<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0344/2017</Ref><Date>15.5.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar kif niżguraw li r-rilokazzjoni taħdem</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2685(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="103246">Auke Zijlstra</Author>, <Author id="96993">Lorenzo Fontana</Author>, <Author id="124738">Gilles Lebreton</Author>, <Author id="125001">Harald Vilimsky</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4907"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ENF</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE603.769v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0344/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar kif niżguraw li r-rilokazzjoni taħdem</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2685" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2685">2017/2685(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tas-16 ta' Mejju 2017 dwar kif nagħmlu r-rilokazzjoni taħdem,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-politika tal-immigrazzjoni u l-asil hija kompetenza esklużiva tal-Istati Membri sovrani;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-immigrazzjoni tal-massa mħeġġa mill-UE minn pajjiżi mhux Ewropej uriet li hija konsiderevolment problematika u ta' xkiel politikament, ekonomikament, soċjalment u kulturalment;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi ċ-ċifri tal-UNHCR juru li 2.65 % biss tal-migranti li waslu fl-Italja fl-2016 ingħataw l-asil bħala refuġjati ġenwini u li 90 334 mill-181 436 migrant għebu fl-ekonomija s-sewda mingħajr ma talbu jew stennew l-asil<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> http://www.dailymail.co.uk/news/article-4442910/Less-3-migrants-reached-Italy-refugees.html.</p>
</footnote>; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi ġie stabbilit b'mod empiriku mill-Eurofound li ż-żgħażagħ Ewropej għandhom anqas opportunitajiet ta' mobilità soċjali 'l fuq<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> https://www.neweurope.eu/article/europes-x-men-first-live-worse-parents/.</p>
</footnote>; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-politika ta' migrazzjoni tal-massa infurzata mill-UE fl-ebda ċirkostanza ma tista' ssolvi l-isfidi demografiċi, kif ġie pprovat ukoll mill-Uffiċċju CPB tal-Pajjiiżi l-Baxxi għall-Analiżi tal-Politika Ekonomika<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> https://www.cpb.nl/persbericht/329217/immigratie-niet-effectief-tegen-vergrijzing.</p>
</footnote>, li ddikjara li l-influss ta' migranti mhux se jsolvi l-problemi finanzjarji li jirriżultaw minn kwistjonijiet demografiċi ta' popolazzjoni li qed tixjieħ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-Fond Monetarju Internazzjonali ta l-parir li l-UE tipprovdi salarji 'temporanjament' aktar baxxi lill-migranti<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> <a text-decoration="none" href="http://www.euractiv.com/section/justice-home-affairs/news/imf-recommends-paying-refugees-below-the-minimum-wage" shape="rect">http://www.euractiv.com/section/justice-home-affairs/news/imf-recommends-paying-refugees-below-the-minimum-wage</a>/.</p>
</footnote>; billi d-dumping soċjali għandu effett ta' tfixkil fuq is-suq tax-xogħol, billi joħloq aktar kompetizzjoni bejn il-migranti u l-Ewropej u jwassal għal deterjorament fis-sigurtà soċjali u għal faqar mifrux, speċjalment fost il-ħaddiema b'inqas ħiliet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-Ungerija kienet effettiva ħafna fil-ġestjoni u t-tnaqqis tal-influss ta' migranti fit-territorju tagħha; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-approċċ Awstraljan kellu dejjem aktar suċċess fit-tnaqqis tal-immigrazzjoni illegali lejn l-Awstralja u fl-istess ħin biex itemm l-imwiet ta' migranti fil-baħar;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-programm ta' rilokazzjoni tal-UE huwa konsegwenza diretta tal-falliment ta' Schengen u tal-politika ta' fruntieri miftuħa; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi, bħala riżultat tal-aggressjonijiet sesswali tal-massa mwettaq minn migranti fuq nisa Ewropej f'Kolonja u għexieren ta' bliet Ewropej oħra, is-sigurtà ta' ħafna nisa qed tiġi pperikolata;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi l-programm ta' rilokazzjoni obbligatorja ma għandu l-ebda bażi ġuridika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tagħmilha impossibbli li l-Istati Membri jiġġestixxu l-flussi ta' migrazzjoni u anki tagħti multi lil dawk l-Istati, kif intwera mill-multi lill-Italja fl-2009<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> https://www.theguardian.com/world/2012/feb/23/italy-human-rights-migrants-libya.</p>
</footnote>;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.Jenfasizza l-prinċipju li huwa parti mis-sovranità tal-istati kollha li jiddeterminaw l-politika tal-asil u tal-immigrazzjoni tagħhom;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.Huwa tal-fehma li l-politika ta' fruntieri miftuħa tal-UE hija inċentiv li tħeġġeġ aktar migranti jippruvaw jaqsmu l-baħar Mediterran;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.Jirrifjuta l-prinċipju ta' rilokazzjoni furzata u jenfasizza li huwa aktar effettiv li r-rifuġjati u l-applikanti tal-protezzjoni internazzjonali jiġu ospitati f'partijiet sikuri fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom jew fir-reġjuni tagħhom stess;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.Jinnota li kwalunkwe stat jista' leġittimament iqis dħul u residenza irregolari ġewwa l-fruntieri tiegħu bħala azzjoni illegali u li dan jista' jiġi kkastigat u ġġudikat bħala reat; </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.Jikkundanna r-rwol mhux ċar li għandhom xi NGOs fil-Baħar Mediterran;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw l-approċċ Awstraljan fil-qasam tal-immigrazzjoni;</p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>