<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0347/2017</Ref><Date>15.5.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> dwar il-ksib tas-soluzzjoni ta' żewġ stati fil-Lvant Nofsani</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2998(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="4521">Charles Tannock</Author>, <Author id="4507">Bas Belder</Author>, <Author id="28353">Anna Elżbieta Fotyga</Author>, <Author id="4513">Geoffrey Van Orden</Author>, <Author id="124875">Anders Primdahl Vistisen</Author>, <Author id="124815">Arne Gericke</Author>, <Author id="96796">Ryszard Antoni Legutko</Author>, <Author id="28372">Ryszard Czarnecki</Author>, <Author id="96801">Tomasz Piotr Poręba</Author>, <Author id="124891">Zdzisław Krasnodębski</Author>, <Author id="119431">Ruža Tomašić</Author>, <Author id="4465">Raffaele Fitto</Author>, <Author id="124887">Karol Karski</Author>, <Author id="124873">Angel Dzhambazki</Author>, <Author id="124901">Jana Žitňanská</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4271"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ECR</p>
</Body>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">&lt;&lt;&lt;</p>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE603.772v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0347/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ksib tas-soluzzjoni ta' żewġ stati fil-Lvant Nofsani</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2998" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2998">2016/2998(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjoni tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-18 ta' Jannar u tal-20 ta' Ġunju 2016 dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport tal-1 ta’ Lulju 2016 tal-Kwartett tal-Lvant Nofsani, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-23 ta’ Settembru 2016 tal-Kwartett tal-Lvant Nofsani,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-Iżrael, l-UE u l-Kwartett jappoġġjaw eżitu ta' żewġ stati negozjat bħala mezz biex tinkiseb paċi dejjiema li tissodisfa l-ħtiġijiet ta' sigurtà Iżraeljani kif ukoll l-aspirazzjonijiet Palestinjani; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi 55 % tal-Iżraeljani u 44 % biss tal-Palestinjani jappoġġjaw soluzzjoni ta' żewġ stati, skont stħarriġ konġunt Iżraeljan u Palestinjan fi Frar 2017, li kien iffinanzjat mill-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Itenni l-appoġġ kontinwu tiegħu għal soluzzjoni nnegozjata "ta' żewġ stati għal żewġ popli", b'rikonoxximent reċiproku tal-Palestina u l-Iżrael bħala art twelid tal-popli rispettivi tagħhom; jilqa' l-Inizjattiva Għarbija għall-Paċi flimkien mat-tpartit ta' artijiet approvat sussegwentement bħala l-bażi għal soluzzjoni fit-tul tal-kunflitt Għarbi-Iżraeljan bil-għan li tiżgura l-paċi u s-sigurtà; jappoġġja r-ritorn mingħajr dewmien lejn negozjati ta’ paċi bilaterali diretti;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jappella liż-żewġ naħat biex jistinkaw ħalli jnaqqsu t-tensjonijiet billi jeżerċitaw trażżin u billi jżommu lura minn azzjonijiet u retorika provokattiva; jenfasizza li l-akkumulazzjoni illegali ta' armi u ta' attività militanti, in-nuqqas mtawwal ta' unità Palestinjana, in-nuqqas ta' rikonoxximent tad-dritt ta' eżistenza tal-Iżrael, azzjonijiet unilaterali u s-sitwazzjoni umanitarja prekarja f'Gaża, kollha saħħew l-instabbiltà u finalment ostakolaw l-isforzi biex tinkiseb soluzzjoni nnegozjata;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jappoġġja bil-qawwa l-kooperazzjoni reġjonali bejn l-Iżrael u l-ġirien tagħha; itenni l-appoġġ tiegħu għar-rwol importanti tal-Kwartett u tal-imsieħba reġjonali bħall-Eġittu, il-Ġordan, l-Arabja Sawdija, fit-tfittxija ta' soluzzjoni għall-kunflitt bejn l-Għarab u l-Iżraeljani; jappella lill-partijiet kollha jappoġġjaw id-djaolgu u l-kollaborazzjoni prattika, partikolarment dwar is-sigurtà, l-aċċess għall-ilma, is-sanità u r-riżorsi tal-enerġija u t-tisħiħ tal-ekonomija Palestinjana; ifaħħar, f'dan il-kuntest, il-proġett tal-Baħar l-Aħmar - Il-Baħar il-Mejjet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jikkundanna bil-qawwa lt-tkomplija tal-vjolenza Palestinjana, l-attakki terroristiċi u l-inċitament għall-vjolenza, u jenfasizza li dawn huma fondamentalment inkompatibbli mas-soluzzjoni paċifika għall-kunflitt; jenfasizza r-responsabbilta tal-awtoritajiet rilevanti tal-UE sabiex ikomplu jiżguraw li l-ebda finanzjament tal-UE ma jiġi ddevjat direttament jew indirettament lejn organizzazzjonijiet jew attivitajiet terroristiċi li jinċitaw il-vjolenza jew li jiġġustifikaw jew jigglorifikaw it-terroriżmu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jikkundanna bil-qawwa l-isparar ta' missili minn gruppi terroristiċi lejn it-territorju Iżraeljan u jissottolinja l-periklu li s-sitwazzjoni teskala; jenfasizza l-ħtieġa fundamentali għall-UE li taħdem fi sħubija mal-Iżrael, l-Awtorità Palestinjana, l-Eġittu, il-Ġordan u l-Istati Uniti lejn il-prevenzjoni tar-riarmament ta’ gruppi terroristiċi fl-Istrixxa ta’ Gaża u x-Xatt tal-Punent kif ukolli l-kuntrabandu tal-armi tagħhom, il-manifattura ta’ missili u l-bini ta’ mini; jisħaq għall-darba oħra fuq il-ħtieġa kruċjali tad-diżarm tal-gruppi terroristiċi kollha f’Gaża, skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin ta’ Lulju 2014; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jesprimi tħassib qawwi dwar is-sitwazzjoni f'Gaża, partikolarment fir-rigward tal-kriżi enerġetika attwali, li l-konsegwenzi soċjali, ekonomiċi u politiċi tagħha ma għandhomx jiġu sottovalutati; jikkundanna l-attivitajiet inaċċettabbli min-naħa tal-awtoritajiet de facto f'Gaża, u f'dan il-kuntest itenni l-bżonn li l-Awtorita Palestinjana tieħu kontroll tal-Istrixxa ta' Gaża; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jinnota bi tħassib is-sitwazzjoni prekarja tal-ilma f'Gaża u jħeġġeġ lill-partijiet rilevanti kollha biex jindirizzaw l-kwistjonijiet pendenti rigward il-provvisti tal-enerġija għad-desalinazzjoni u għat-trattament tal-ilma f'Gaża; jinnota l-appoġġ, f'dan il-kuntest, għal impjant ta' desalinazzjoni f'Gaża permezz ta' fondi internazzjonali;<span font-style="italic"> </span>itenni l-ħtieġa qawwija li jkun allokat finanzjament tal-UE għal proġetti speċifiċi, iddefiniti tajjeb f'Gaża, f'konformità biss mal-mekkaniżmu trilaterali għall-appoġġ finanzjarju, u l-bżonn li jiġi żgurat li dan jilħaq liċ-ċittadini intiżi; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jilqa' u jappoġġja d-diskussjonijiet kostruttivi bejn l-Iżrael u l-Awtorità Palestinjana dwar l-istabbiltà tas-settur finanzjarju, speċjalment fid-dawl tad-deċiżjoni reċenti mill-gvern Iżraeljan biex jgħin ħalli jinżammu r-relazzjonijiet bankarji, kif ukoll il-progress kontinwu biex ir-reġim Palestinjan Kontra l-Ħasil tal-Flus / il-Ġlieda tal-Finanzjament tat-Terroriżmu (AML/CFT) jikkonformaw mal-istandards internazzjonali, b'appoġġ mill-imsieħba internazzjonali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  jinnota li l-kunflitt fil-Lvant Nofsani jikkostitwixxi theddida serja għar-reġjun u għall-UE; jikkundanna t-theddid serju minn ġiħadisti u minn organizzazzjonijiet terroristiċi oħrajn għaċ-ċittadini tal-Lvant Nofsani u l-Ewropa; jemmen li l-kunflitt u l-instabbilta dwar il-fruntieri jaffettwaw b'mod negattiv il-prospetti ta' riżoluzzjoni tal-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, lill-Mibgħut tal-Kwartett għal-Lvant Nofsani, lill-Knesset u lill-gvern tal-Iżrael, lill-President tal-Awtorità Palestinjana u lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan, lill-Parlament u lill-Gvern tal-Eġittu, lill-Parlament u lill-Gvern tal-Ġordan, lill-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf u lill-istati membri tal-Lega Għarbija.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>