<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0384/2017</Ref><Date>29.5.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar il-Qafas Pluriennali għall-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali għall-2018-2022  </p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2702(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124926">József Nagy</Author>, <Author id="118859">Roberta Metsola</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124997">Soraya Post</Author>, <Author id="96932">Birgit Sippel</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4280"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp S&amp;D</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="125026">Angelika Mlinar</Author>, <Author id="28208">Nathalie Griesbeck</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4279"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp ALDE</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124810">Barbara Spinelli</Author>, <Author id="96852">Cornelia Ernst</Author>, <Author id="124736">Merja Kyllönen</Author>, <Author id="23699">Kateřina Konečná</Author>, <Author id="125051">Josu Juaristi Abaunz</Author>, <Author id="28586">Dimitrios Papadimoulis</Author>, <Author id="125092">Kostadinka Kuneva</Author>, <Author id="130833">Stelios Kouloglou</Author>, <Author id="125061">Kostas Chrysogonos</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4277"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp GUE/NGL</p>
</Body>
<Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="97017">Ulrike Lunacek</Author>, <Author id="96815">Judith Sargentini</Author>, <Author id="124932">Josep-Maria Terricabras</Author>, <Author id="96725">Bas Eickhout</Author>, <Author id="28619">Tatjana Ždanoka</Author>, <Author id="96883">Eva Joly</Author>, <Author id="124693">Pascal Durand</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4281"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp Verts/ALE</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE605.487v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8&#8209;0384/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Qafas Pluriennali għall-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali għall-2018-2022 </span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2702" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2702">2017/2702(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14423/2016),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0528/2016),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0000/2017),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Qafas Multiannwali għall-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali għall-2013-2017 (10449/2012 – C7-0169/2012 – <ANCHOR href="#reds:DirContProc/APP-2011-0431" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/APP-2011-0431">2011/0431(APP)</ANCHOR>)<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU C 434, 23.12.2015, p. 262.</p>
</footnote>.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2015<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0485" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0485/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0485</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kummissjoni u l-Kunsill tal-31 ta' Mejju 2017 dwar Qafas Multiannwali għall-2018-2022 għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha biex tiggarantixxi d-drittijiet proklamati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Qafas Multiannwali għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2018-2022, ippreżentat lill-Parlament għall-approvazzjoni, jinkludi tmien oqsma tematiċi: il-vittmi ta' kriminalità u l-aċċess għall-ġustizzja; l-ugwaljanza u d-diskriminazzjoni abbażi tas-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali jew abbażi tan-nazzjonalità; is-soċjetà tal-informazzjoni u, b'mod partikolari, ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali; il-kooperazzjoni ġudizzjarja, ħlief fi kwistjonijiet kriminali; il-migrazzjoni, il-fruntieri, l-asil u l-integrazzjoni tar-rifuġjati u l-migranti; ir-razziżmu, il-ksenofobija u l-intolleranza relatata; id-drittijiet tat-tfal; u l-integrazzjoni u l-inklużjoni soċjali tar-Rom b'enfasi fuq l-anti-Żingariżmu;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi l-inklużjoni tal-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-Qafas Pluriennali ma tirriflettix biss il-bżonnijiet fuq il-post, iżda tippermetti wkoll lill-Aġenzija biex tipprovdi analiżi komprensiva fuq inizjattiva proprja f'oqsma li huma rilevanti b'mod ovvju għad-drittijiet fundamentali, speċjalment fid-dawl ta' żviluppi leġiżlattivi riċenti u li għaddejjin bħalissa fil-livell tal-UE f'dan il-qasam;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali saru parti mil-liġi tal-Unjoni u għaldaqstant huma koperti mill-ambitu tal-kompiti tal-Aġenzija, bħall-oqsma kollha li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni, skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi, anki jekk il-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali ma humiex inklużi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Qafas Pluriennali, l-Aġenzija se tkun tista' tkompli twettaq il-kompiti tagħha f'dawn l-oqsma fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi l-istabbiliment tal-Qafas Pluriennali tal-Aġenzija għall-2018-2022 huwa meħtieġ sabiex tkun żgurata l-kontinwità fl-attivitajiet tagħha u billi n-nuqqas ta' Qafas Pluriennali ġdid stabbilit sal-bidu tal-2018 ser ifisser li l-Aġenzija tista' taħdem biss jekk ikun hemm talba speċifika minn istituzzjoni u mhux fuq inizjattiva tagħha stess;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' qbil fil-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni tal-oqsma tematiċi proposti tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-Qafas Pluriennali l-ġdid;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Itenni l-importanza tal-ħidma tal-Aġenzija u r-rwol ewlieni tagħha fil-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali madwar l-UE; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Iqis li wieħed mill-aspetti fundamentali tal-ħidma tal-Aġenzija huwa li tkompli tipprovdi appoġġ relatat mar-rispett tad-drittijiet fundamentali fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni, u b'hekk tesiġi li l-attivitajiet tal-Aġenzija ma jġarrbux interruzzjoni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jilqa' d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Kunsill u jinsisti fuq il-ħtieġa li jitjiebu l-proċeduri ta' ħidma għall-governanza u l-funzjonament tal-Aġenzija u biex jiġi ċċarat li l-kompetenzi tal-Aġenzija jinkludu wkoll kwistjonijiet ta' "dak li kien it-tielet pilastru" tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jieħu nota tal-opinjonijiet diverġenti tal-Kummissjoni u l-Kunsill dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament tat-twaqqif tal-Aġenzija, u jistieden liż-żewġ istituzzjonijiet jilħqu ftehim mill-aktar fis possibbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jistieden lill-Kummissjoni, wara l-evalwazzjoni esterna tal-Aġenzija fl-2017, tippreżenta proposta għal emendi għar-Regolament (KE) Nru 168/2007 li hija tqis neċessarji sabiex itejbu l-proċeduri għall-governanza u l-funzjonament tal-Aġenzija u biex tallinja r-Regolament mat-Trattat ta' Lisbona, kif previst fl-Artikolu 31(2) ta' dak ir-Regolament; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.</p>
</Section></Motion>