<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0353/2017</Ref><Date>15.5.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2017-0219" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2017-0219">B8-0219/2017</ANCHOR></p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-Kunsill dwar l-LGBTI, b'mod partikolari fir-rigward tal-persekuzzjoni tal-irġiel (meqjusa bħala) omosesswali fiċ-Ċeċenja, ir-Russja</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2688(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124992">Malin Björk</Author>, <Author id="96820">Marisa Matias</Author>, <Author id="96646">Helmut Scholz</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="125048">Marina Albiol Guzmán</Author>, <Author id="96735">Patrick Le Hyaric</Author>, <Author id="30482">Younous Omarjee</Author>, <Author id="125193">Eleonora Forenza</Author>, <Author id="96748">Dennis de Jong</Author>, <Author id="96854">Sabine Lösing</Author>, <Author id="96852">Cornelia Ernst</Author>, <Author id="124810">Barbara Spinelli</Author>, <Author id="122885">Rina Ronja Kari</Author>, <Author id="125049">Maria Lidia Senra Rodríguez</Author>, <Author id="124863">Stefan Eck</Author>, <Author id="127330">Tania González Peñas</Author>, <Author id="135490">Xabier Benito Ziluaga</Author>, <Author id="131507">Miguel Urbán Crespo</Author>, <Author id="131749">Estefanía Torres Martínez</Author>, <Author id="125035">Lola Sánchez Caldentey</Author>, <Author id="125051">Josu Juaristi Abaunz</Author>, <Author id="96858">Marie-Christine Vergiat</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE603.778v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0353/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-Kunsill dwar l-LGBTI, b'mod partikolari fir-rigward tal-persekuzzjoni tal-irġiel (meqjusa bħala) omosesswali fiċ-Ċeċenja, ir-Russja</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2688" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2688">2017/2688(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-protokolli tagħha, </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra, b'riservi, il-Kostituzzjoni tal-Federazzjoni Russa, b'mod partikolari l-Kapitolu 2 (Id-Drittijiet u l-Libertajiet tal-Bniedem u ċ-Ċittadin), </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-13 ta' April 2017 mill-esperti tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar l-abbuż u d-detenzjoni ta' rġiel gay fiċ-Ċeċenja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Kunsill tal-24 ta' Ġunju 2013 għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha minn persuni lesbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI), </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-16 ta' Ġunju 2016 dwar l-ugwaljanza għal-LGBTI,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, dwar it-Tortura u t-Trattament Ħażin, u dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2015-2019,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2014 dwar il-Pjan Direzzjonali tal-UE kontra l-omofobija u d-diskriminazzjoni abbażi ta' orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 93, 24.3.2017, p. 21.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar ir-rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni 2015<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0502" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0502/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0502</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-6 ta' April 2017 tal-Kelliem għall-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, dwar l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem ta' rġiel gay fiċ-Ċeċenja,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-Kunsill dwar l-LGBTI, b'mod partikolari fir-rigward tal-persekuzzjoni tal-irġiel (meqjusa bħala) omosesswali fiċ-Ċeċenja, ir-Russja (<ANCHOR href="#reds:iMaQp/O-8-2017-000039" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iMaQp/O-8-2017-000039">O-000039/2017</ANCHOR> – <ANCHOR href="#reds:iPlRe/B-8-2017-0219" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlRe/B-8-2017-0219">B8-0219/2017</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-organizzazzjonijiet internazzjonali u Russi tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll il-midja indipendenti lokali u internazzjonali, irrapurtaw li minn Frar 2017 iżjed minn mitt raġel kienu ġew arrestati illegalment għaliex suspettati li huma gay u miżmuma f'tal-inqas żewġ ħabsijiet illegali fir-Repubblika Awtonoma taċ-Ċeċenja fil-Federazzjoni Russa, bħala parti minn kampanja koordinata allegatament organizzata mill-awtoritajiet u l-forzi tas-sigurtà tar-repubblika fuq ordnijiet diretti tal-President taċ-Ċeċenja, Ramzan Kadyrov; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-vittmi ġew maltrattati, ittorturati u mġiegħla jiżvelaw l-identità ta' individwi LGBTI oħrajn; billi ġie rappurtat ukoll li mill-inqas tliet irġiel inqatlu, tnejn bħala riżultat tat-trattament f'kustodja u wieħed mill-familja tiegħu fl-hekk imsejjaħ "qtil tal-unur"; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi fil-biċċa l-kbira tagħhom il-vittmi jibqgħu lura milli jitolbu li ssir ġustizzja, minħabba li jibżgħu li jkun hemm ritaljazzjoni mill-awtoritajiet lokali; billi l-persuni (meqjusa bħala) gay huma partikolarment vulnerabbli minħabba omofobija soċjetali b'saħħitha, u billi hemm riskju li jispiċċaw vittmi ta' qtil tal-unur minn qrabathom; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi l-ewwel rapporti ġew ikkonfermati separatament mill-Human Rights Watch u l-Grupp ta' Kriżi Internazzjonali, li t-tnejn li huma jiċċitaw sorsi fuq il-post li jikkonfermaw li rġiel meqjusa bħala gay kienu fil-mira ta' detenzjoni mill-forzi tal-pulizija u tas-sigurtà; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi, wara snin ta' theddid u ripressjoni, kważi l-ebda ġurnalist jew attivist indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem ma jista' jaħdem fir-reġjun; billi l-uffiċjali u l-kjeriċi Ċeċeni heddew lill-gazzetta li esponiet għall-ewwel darba l-kampanja brutali kontra l-gay; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-Federazzjoni Russa hija firmatarja ta' bosta trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u, bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa, tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għandha għalhekk id-dover li tiżgura s-sikurezza tal-persuni kollha li jistgħu jkunu f'riskju, inkluż abbażi tal-orjentazzjoni sesswali tagħhom; billi l-istat u l-istituzzjonijiet parlamentari u ġudizzzjarji huma obbligati u għandhom aċċess għall-mezzi kollha meħtieġa biex jinvestigaw ir-reati mwettqa mill-awtoritajiet taċ-Ċeċnija;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-omosesswalità ġiet dekriminalizzata fil-Federazzjoni Russa fl-1993;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi l-individwi LGBTI huma protetti taħt id-dritt internazzjonali eżistenti dwar id-drittijiet tal-bniedem u taħt il-leġiżlazzjoni domestika Russa; billi, madankollu, ħafna drabi hija meħtieġa azzjoni speċifika biex tiżgura t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem mill-persuni LGBTI, peress li l-orjentazzjoni sesswali u l-identità tal-ġeneru jistgħu jġibu magħhom riskji addizzjonali ta' diskriminazzjoni, bullying u prosekuzzjoni, fl-iskejjel, fuq il-postijiet tax-xogħol u s-soċjetà usa', kif ukoll fi ħdan il-familji; billi huwa l-kompitu u r-responsabbiltà tal-pulizija, tal-ġudikatura u tal-awtoritajiet li jiġġieldu kontra dawn il-forom ta' diskriminazzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi l-President Putin inkariga lill-Ombudsperson Russa għad-Drittijiet tal-Bniedem, Tatyana Moskalkova, tifforma grupp ta' ħidma biex tinvestiga l-allegazzjonijiet;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi l-Linji Gwida tal-UE dwar l-LGBTI jippreskrivu attitudni proattiva minn naħa tad-Delegazzjonijiet tal-UE u l-ambaxxati nazzjonali tal-Istati Membri, fir-rigward tal-promozzjoni tad-drittijiet LGBTI; billi dawn il-Linji Gwida jistipulaw li l-ġlieda kontra l-vjolenza fobika fil-konfront tal-LGBTI u l-appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-LGBTI huma oqsma prijoritarji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi fl-2017, it-tieni Pjan ta' Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija ser jiġi evalwat, kif ser ikunu wkoll il-Linji Gwida dwar l-LGBTI; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi fis-7 ta' Marzu 2017 id-Duma Russa adottat leġiżlazzjoni li tiddekriminalizza l-vjolenza domestika, naqqset "is-swat fi ħdan il-familja" minn reat kriminali għal wieħed amministrattiv, b'sanzjonijiet iktar dgħajfa għal dawk li jwettqu r-reati; billi l-Parlament iddibatta din il-kwistjoni fis-sessjoni parzjali tiegħu fi Strasburgu tat-13-16 ta' Marzu 2017;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar ir-rapporti ta' detenzjoni arbitrarja, tortura u qtil ta' rġiel meqjusa bħala gay fir-Repubblika taċ-Ċeċenja fil-Federazzjoni Russa; jistieden lill-awtoritajiet itemmu din il-kampanja ta' persekuzzjoni u immedjatament jeħilsu lil dawk li huma arrestati illegalment; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jipprovdu protezzjoni legali u fiżika għall-vittmi, kif ukoll għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti li ħadmu fuq dan il-każ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jikkundanna bil-qawwa d-dikjarazzjoni mill-kelliem tal-gvern taċ-Ċeċenja li tiċħad l-eżistenza ta' persuni omosesswali fiċ-Ċeċenja u tiddiskredita r-rapport bħala "ġideb u diżinformazzjoni assoluta"; ifakkar lill-awtoritajiet li d-dritt għall-ħajja, għal-libertà u s-sigurtà tal-persuna huwa dritt bażiku tal-bniedem u japplika għal kulħadd;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jitlob, bħala kwistjoni ta' urġenza, li jittieħdu azzjonijiet immedjati, indipendenti, oġġettivi u li jsiru investigazzjonijiet fil-fond dwar l-atti ta' priġunerija, tortura u qtil, sabiex l-awturi intellettwali u materjali tagħhom jitressqu quddiem il-ġustizzja u tintemm l-impunità; jilqa', f'dan ir-rigward, it-twaqqif ta' grupp ta' ħidma taħt it-tmexxija tal-Ombudsperson Russu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li qed jinvestiga l-kwistjoni; jistieden lid-delegazzjoni tal-UE u lill-ambaxxati u l-konsulati tal-Istati Membri fir-Russja biex jissorveljaw b'mod attiv l-investigazzjoni, u jintensifikaw aktar l-isforzi lejn l-involviment mal-vittmi, il-persuni LGBTI, il-ġurnalisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li attwalment jinsabu f'periklu; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jistieden lill-awtoritajiet Ċeċeni u dawk tal-Federazzjoni Russa jirrispettaw il-leġiżlazzjoni domestika u l-impenji internazzjonali u jirrispettaw l-istat tad-dritt, jippromwovu l-ugwaljanza, in-nondiskriminazzjoni u l-istandards universali tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż għal persuni LGBTI, u biex jappoġġjaw tali azzjoni b'miżuri bħas-sensibilizzazzjoni u l-promozzjoni ta' kultura ta' tolleranza u inklużjoni abbażi ta' nonvjolenza, tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-klima ta' impunità li tippermetti li dawn l-atti jsiru u jappella għall-iżvilupp ta' miżuri ġuridiċi u oħrajn biex jipprevjenu, jimmonitorjaw u jħarrku b'mod effikaċi l-awturi ta' tali vjolenza b'kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili; jenfasizza li r-Russja u l-Gvern tagħha jġorru r-responsabbiltà aħħarija biex jinvestigaw dawn l-atti, iressqu l-awturi quddiem il-ġustizzja u jipproteġu liċ-ċittadini Russi kollha minn abbuż illegali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom ma' organizzazzjonijiet internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem u s-soċjetà ċivili Russa, biex jgħinu lil dawk li ħarbu miċ-Ċeċenja u biex joħorġu fid-deher din il-kampanja ta' abbuż; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jitlob, barra minn hekk, lill-Istati Membri tal-UE jikkunsidraw li jżidu l-ispazju ta' risistemazzjoni għall-vittmi, ġurnalisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem miċ-Ċeċenja u biex iħaffu r-risistemazzjoni diretta ta' individwi li qegħdin jaħarbu minħabba tħassib dwar is-sikurezza; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Jesprimi t-tħassib partikolari tiegħu dwar ir-rapporti li l-awtoritajiet taċ-Ċeċenja jixtiequ jeħilsu mill-persuni gay kollha qabel ma jibda Ramadan; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Jinnota bi tħassib, u bħala pass lura, l-adozzjoni mir-Russja ta' leġiżlazzjoni ġdida dwar il-vjolenza domestika, inkluż dik kontra t-tfal; jenfasizza li leġiżlazzjoni li tittollera l-vjolenza fi ħdan il-familja tirriskja konsegwenzi severi kemm għall-vittmi kif ukoll għas-soċjetà kollha kemm hi; jistieden lill-UE tkompli tippromwovi l-qerda tal-forom kollha ta' vjolenza kontra n-nisa, inkluża l-vjolenza domestika, tipproteġu dawk li huma vulnerabbli, u tappoġġja lill-vittmi, kemm ġewwa kif ukoll barra l-Ewropa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="0pt"><span font-style="italic" font-weight="bold">Linji Gwida għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha minn persuni Lesbjani, Omosesswali, Bisesswali, Transġeneru u Intersess (LGBTI)</span></p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jilqa' l-Linji Gwida tal-Kunsill Affarijiet Barranin għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha minn persuni LGBTI, adottati fl-24 ta' Ġunju 2013; jibqa' konvint li l-Linji Gwida jagħtu impetu importanti għall-promozzjoni tad-drittijiet ta' persuni LGBTI fid-dinja kollha; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-livelli ta' inkonsistenza ta' sensibilizzazzjoni u implimentazzjoni tal-Linji Gwida dwar l-LGBTI min-naħa tad-delegazzjonijiet tal-UE u tar-rappreżentanzi tal-Istati Membri;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Jistieden, f'dan ir-rigward, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni biex iħeġġu implimentazzjoni aktar strateġika u sistematika tal-Linji Gwida, inkluż permezz ta' sensibilizzazzjoni u taħriġ tal-persunal tal-UE f'pajjiżi terzi, sabiex b'mod effettiv iqajmu l-kwistjoni tad-drittijiet tal-persuni LGBTI fi djalogi politiċi u dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi u f'fora multilaterali, kif ukoll li jkunu appoġġjati l-isforzi mis-soċjetà ċivili;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jenfasizza bil-qawwa l-importanza ta' valutazzjoni kontinwa tal-implimentazzjoni tal-Linji Gwida permezz ta' punti ta' riferiment ċari; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq u tippubblika evalwazzjoni bir-reqqa tal-implimentazzjoni tal-Linji Gwida mid-delegazzjonijiet tal-UE u mir-rappreżentanzi diplomatiċi tal-Istati Membri fil-pajjiżi terzi kollha sabiex tidentifika d-differenzi u n-nuqqasijiet possibbli fl-implimentazzjoni u biex dawn jiġu rimedjati;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-gvernijiet tal-Federazzjoni Russa u tar-Repubblika taċ-Ċeċenja. </p>
</Section></Motion>