<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0348/2017</Ref><Date>15.5.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-ksib tas-soluzzjoni ta' żewġ stati fil-Lvant Nofsani</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2016/2998(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124689">Neoklis Sylikiotis</Author>, <Author id="96735">Patrick Le Hyaric</Author>, <Author id="113959">Martina Anderson</Author>, <Author id="30482">Younous Omarjee</Author>, <Author id="96858">Marie-Christine Vergiat</Author>, <Author id="125051">Josu Juaristi Abaunz</Author>, <Author id="125047">Paloma López Bermejo</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="96907">Takis Hadjigeorgiou</Author>, <Author id="125049">Maria Lidia Senra Rodríguez</Author>, <Author id="125050">Ángela Vallina</Author>, <Author id="125048">Marina Albiol Guzmán</Author>, <Author id="125193">Eleonora Forenza</Author>, <Author id="124810">Barbara Spinelli</Author>, <Author id="96706">João Ferreira</Author>, <Author id="136236">João Pimenta Lopes</Author>, <Author id="125100">Miguel Viegas</Author>, <Author id="125091">Sofia Sakorafa</Author>, <Author id="131507">Miguel Urbán Crespo</Author>, <Author id="122885">Rina Ronja Kari</Author>, <Author id="125997">Javier Couso Permuy</Author>, <Author id="124992">Malin Björk</Author>, <Author id="135490">Xabier Benito Ziluaga</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author>, <Author id="131749">Estefanía Torres Martínez</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="124984">Lynn Boylan</Author>, <Author id="124986">Matt Carthy</Author>, <Author id="124987">Liadh Ní Riada</Author>, <Author id="125092">Kostadinka Kuneva</Author>, <Author id="120478">Martina Michels</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE603.773v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0348/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ksib tas-soluzzjoni ta' żewġ stati fil-Lvant Nofsani</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2016-2998" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2016-2998">2016/2998(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-kunflitt bejn il-Palestina u Iżrael,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 194 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u r-riżoluzzjonijiet 242 (1967), 252 (1968), 338 (1972), 476 (1980), 478 (1980), 1860 (2009) u 2334 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 67/19 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, li Iżrael u l-Palestina huma Stati Partijiet għalihom,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni A/HRC/29/L.35 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar l-iżgurar tar-responsabilità u l-ġustizzja għall-vjolazzjonijiet kollha tad-dritt internazzjonali fit-territorju Palestinjan okkupat, inkluża Ġerusalemm tal-Lvant, li ġiet adottata fit-3 ta' Lulju 2015 bl-appoġġ unanimu tal-UE,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Raba' Konvenzjoni ta' Ġinevra, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti li ġiet adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fl-10 ta' Diċembru 1984,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Ftehimiet ta' Oslo ("Dikjarazzjoni ta' Prinċipji dwar Arranġamenti Interim ta' Governanza Awtonoma") tat-13 ta' Settembru 1993,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u Iżrael, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, b'mod partikolari dawk tat-18 ta' Jannar  2012, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-UNESCO ta' Mejju 2017 dwar "Il-Palestina Okkupata",</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport tan-NU ta' Marzu 2016 dwar il-Prattiki Iżraeljani fir-rigward tal-Poplu Palestinjan u l-Kwistjoni tal-Apartheid,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini, dwar is-sitwazzjoni f'Iżrael u l-Palestina,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi 50 sena wara l-gwerra tal-1967, Iżrael jibqa' jokkupa l-Palestina, bi ksur tad-dritt internazzjonali u r-riżoluzzjonijiet rilevanti kollha tal-Kunsill tas-Sigurtà u l-Assemblea Ġenerali tan-NU, u billi l-Istat tal-Palestina, delimitat mill-fruntieri stabbiliti fl-1967 u b'Ġerusalemm tal-Lvant bħala l-belt kapitali tiegħu, għad irid isir membru sħiħ tan-NU bi qbil mar-riżoluzzjoni tan-NU tal-1948;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-Parlament ripetutament esprima l-appoġġ qawwi tiegħu għas-soluzzjoni ta' żewġ stati, bl-Istat ta' Iżrael u Stat Palestinjan indipendenti, sovran, kontigwu u vijabbli b'Ġerusalemm tal-Lvant bħala l-belt kapitali tiegħu, delimitati mill-fruntieri stabbiliti fl-1967, li jgħixu f'koeżistenza paċifika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-politiki tal-Gvern Iżraeljan qed iwasslu għal tagħwir ulterjuri u l-qerda sħiħa tal-possibilitajiet għal soluzzjoni ta' żewġ stati, kif stabbilit mir-riżoluzzjonijiet rilevanti kollha tan-NU, kif ukoll mill-konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill tal-UE;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-istatus ta' Ġerusalemm jibqa' kwistjoni kruċjali fil-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani; billi l-UE u l-komunità internazzjonali qatt ma aċċettaw l-annessjoni unilaterali ta' Ġerusalemm tal-Lvant minn Iżrael; billi l-Palestinjani li jgħixu f'Ġerusalemm tal-Lvant għadhom ibatu minħabba n-nuqqas ta' status sikur ta' residenza legali, il-konfiska ta' arthom u d-diskriminazzjoni sistematika fl-aċċess għas-servizzi pubbliċi, l-ippjanar u l-bini, u l-aċċess għall-postijiet u s-siti reliġjużi bħala riżultat tal-politiki tal-Gvern Iżraeljan li huma mmirati biex ibiddlu l-kompożizzjoni demografika taż-żona;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi l-popolazzjoni Palestinjana fix-Xatt tal-Punent, partikolarment fiż-Żona C u f'Ġerusalemm tal-Lvant, tiffaċċja ksur sfaċċat ta' drittijietha, inklużi vjolenza mill-abitanti tal-insedjamenti, devjazzjoni tal-ilma, restrizzjonijiet ħarxa fuq il-moviment liberu, tiġrif tad-djar u tkeċċijiet sfurzati; billi t-trasferiment sfurzat tar-residenti ta' territorju okkupat jikkostitwixxi ksur gravi tad-dritt umanitarju internazzjonali; billi l-politika dwar l-ippjanar tintuża bħala mezz biex jitkeċċew il-Palestinjani u biex l-insedjamenti mhux uffiċjali jiġu estiżi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-insedjamenti Iżraeljani huma illegali skont id-dritt internazzjonali u jikkostitwixxu ostaklu ewlieni għall-isforzi favur il-paċi, xi ħaġa li ilhom diversi snin jagħmlu; billi, skont id-dritt internazzjonali, kwalunkwe parti terza, inklużi l-Istati Membri tal-UE, għandha dmir li ma tirrikonoxxix, ma tgħinx u ma tassistix lill-insedjamenti, kif ukoll dmir li topponihom b'mod effikaċi; billi l-prodotti mill-insedjamenti Iżraeljani għadhom jiġu importati fl-Istati Membri tal-UE u għaldaqstant fis-suq Ewropew bi trattament preferenzjali, minkejja l-fatt li l-leġiżlazzjoni attwali tal-UE ma tippermettix l-importazzjoni ta' tali prodotti skont it-termini preferenzjali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi ċ-ċittadini Għarab ta' Iżrael jikkostitwixxu 20 % tal-popolazzjoni ta' Iżrael; billi jbatu minn diversi forom ta' diskriminazzjoni; billi s-sistema ta' segregazzjoni ta' Iżrael wasslet għal sitwazzjoni fejn, skont stħarriġ li sar dan l-aħħar, 42 % tal-Iżraeljani jistqarru li qatt ma ltaqgħu ma' persuna Palestinjana;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi 7 000 detenut Palestinjan, inklużi 60 mara, 300 tifel u tifla u 11-il membru tal-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjana, huma miżmuma fil-ħabsijiet Iżraeljani; billi, nhar is-17 ta' April, 1 500 detenut politiku Palestinjan bdew strajk tal-ġuħ mingħajr tmiem determinat; billi l-impożizzjoni tal-Liġi dwar it-Tmigħ Furzat, li ġiet adottat mill-Knesset fl-2015, fuq dawk li qegħdin fuq strajk tal-ġuħ tkun ksur tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom; billi, mill-1967, kważi 800 000 Palestinjan kienu priġunieri politiċi f'Iżrael;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-għaqda Palestinjana tista' tiżvolġi rwol sinifikanti biex jinkiseb tmiem l-okkupazzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi l-għadd tar-refuġjati Palestinjani, kwistjoni kruċjali oħra fil-proċess ta' paċi, attwalment huwa ta' kważi 5 miljuni skont l-Aġenzija ta' Sokkors u Xogħlijiet tan-NU, li l-maġġoranza l-kbira tagħhom huma refuġjati tat-tieni jew it-tielet ġenerazzjoni fir-reġjun u madwar id-dinja; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu, jiddikjara b'mod ċar li "Ir-relazzjonijiet bejn il-Partijiet [...] għandhom ikunu bbażati fuq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi, li jiggwida l-politika tagħhom interna u internazzjonali u jikkostitwixxi element essenzjali ta' dan il-Ftehim";</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jisħaq li s-soluzzjoni ta' żewġ stati hija bbażata fuq ir-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1948 u fuq ir-rikonoxximent taż-żewġ stati min-naħa tal-komunità internazzjonali, u għaldaqstant iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tal-UE, lill-istituzzjonijiet tal-UE u l-organizzazzjonijiet tan-NU biex jirrikonoxxu, bi qbil mar-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU ta' Novembru 2012, l-Istat tal-Palestina delimitat mill-fruntieri stabbiliti fl-1967 u b'Ġerusalemm tal-Lvant bħala l-belt kapitali tiegħu, kif stabbilit fir-riżoluzzjonijiet tan-NU, li jgħix fil-paċi u s-sigurtà f'koeżistenza mal-Istat ta' Iżrael;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jikkunsidra li, minħabba s-sitwazzjoni kumplessiva fir-reġjun tal-Lvant Nofsani, il-qbil dwar soluzzjoni bejn Iżrael u l-Palestina kieku jikkontribwixxi biex titnaqqas l-intensità tal-kunflitt u biex joħorġu paċifikament minnu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jappella favur it-tmiem tal-okkupazzjoni Iżraeljana tul 50 sena tax-Xatt tal-Punent, Gaża u Ġerusalemm tal-Lvant, b'mod li b'hekk titwitta t-triq għall-paċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jikkundanna b'qawwa t-tkomplija tal-espansjoni tal-insedjamenti Iżraeljani, li jiksru d-dritt internazzjonali, jagħtu n-nar lir-riżentiment Palestinjan u jdgħajfu l-vijabilità u l-prospettivi tas-soluzzjoni ta' żewġ stati; jiddeplora t-tħabbira l-aktar reċenti min-naħa tal-Gvern Iżraeljan nhar l-24 ta' Jannar 2017 li se biħsiebu jibni 2 500 unità f'insedjamenti madwar ix-Xatt tal-Punent, kif ukoll li ngħata l-approvazzjoni għall-permessi tal-bini għal 566 unità f'insedjamenti f'Ġerusalemm tal-Lvant, li ddgħajjef ulterjorment b'mod serju l-prospetti għal soluzzjoni ta' żewġ stati vijabbli; jappella lill-awtoritajiet Iżraeljani biex minnufih itemmu u jreġġgħu lura l-politika tagħhom dwar l-insedjamenti u l-konfiska tal-art;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jisħaq li l-frekwenza li biha qed jiġġarrfu strutturi, inklużi djar, skejjel u infrastruttura vitali oħra fit-territorji Palestinjani okkupati, inkluża Ġerusalemm tal-Lvant, żdiedet b'mod drammatiku f'dawn l-aħħar 12-il xahar; jindika li, skont l-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji tan-NU, l-għadd ta' strutturi li ġġarrfu matul l-ewwel xahar tal-2017 kien ta' aktar minn 50 % ogħla mill-medja ta' kull xahar tal-istrutturi li ġġarrfu fl-2016 (91); jirrileva li dawn l-istrutturi kollha li ġġarrfu kienu jinsabu fiż-Żona C u f'Ġerusalemm tal-Lvant bil-ġustifikazzjoni li ma kellhomx il-permessi tal-bini, għalkemm huwa kważi impossibbli għall-Palestinjani li dawn jakkwistahom;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jappella lill-Istat ta' Iżrael biex jirrispetta kompletament l-ugwaljanza u d-drittijiet taċ-ċittadini Għarab ta' Iżrael, u jissottolinja li jistgħu jiżvolġu rwol sinifikanti fil-bini tal-fehim u l-kooperazzjoni bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani u biex b'hekk jagħtu kontribut pożittiv għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jappella biex l-imblokk illegali tal-Istrixxa ta' Gaża, li huwa kastig kollettiv kontra l-popolazzjoni lokali jintemm minnufih; jenfasizza li Iżrael, bħala s-setgħa okkupanti u skont ir-Raba' Konvenzjoni ta' Ġinevra, huwa l-parti unika u prinċipali li hija responsabbli għaż-żamma tal-kundizzjonijiet minimi ta' għajxien għall-abitanti ta' Gaża; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jikkunsidra li, jekk jinħelsu d-detenuti politiċi Palestinjani kollha, dan jista' jibdni l-fiduċja u jassisti l-proċess ta' paċi; jappella għaldaqstant biex id-detenuti kollha, b'mod partikolari l-membri tal-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan, jinħelsu; jappella biex id-drittijiet tad-detenuti u l-priġunieri politiċi Palestinjani fil-ħabsijiet Iżraeljani, inklużi dawk fuq strajk tal-ġuħ, jitħarsu kompletament; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jissottolinja d-deċiżjoni tiegħu li jibgħat missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni <span font-style="italic">ad hoc</span> sabiex tivvaluta fuq il-post il-kundizzjonijiet li qed jinżammu fihom il-priġunieri fuq strajk tal-ġuħ, u sabiex, flimkien magħhom direttament, tivvaluta l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li qegħdin jiddenunzjaw;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Ifakkar li d-differenzjazzjoni tneħħi l-inċentivi għall-akkwiżizzjoni illegali ta' territorju min-naħa ta' Iżrael u tafferma mill-ġdid il-bażi territorjali ta' soluzzjoni ta' żewġ stati; jappella lill-UE biex tiżgura li l-ftehimiet kollha bejn l-UE u Iżrael jindikaw mingħajr ekwivoku u b'mod espliċitu l-fatt li mhumiex applikabbli għat-territorji okkupati minn Iżrael fl-1967, kif inhu mtenni fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin; jappella biex is-sistema ta' ttikkettar tal-prodotti fis-suq tal-UE li joriġinaw mill-insedjamenti Iżraeljani tiġi implimentata b'mod korrett, bi qbil mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE u l-politika relatata tagħha li ilha żmien twil stabbilita;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jemmen li l-UE jmissha tassumi r-responsabilità tagħha li ssir tassew protagonist politiku u faċilitatur fil-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani u jappella lill-UE biex:</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">•  tinkoraġġixxi r-rikonoxximent tal-Palestina min-naħa tal-Istati Membri, li kieku jikkontribwixxi biex it-taħditiet diretti favur il-paċi bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani jerġgħu jibdew minnufih;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">•  timplimenta l-Artikolu 2 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael billi tiffriża dan il-Ftehim sakemm Iżrael ikompli bil-ksur tiegħu tad-drittijiet tal-bniedem;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">•  ma tagħti l-ebda finanzjament lill-entitajiet Iżraeljani permezz ta' Orizzont 2020;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">•  teżiġi riparazzjonijiet minn Iżrael għall-proġetti ffinanzjati mill-UE li nqerdu waqt l-attakki kemm f'Gaża, kif ukoll fix-Xatt tal-Punent;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="56.7pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">•  tħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jtemmu l-esportazzjoni ta' materjal belliku u teknoloġiji b'użu doppju lejn ir-reġjun; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jittama li l-forzi politiċi Palestinjani jkunu jistgħu jiksbu r-rikonċiljazzjoni u l-għaqda nazzjonali, li għandhom jgħinu biex iġibu l-okkupazzjoni fi tmiemha;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jesprimi l-għadab tiegħu għall-fatt li l-awtoritajiet Iżraeljani kontinwament u bla ġustifikazzjoni jostakolaw kwalunkwe żjara mill-korpi uffiċjali tal-Parlament Ewropew lejn Gaża;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Knesset, lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan, lill-President u l-Gvern tal-Istat tal-Palestina, lill-President u l-Gvern ta' Iżrael, lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab, kif ukoll lill-Kummissarju Ġenerali tal-UNRWA.</p>
</Section></Motion>