzjonali u Sirjana; billi din il-konferenza qablet dwar approċċ komprensiv għall-kriżi Sirjana; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi l-UE hija l-akbar donatur ta' għajnuna umanitarja fis-Sirja u fil-pajjiżi ġirien, b'aktar minn EUR 9 biljun impenjati sa mill-bidu tal-kriżi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jiddeplora n-nuqqas ta' progress lejn soluzzjoni politika għall-kunflitt Sirjan wara sitt snin ta' vjolenza orribbli u tbatija umana; ifakkar li ma jista' jkun hemm l-ebda soluzzjoni militari sostenibbli għall-kunflitt, u jappella għall-waqfien immedjat tal-ostilitajiet, il-waqfien tal-assedji kollha, aċċess umanitarju sħiħ u mingħajr xkiel għall-pajjiż kollu, u l-protezzjoni tal-ħaddiema fil-qasam tal-għajnuna umanitarja mill-partijiet kollha; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Josserva b'sodisfazzjon il-waqfien miżurabbli fil-ġlied f'partijiet kbar tal-pajjiż minn mindu waqfu l-ostilitajiet kif ġie nnegozjat mir-Russja u t-Turkija f'Diċembru 2016; jilqa' b'ottimiżmu kawt il-ftehim riċenti f'Astana dwar l-istabbiliment ta' żoni ta' deeskalazzjoni; jistieden lit-tliet garanti Astani jiżguraw li l-waqfien mill-ġlied jiġi rrispettat; jappella għal mandat tan-NU bbażat fuq il-Kapitolu VII li għandu jiskatta t-tnedija ta' missjoni robusta ħafna tal-Blue Helmets tan-NU sabiex tiġi ssorveljata s-sitwazzjoni fl-hekk imsejħa żoni ta' deeskalazzjoni u madwarhom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jesprimi t-tama li l-inizjattivi diplomatiċi mmexxija mir-Russja jistgħu jservu biex isaħħu l-isforzi internazzjonali lejn il-kisba ta' soluzzjoni politika; jafferma mill-ġdid, f'dan il-kuntest, il-preminenza tal-proċess ta' Ġinevra mmexxi min-NU, u jappoġġja l-isforzi tal-Mibgħut Speċjali tan-NU, Staffan de Mistura, għal tranżizzjoni politika ġenwina f'konformità mar-Riżoluzzjoni 2254 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, innegozjata mill-partijiet tal-kunflitt u bl-appoġġ ta' atturi internazzjonali u reġjonali ewlenin; jinsisti fuq l-importanza li l-minoranzi etniċi u reliġjużi jiġu inklużi f'taħditiet dwar il-ġejjieni u l-istruttura ta' governanza tas-Sirja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jikkundanna mill-ġdid u bl-aktar mod qawwi, l-atroċitajiet u l-ksur fuq skala wiesgħa tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali mwettqa mill-forzi tar-reġim ta' Assad bl-appoġġ tal-alleati tiegħu, kif ukoll minn gruppi armati mhux statali, b'mod partikolari l-ISIS/Da'esh u Jabhat Fateh al-Sham;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jikkundanna l-attakk kimiku orribbli f'Khan Sheikhun fin-nofsinhar ta' Idlib fl-4 ta' April 2017, l-aktar attakk riċenti mid-diversi attakki kimiċi li twettqu matul il-kunflitt Sirjan; jilqa' l-investigazzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW), u jinsisti fuq il-ħtieġa li l-persuni li wettqu l-attakki jinżammu responsabbli; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jilqa' l-adozzjoni tal-Istrateġija tal-UE rigward is-Sirja, li tipprovdi bażi solida u komprensiva għal azzjoni msaħħa tal-UE kemm fil-fażijiet tal-kunflitt kif ukoll ta' wara l-kunflitt; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jenfasizza, madankollu, li l-Istrateġija tal-UE rigward is-Sirja m'għandhiex timpedixxi lill-UE milli ssegwi fi żmien qasir jew medju approċċ prammatiku u flessibbli li jippermettilha li żżomm ir-rwol diplomatiku u l-influwenza tagħha sabiex tgħin fit-tiswir tal-eżitu finali tat-taħditiet politiċi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jappoġġja bis-sħiħ il-kuntatt tal-VP/RGħ ma' atturi reġjonali u lokali fil-kunflitt u t-tentattivi biex tinstab bażi komuni għall-paċi sabiex jitniedu diskussjonijiet dwar il-ġejjieni tas-Sirja;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jilqa' l-enfasi li tpoġġiet fuq l-appoġġ tar-reżiljenza tal-popolazzjoni Sirjana u s-soċjetà Sirjana fl-Istrateġija tal-UE rigward is-Sirja; Jistieden lill-VP/RGħ u l-Istati Membri jirduppjaw l-isforzi tagħhom mmirati lejn il-bini tal-kapaċitajiet taċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili fis-Sirja, anke flimkien ma' atturi u permezz tagħhom, li jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza (inklużi l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tal-minoranzi), id-demokrazija u l-emanċipazzjoni, fejn ikun possibbli f'territorji liberati fis-Sirja kif ukoll għal rifuġjati Sirjani li qed jgħixu fl-eżilju fir-reġjun jew fl-Ewropa; jenfasizza li dan il-bini tal-kapaċità jenħtieġ isostni lis-Sirjani biex jindirizzaw it-tranżizzjoni (f'oqsma bħar-regolazzjoni tal-midja, id-deċentralizzazzjoni, l-amministrazzjoni tal-muniċipalitajiet u t-tfassil tal-kostituzzjoni), filwaqt li jqis b'mod xieraq il-ħtiġijiet u r-rwol tan-nisa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Konferenza ta' Brussell rigward "Appoġġ għall-Ġejjieni tas-Sirja u tar-Reġjun" li saret fl-4 u l-5 ta' April 2017; jenfasizza li l-ħtiġijiet umanitarji se jibqgħu essenzjali għal ħafna snin, u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jiggarantixxu l-impenn tagħhom fuq perjodu twil biex jissodisfaw il-ħtiġijiet umanitarji u ta' rikostruzzjoni tas-Sirja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jilqa' l-impenn tal-UE lejn l-għajnuna umanitarja li għaddejja bħalissa għall-pajjiżi ġirien tas-Sirja li qed jospitaw miljuni ta' rifuġjati; jistieden, madankollu, lill-Istati Membri juru impenn ferm aktar qawwi favur il-kondiviżjoni tar-responsabbiltà, li tippermetti lir-rifuġjati li qed jaħarbu miż-żoni tal-gwerra tas-Sirja biex isibu protezzjoni lil hinn mir-reġjun tal-viċinat dirett permezz ta' risistemazzjoni, skemi ta' ammissjoni umanitarja, riunifikazzjoni simplifikata tal-familji jew regolamenti aktar flessibbli dwar il-viżi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jilqa' l-promozzjoni tar-responsabbiltà għad-delitti tal-gwerra bħala qasam ewlieni tal-Istrateġija tal-UE rigward is-Sirja; jinsisti, madankollu, li għandha tittieħed azzjoni ulterjuri f'dan il-qasam, inkluż permezz tal-adozzjoni ta' politika komuni tal-UE dwar strateġija koordinata ta' responsabbiltà għad-delitti tal-gwerra mwettqa fis-Sirja, u jistieden lill-VP/RGħ tieħu rwol proattiv f'dan ir-rigward; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Itenni t-talba tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jesploraw, f'koordinazzjoni mill-qrib ma' pajjiżi bl-istess fehma, il-ħolqien ta' tribunal għad-delitti tal-gwerra fis-Sirja, sakemm issir referenza lill-Qorti Kriminali Internazzjonali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex dawk li allegatament wettqu delitt jinżammu responsabbli, b'mod partikolari permezz tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-ġuriżdizzjoni universali u permezz tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' ċittadini tal-UE responsabbli għal delitti atroċi fis-Sirja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jistieden lill-Istati Membri u l-alleati tagħhom, speċjalment l-Istati Uniti, jiżguraw it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-konformità sħiħa mad-dritt umanitarju internazzjonali u dak tad-drittijiet tal-bniedem b'rabta mal-parteċipazzjoni tagħhom fi sforzi ta' koalizzjoni internazzjonali, kif ukoll rigward il-kooperazzjoni militari tagħhom ma' partijiet involuti fil-kunflitt; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">15.  Jagħti istruzzjonijiet lil-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Mibgħut Speċjali tan-NU u tal-Lega Għarbija għas-Sirja, lill-membri tal-Grupp Internazzjonali ta' Appoġġ għas-Sirja, u lill-partijiet involuti fil-kunflitt fis-Sirja.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>