<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0390/2017</Ref><Date>29.5.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">imressqa wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar stqarrija konġunta mill-Kunsill u mir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid – id-Dinja tagħna, id-Dinjità tagħna, il-Futur tagħna</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2586(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="124903">Bogdan Brunon Wenta</Author>, <Author id="96844">Norbert Neuser</Author>, <Author id="2327">Linda McAvan</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="COMMITEE" id="2857"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Kumitat għall-Iżvilupp</p>
</Body>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE605.493v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0390/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar stqarrija konġunta mill-Kunsill u mir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid – id-Dinja tagħna, id-Dinjità tagħna, il-Futur tagħna</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2586" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2586">2017/2586(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-ftehim milħuq mill-Kunsill Affarijiet Barranin (Żvilupp), il-Kummissjoni Ewropea, u l-Parlament dwar Kunsens Ewropew ġdid għall-Iżvilupp – id-Dinja tagħna, id-Dinjità tagħna, il-Futur tagħna,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp ta' Diċembru 2005,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 bit-titolu "Transforming our World: The 2030 Agenda for Sustainable Development" ("Nittrasformaw id-Dinja tagħna: L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli"), adottata fis-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-25 ta' Settembru 2015 fi New York,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea ppubblikata f'Ġunju 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2016 bit-titolu "Proposta għal Kunsens Ewropew ġdid dwar l-Iżvilupp – Id-Dinja tagħna, id-Dinjità tagħna, il-Futur tagħna" (<ANCHOR href="#reds:iEcCom/COM-2016-0740" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iEcCom/COM-2016-0740">COM(2016)0740</ANCHOR>),</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari dik tat-22 ta' Novembru 2016 dwar it-titjib tal-effikaċja tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0437" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0437/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0437</ANCHOR>.</p>
</footnote> u dik tal-14 ta' Frar 2017 dwar ir-reviżjoni tal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0026" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2017-0026/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2017)0026</ANCHOR>.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi rivedut il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp tal-2005 b'tali mod li jirrifletti l-kuntest il-ġdid tal-iżvilupp globali wara l-adozzjoni tal-Aġenda 2030 u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), kif ukoll il-bidliet fl-istruttura ġuridika u istituzzjonali tal-UE minn mindu ġie adottat it-Trattat ta' Lisbona;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jenfasizza l-importanza tal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid bħala dokument strateġiku ewlieni li jistabbilixxi viżjoni, valuri u prinċipji komuni, għall-UE u l-Istati Membri tagħha rigward l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 fil-politiki ta' kooperazzjoni tagħhom għall-iżvilupp; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Jilqa' r-rikonoxximent ċar mill-Kunsens il-ġdid li l-objettiv primarju tal-politika tal-UE għall-iżvilupp huwa t-tnaqqis u, fit-terminu twil, il-qerda tal-faqar skont l-Artikolu 208 tat-TFUE; itenni li dan jenħtieġ li jsir f'konformità sħiħa mal-prinċipji ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp effikaċi: is-sjieda tal-prijoritajiet għall-iżvilupp minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-enfasi fuq ir-riżultati, is-sħubiji inklużivi, u t-trasparenza u r-responsabbiltà;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jinsisti fuq il-ħtieġa ta' mekkaniżmi ta' responsabbiltà għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-SDGs u l-objettivi ta' 0,7 % tal-ODA/GNI (Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp/Dħul Nazzjonali Gross); jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jippreżentaw skeda ta' żmien dwar kif dawn l-għanijiet u l-objettivi għandhom jintlaħqu gradwalment, u biex il-progress jiġi rrappurtat fuq bażi annwali lill-Parlament;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jappoġġja l-istqarrija konġunta mill-Kunsill u mir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-ġdid – id-Dinja tagħna, id-Dinjità tagħna, il-Futur tagħna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.</p>
</Section></Motion>