<Motion lg="MT" type="RE" xmlns="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0#" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:schemaLocation="http://redmap.europa.eu/xml/iPlRe-v2-0# iPlRe_v2-0.xsd"><Cover><Ref>B8-0402/2017</Ref><Date>7.6.2017</Date><Blk-Title-Cover><Title-Type>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</Title-Type><Title-NextTo><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</p>
</Title-NextTo><Title-Recueil><p margin-bottom="12pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura </p>
</Title-Recueil><Title><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo</p></Title><Doc-Ref><p margin-bottom="24pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">(2017/2703(RSP))</p></Doc-Ref><Blk-Author><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold"><Author id="2341">Michael Gahler</Author>, <Author id="124903">Bogdan Brunon Wenta</Author>, <Author id="96848">Mariya Gabriel</Author>, <Author id="2278">Paul Rübig</Author>, <Author id="96838">Cristian Dan Preda</Author>, <Author id="28397">Agustín Díaz de Mera García Consuegra</Author>, <Author id="124715">György Hölvényi</Author>, <Author id="96931">Maurice Ponga</Author>, <Author id="96762">Joachim Zeller</Author>, <Author id="96806">Teresa Jiménez-Becerril Barrio</Author>, <Author id="185341">Željana Zovko</Author>, <Author id="118658">Brian Hayes</Author>, <Author id="96829">Ádám Kósa</Author>, <Author id="23894">Anna Záborská</Author>, <Author id="124890">Adam Szejnfeld</Author>, <Author id="28394">Dariusz Rosati</Author>, <Author id="125006">Francesc Gambús</Author>, <Author id="124898">Julia Pitera</Author>, <Author id="23785">Andrzej Grzyb</Author>, <Author id="96774">Jarosław Wałęsa</Author>, <Author id="28257">Ivo Belet</Author>, <Author id="124713">Tomáš Zdechovský</Author>, <Author id="96811">Rosa Estaràs Ferragut</Author>, <Author id="125107">Claude Rolin</Author>, <Author id="97968">Andrey Kovatchev</Author>, <Author id="2002">José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra</Author>, <Author id="28451">Lorenzo Cesa</Author>, <Author id="28219">Daniel Caspary</Author></span></p>
</Blk-Author><Body type="POL-GROUP" id="4269"><p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">f'isem il-Grupp PPE</p>
</Body>
<p margin-bottom="0pt" margin-left="70.9pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt">&lt;&lt;&lt;</p>
</Blk-Title-Cover><Num-PE>PE605.512v01-00</Num-PE></Cover><Section><Ref>B8-0402/2017</Ref><Title-Section><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo</span></p>
<p margin-bottom="24pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-weight="bold">(<ANCHOR href="#reds:DirContProc/RSP-2017-2703" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:DirContProc/RSP-2017-2703">2017/2703(RSP)</ANCHOR>)</span></p>
</Title-Section><p margin-bottom="12pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"><span font-style="italic">Il-Parlament Ewropew</span>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), b'mod partikolari dawk tal-10 ta Marzu 2016<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0085" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0085/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0085</ANCHOR>.</p>
</footnote>, tat-23 ta' Ġunju 2016<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> Testi adottati, <ANCHOR href="#reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0290" data-rel="reds" redmap-uri="/reds:iPlTa_Itm/TA-8-2016-0290/red:cycle_FNL" data-family="reds:iPlTa" data-version="FNL">P8_TA(2016)0290</ANCHOR>.</p>
</footnote>, tat-28 ta' Novembru 2016 u tal-25 ta' Jannar 2017,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tad-29 ta' Marzu 2017 mill-kelliem tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar l-omiċidju ta' esperti tan-NU fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/905 tad-29 ta' Mejju 2017 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo<footnote><p margin-bottom="0pt" margin-left="0pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt"> ĠU L 138I, 29.5.2017, p. 6.</p>
</footnote>,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tat-28 ta' Marzu 2017 tal-Unjoni Afrikana, tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-Unjoni Ewropea u tal-Organizzazzjoni Internazzjonali La Francophonie dwar is-sitwazzjoni fil-provinċji Kasaï fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u dwar id-dikjarazzjoni konġunta tagħhom tas-16 ta' Frar 2017 dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,  </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapporti tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-10 ta' Marzu 2016 dwar il-Missjoni ta' Stabbilizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas għall-Paċi, is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u għar-Reġjun,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Ottubru 2016 u tas-6 ta' Marzu 2017 dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet għall-istampa tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU (KSNU) dwar it-tħassib tiegħu dwar l-isfidi tal-implimentazzjoni tal-ftehim tal-31 ta' Diċembru 2016 u fejn jisħaq dwar l-importanza tal-investigazzjonijiet dwar il-vjolenza reċenti fil-Kasaï,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-1 ta' Jannar 2017 tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Federica Mogherini, u l-Kummissarju għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Internazzjonali, Neven Mimica, dwar il-konklużjoni ta' ftehim politiku fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-KSNU dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mo partikolari r-riżoluzzjonijiet  2348(2017), li ġġedded il-mandat tal-Missjoni ta' Stabbilizzazzjoni tan-NU fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u 2293(2016) dwar it-tiġdid tar-reġim ta' sanzjonijiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-mandat tal-Grupp ta' Esperti,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni presidenzjali tal-KSNU li tilqa' l-iffirmar ta' ftehim politiku komprensiv u inklużiv dwar il-kalendarju elettorali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo fil-31 ta' Diċembru 2016,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra r-rapport ta' nofs it-terminu tat-28 ta' Diċembru 2016 tal-Grupp ta' Esperti tan-NU dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet ta' Nairobi ta' Diċembru 2013,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas għall-Paċi, is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u r-Reġjun, iffirmat f'Addis Ababa fi Frar 2013,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli ta' Ġunju 1981,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni Kongoliża tat-18 ta' Frar 2006,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">A.  billi l-kriżijiet umanitarji u militari persistenti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo diġà kkawżaw il-mewt ta' madwar 5 miljun persuna;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">B.  billi s-sitwazzjoni qed tkompli tiddeterjora, partikolarment fil-Lvant tal-pajjiż, fejn il-gruppi armati barranin u domestiċi, inklużi l-Forzi Armati tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (FARDC) jibqgħu jwettqu massakri sporadiċi ta' persuni ċivili, spiss għal raġunijiet etniċi u b'impunitá totali, kif ukoll abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali, bħal attakki immirati kontra l-persuni ċivili, vjolenza sesswali u sessista mifruxa, ir-reklutaġġ u l-użu sistematiku ta' tfal għal skopijiet militari, u eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">C.  billi sa minn Awwissu 2016, il-provinċja Kasaï rat żieda qawwija ta' vjolenza bejn il-forzi tal-gvern u tal-milizzja; billi din il-vjolenza diġá kkawżat il-mewt ta' mijiet ta' persuni u sfurzat lil miljun persuna biex jaħarbu minn djarhom; billi r-rapporti tan-NU ddokumentaw ksur massiv tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-massakri ta' persuni ċivili, kif ukoll l-eżistenza ta' 40 oqbra tal-massa;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">D.  billi n-nuqqas ta' azzjoni u s-silenzju min-naħa tal-President Kabila dwar dawn l-atroċitajiet li qed jiġi allegat li twettqu kemm mill-gruppi ta' ribelli armati kif ukoll mill-forzi militari tal-istat, huma preokkupanti ħafna; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">E.  billi n-nisa u t-tfal huma l-vittmi primarji tal-kunflitt; billi l-vjolenza sesswali u bbażata fuq il-ġeneru hi mifruxa, u spiss tintuża bħala tattika tal-gwerra;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">F.  billi d-19 ta' Diċembru 2016 immarka t-tmiem tal-mandat kostituzzjonali tal-President Kabila; billi qed jittardja l-elezzjoni u żamm il-poter, biex b'hekk aggrava t-tensjoni politika, l-inkwiet u l-vjolenza madwar il-pajjiż u kkawża l-mewt ta' għexieren ta' persuni;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">G.  billi l-gruppi tad-drittijiet tal-bniedem qegħdin jirrapporta kontinwament dwar l-aggravar tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda fil-pajjiż, inkluż bl-użu ta' forza eċċessiva kontra d-dimostranti paċifiċi, kif ukoll żieda fi proċessi b'motivazzjoni politika; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">H.  billi fil-31 ta' Diċembru 2016, taħt l-awspiċi tal-Konferenza Episkopali Kattolika, intlaħaq ftehim inklużiv dwar it-tranżizzjoni, li ppermetta lill-President Kabila jibqa' fil-poter dment li l-elezzjonijiet jinżammu sal-aħħar tal-2017, u sakemm jinħatar Prim Ministru mill-koalizzjoni tal-oppożizzjoni; billi, sal-lum, ma sar l-ebda progress fl-implimentazzjoni tal-ftehim u l-gvern ta x'jifhem li minħabba limitazzjonijiet finanzjarji, l-elezzjonijiet ma kienux ser jseħħu din is-sena;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">I.  billi kemm l-UE u l-Istati Uniti adottaw sanzjonijiet fil-konfront tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo; billi f'Mejju 2017, l-UE estendiet is-sanzjonijiet tagħha għal disa' uffiċjali u membri tal-gvern talli kkontribwew għal atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">J.  billi l-atturi umanitarji jikkalkulaw li 7.3 miljun persuna, li minnhom 4.4 miljun huma tfal, attwalment jinsabu fi bżonn ta' assistenza u nuqqas ta' aċċess bażiku għall-ilma tax-xorb, sanità, servizzi mediċi u edukazzjoni; billi 5.9-il miljun persuna qed ibatu minn insigurtà tal-ikel; billi l-kunflitt u l-operazzjonijiet militari li għadhom għaddejjin ikkawżaw spustamenti furzati sinifikanti b'madwar 2.3-il miljun persun spustati internament u b'450 000 persuna li ħarbu lejn pajjiżi ġirien; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">K.  billi hu mistenni li dawn iċ-ċifri preokkupanti jiżdiedu u s-sitwazzjoni ser tkompli tmur għall-agħar bit-tkomplija tal-kunflitt, speċjalment minħabba l-aċċess limitat għall-persuni milquta;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">L.  billi l-Uffiċċju għall-Koordinament tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA) rrapporta żieda fil-każijiet ta' sekwestri u attakki fil-konfront tal-ħaddiema u l-konvojs umanitarji, li ġiegħlu lill-organizzazzjonijiet umanitarji jipposponu t-twassil tal-għajnuna u jissospendu l-attivitajiet tagħhom; billi, dan l-aħħar żewġ investigaturi tan-NU ġew sekwestrati u maqtula fil-provinċja Kasaï;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">M.  billi l-assistenza umanitarja tal-UE fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo s'issa laħqet l-EUR 22.7 miljun fl-2017;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">N.  billi l-Programm Indikattiv Nazzjonali 2014-2020 għar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'finanzjament ta' EUR 620 miljun mill-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), jagħti prijorità lit-tisħiħ tal-governanza u l-istat tad-dritt, inklużi r-riformi tal-ġudikatura, tal-pulizija u tal-armata;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">1.  Jibqa' mħasseb serjament dwar is-sitwazzjoni politika, ta' sigurtá u umanitarja attwali fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li baqgħet sejra għall-agħar; jikkundanna bil-qawwa il-ksur kollu tad-drittijiet tal-bniedem u l-abbużi mwettqa kontra l-persuni ċivili, bħal dawk li jinvolvu l-ħtif, il-qtil, it-tortura, l-istupru u vjolenza sesswali oħra; ifakkar lill-gvern dwar ir-responsabbiltà tiegħu li jiggarantixxi d-drittijiet tal-bniedem u li jipproteġi l-popolazzjoni ċivili;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">2.  Jappella għal investigazzjoni sħiħa, dettaljata u trasparenti fil-ksur qawwi u mifrux tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali li qegħdin iseħħu madwar il-pajjiż u partikolarment fir-reġjun Kasaï, sabiex dawk responsabbli jiġu identifikati u jinżammu responsabbli;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">3.  Itenni l-appell tiegħu għall-organizzazzjoni b'suċċess u f'waqtha tal-elezzjonijiet, f'konformità sħiħa mal-Kostituzzjoni tal-Kongo u mal-Karta Afrikana dwar id-Demokrazija, l-Elezzjonijiet u l-Governanza, u jinsisti fuq ir-responsabbiltà tal-gvern Kongoliż li jiggarantixxi ambjent li jwassal għal elezzjonijiet trasparenti, kredibbli u inklużivi sal-aħħar ta' din is-sena;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">4.  Jilqa' l-ftehim politiku li ntlaħaq f'Diċembru 2016 u jfaħħar l-isforzi ta' medjazzjoni tas-CENCO; jesprimi tħassib, madankollu, dwar in-nuqqas ta' progress fl-implimentazzjoni tiegħu, speċjalment mill-President u l-gvern; iħeġġeġ, għalhekk, lill-partijiet interessati politiċi kollha sabiex jilħqu qbil malajr dwar il-modalitajiet prattiċi tal-perjodu tranżitorju u biex iħaffu t-tħejjijiet elettorali; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">5.  Jinsisti fuq l-obbligu tal-gvern li jirrispetta, jipproteġi u jippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini tagħha; ifakkar li l-libertà tal-espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda hija l-bażi ta' ħajja politika u demokratika dinamika, u li għandu jkun pprojbit kwalunkwe użu ta' forza kontra d-dimostrazzjoni paċifika;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">6.  Jilqa' l-adozzjoni tas-sanzjonijiet immirati tal-UE fuq dawk responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u għall-imminar tal-proċess demokratiku fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, inkluż projbizzjoni tal-ivvjaġġar u ffriżar tal-assi, u jappella li dawn jiġu estiżi jekk ikun meħtieġ;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">7.  Jitlob lid-delegazzjoni tal-UE tibqa' ssegwi mill-qrib l-iżviluppi fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u tuża l-għodod u l-istrumenti kollha xierqa biex tappoġġa d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-movimenti favur id-demokrazija; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">8.  Ifakkar li l-paċi u s-sigurtà huma prekondizzjonijiet għal elezzjoni li tirnexxi u għal ambjent politiku stabbli; jilqa', f'dan ir-rigward, it-tiġdid tal-mandat tal-MONUSCO u t-tisħiħ tal-kompetenzi tagħha biex tipproteġi l-popolazzjoni ċivili u tħares id-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest elettorali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">9.  Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-ħidma tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, kif ukoll fl-Uffiċċju Konġunt tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem fir-repubblika Demokratika tal-Kongo;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">10.  Jenfasizza li s-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo tikkostitwixxi theddida serja għall-istabbiltà tar-reġjun tal-Afrika Ċentrali kollu kemm hu; itenni l-appoġġ tiegħu lill-Unjoni Afrikana bħala faċilitatur tad-djalogu politiku fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo; jenfasizza r-rwol kruċjali tal-Unjoni Afrikana fil-prevenzjoni ta' kriżi politika fir-reġjun u jappella għall-intensifikazzjoni tal-impenn tagħha favur il-konformità sħiħa mal-Kostituzzjoni Kongoliża; jappella lill-Unjoni Afrikana u lill-UE jiżguraw djalogu politiku permanenti bejn il-pajjiżi tar-reġjun tal-Lagi l-Kbar sabiex jevitaw kwalunkwe destabbilizzazzjoni ulterjuri; </p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">11.  Jiddispjaċh għan-nuqqas ta' progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Qafas u jappella lill-partijiet kolha sabiex jikkontribwixxu b'mod attiv għall-isforzi ta' stabbilizzazzjoni; iqis, f'dan ir-rigward, li l-appoġġ tal-UE għandu jiffoka aktar fuq id-demokrazija u l-bini tal-istat, inkluż l-approfondiment tar-riformi fis-settur tas-sigurtà u tal-istituzzjonijiet pubbliċi;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">12.  Itenni t-tħassib qawwi tiegħu dwar s-sitwazzjoni umanitarja allarmanti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jagħtu l-għajnuna tagħhom lin-nies tar-RDK bil-ħsieb li jtejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-iktar popolazzjonijiet vulnerabbli u jindirizzaw il-konsegwenzi ta' spostament, nuqqas ta' sikurezza tal-ikel, epidemiji u diżastri naturali;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">13.  Jikkundanna l-attakki kollha mwettqa fuq il-persunal u l-faċilitajiet umanitarji;</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt">14.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Unjoni Afrikana, lill-President, lill-Prim Ministru u lill-parlament tar-RDK, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.</p>
<p margin-bottom="12pt" margin-left="28.35pt" margin-right="0pt" margin-top="0pt" text-indent="-28.35pt"> </p>
</Section></Motion>